ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.084.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 84

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
31 ta' Marzu 2010


Werrej

 

I   Atti leġislattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

1

 

 

II   Atti mhux leġislattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' implimentazzjoni tal-kunsill (UE) Nru 270/2010 tad-29 ta' Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' twavel għall-mogħdija li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2010 tat-30 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 972/2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta’ ross Basmati u sistema tranżitorja ta’ kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 273/2010 tat-30 ta' Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità ( 1 )

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 274/2010 tat-30 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

50

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/192/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2010 li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1920)  ( 1 )

52

 

 

2010/193/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjanijiet ta’ qerda u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tar-Rhine Westphalia tat-Tramuntana u tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1931)

56

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġislattivi

DIRETTIVI

31.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/1


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2010/24/UE

tas-16 ta’ Marzu 2010

dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 113 u 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

L-assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri għall-irkupru tat-talbiet ta’ xulxin u dawk tal-Unjoni fir-rigward ta’ ċerti taxxi u miżuri oħrajn tikkontribwixxi għat-tħaddim xieraq tas-suq intern. Hija tiżgura n-newtralità fiskali u ppermettiet lill-Istati Membri biex ineħħu l-miżuri protettivi diskriminatorji fi transazzjonijiet transkonfini maħsuba biex jipprevjenu l-frodi u t-telf baġitarju.

(2)

L-arranġamenti għall-assistenza reċiproka għall-irkupru ġew stabbiliti għall-ewwel darba fid-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet li jirriżultaw minn ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema li tiffinanzja l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, u ta’ imposti agrikoli u dazji doganali (3). Dik id-Direttiva u l-atti li jemendawha ġew ikkodifikati mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (4).

(3)

Dawn l-arranġamenti, madankollu, filwaqt li jipprovdu l-ewwel pass lejn proċeduri ta’ rkupru mtejba fi ħdan l-Unjoni billi japprossimaw ir-regoli nazzjonali applikabbli, urew li mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suq intern kif evolva tul dawn l-aħħar 30 sena.

(4)

Bil-għan li jiġu ssalvagwardjati aħjar l-interessi finanzjarji tal-Istati Membri u n-newtralità tas-suq intern, hu meħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-assistenza reċiproka għall-irkupru jiġi estiż għal talbiet relatati ma’ taxxi u dazji li għadhom mhumiex koperti mill-assistenza reċiproka għall-irkupru, filwaqt li sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu maż-żieda fit-talbiet għall-assistenza u biex iwasslu riżultati aħjar, jeħtieġ li l-assistenza ssir aktar effiċjenti u effikaċi u li tiġi ffaċilitata fil-prattika. Sabiex jiġu sodisfatti dawn l-għanijiet, huma meħtieġa adattamenti importanti, fejn is-sempliċi modifika tad-Direttiva 2008/55/KE eżistenti ma tkunx biżżejjed. Għalhekk din tal-aħħar trid titħassar u tiġi sostitwita bi strument ġuridiku ġdid li jibni fuq il-kisbiet tad-Direttiva 2008/55/KE iżda jipprevedi regoli aktar ċari u preċiżi fejn meħtieġ.

(5)

Regoli aktar ċari jippromwovu skambju usa’ ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Huma jiżguraw ukoll li l-persuni ġuridiċi u fiżiċi kollha fil-Komunità jkunu koperti, b’kont meħud tal-firxa ta’ arranġamenti legali dejjem akbar, inklużi mhux biss l-arranġamenti tradizzjonali bħal fondi fiduċjarji u fondazzjonijiet, iżda kwalunkwe strument ġdid li jista’ jkun stabbilit mill-kontribwenti tat-taxxa fl-Istati Membri. Barra minn hekk huma jippermettu li jittieħed kont tal-għamliet kollha li jistgħu jieħdu t-talbiet tal-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tat-taxxi, id-dazji, l-imposti, ir-rifużjonijiet u l-interventi, inklużi t-talbiet kollha fi flus kontra l-kontribwent tat-taxxa kkonċernat jew kontra parti terza li jissostitwixxu t-talba oriġinali. L-ewwel nett, huma meħtieġa regoli aktar ċari biex jiġu definiti aħjar id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kollha kkonċernati.

(6)

Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tal-miżuri ta’ rkupru disponibbli skont il-leġislazzjoni interna tagħhom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi żgurat li la d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali u lanqas in-nuqqas ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti ma jheddu l-operat bla xkiel tas-sistema tal-assistenza reċiproka prevista f’din id-Direttiva.

