EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1294

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1294 tad-19 ta’ Lulju 2022 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2022)

ST/9872/2022/INIT

ĠU L 196, 25.7.2022, p. 123–124 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1294/oj

25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/123


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1294

tad-19 ta’ Lulju 2022

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 li tistabbilixxi l-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-30 ta’ Marzu 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/569 (2), li testendi l-mandat tas-Sur Christoph BUIK bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Iraq mit-18 ta’ April 2021 sat-30 ta’ April 2022.

(3)

Fit-13 ta’ April 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/635 (3) li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 u estendiet il-mandat ta’ EUAM Iraq sat-30 ta’ April 2024.

(4)

Fis-6 ta’ Lulju 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Anders WIBERG bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Iraq mis-16 ta’ Awwissu 2022 sat-30 ta’ April 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Anders WIBERG huwa b’dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) mis-16 ta’ Awwissu 2022 sat-30 ta’ April 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mis-16 ta’ Awwissu 2022.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/569 tat-30 ta’ Marzu 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2021) (ĠU L 122, 8.4.2021, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/635 tal-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 117, 19.4.2022, p. 32).


Top