(7)

L-assistenza reċiproka tista’ tikkonsisti f’dan li ġej: l-awtorità rikjesta tista’ tforni lill-awtorità applikanti l-informazzjoni li din tal-aħħar teħtieġ biex tirkupra t-talbiet li jirriżultaw fl-Istat Membru applikanti u tinnotifika lid-debitur bid-dokumenti kollha marbutin ma’ dawn it-talbiet li gejjin mill-Istat Membru applikanti. L-awtorità rikjesta tista’ wkoll tirkupra, fuq it-talba tal-awtorità applikanti, it-talbiet li jirriżultaw fl-Istat Membru applikanti, jew tieħu miżuri ta’ prekawzjoni biex jiġi ggarantit l-irkupru ta’ dawn it-talbiet.

(8)

L-adozzjoni ta’ strument uniformi li jintuża għal miżuri ta’ infurzar fl-Istat Membru rikjest, kif ukoll l-adozzjoni ta’ formola standard uniformi għan-notifika ta’ strumenti u deċiżjonijiet relatati mat-talba, għandhom isolvu l-problemi ta’ rikonoxximent u ta’ traduzzjoni ta’ strumenti li ġejjin minn Stat Membru ieħor, li jikkostitwixxu kawża prinċipali tal-ineffiċjenza tal-arranġamenti attwali għall-assistenza.

(9)

Għandha tinħoloq bażi legali għall-iskambju ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel għal rifużjonijiet speċifiċi ta’ taxxa. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jkun ukoll possibbli għall-uffiċjali tat-taxxa ta’ Stat Membru li jattendu jew jipparteċipaw f’indaġnijiet amministrattivi fi Stat Membru ieħor. Għandu jkun previst ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni aktar dirett bejn is-servizzi bil-għan li l-assistenza ssir aktar malajr u aktar effiċjenti.

(10)

Minħabba fil-mobbiltà dejjem tiżdied fis-suq intern, u r-restrizzjonijiet imposti bit-Trattat jew b’leġislazzjoni oħra dwar il-garanziji li jistgħu jintalbu minn kontribwenti tat-taxxa mhux stabbiliti ġewwa t-territorju nazzjonali, għandhom jiġu estiżi l-possibbiltajiet li jintalbu miżuri ta’ rkurpu jew miżuri ta’ prekawzjoni fi Stat Membru ieħor. Peress li l-anzjanità ta’ talba hija fattur kruċjali, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri biex jagħmlu talba għal assistenza reċiproka, ukoll meta l-mezzi domestiċi għall-irkupru ma jkunux għadhom kompletament eżawriti, fost l-oħrajn, fejn rikors għal tali proċeduri fl-Istat Membru applikanti jirriżulta f’diffikultà sproporzjonata.

(11)

Obbligu ġenerali li jintbagħtu t-talbiet u d-dokumenti f’forma diġitali u permezz ta’ netwerk elettroniku, u b’regoli preċiżi dwar l-użu tal-lingwi għal talbiet u ta’ dokumenti, għandu jippermetti li l-Istati Membri jittrattaw it-talbiet b’mod eħfef u aktar malajr.

(12)

Matul il-proċedura tal-irkupru fl-Istat Membru rikjest, it-talba, in-notifika li l-awtoritajiet tal-Istat Membru applikanti jagħmlu jew l-istrument li jawtorizza l-infurzar tagħha jistgħu jiġu kkontestati mill-persuna kkonċernata. Għandu jiġi stabbilit li f’każijiet bħal dawn il-persuna kkonċernata għandha tressaq l-azzjoni quddiem il-korp kompetenti tal-Istat Membru applikanti u li l-awtorità rikjesta għandha tissospendi, bil-kondizzjoni li l-awtorità applikanti ma titlobx mod ieħor, kwalunkwe proċedura ta’ infurzar li hi tkun bdiet sakemm tittieħed deċiżjoni mill-korp kompetenti tal-Istat Membru applikanti.

(13)

Biex iħeġġeġ lill-Istati Membri jallokaw riżorsi biżżejjed għall-irkupru ta’ talbiet ta’ Stati Membri oħra, l-Istat Membru rikjest għandu jkun jista’ jirkupra l-ispejjeż relatati mal-irkupru mid-debitur.

(14)

L-aħjar mod biex tinkiseb l-effiċjenza, fl-eżekuzzjoni ta’ talba għall-assistenza, hu jekk l-awtorità rikjesta tkun tista’ tagħmel użu mis-setgħat previsti taħt il-liġijiet nazzjonali tagħha li japplikaw għal talbiet dwar l-istess taxxi jew dazji jew dawk simili. Fin-nuqqas ta’ taxxa jew dazju simili, il-proċedura l-aktar adatta tkun dik prevista taħt il-liġijiet tal-Istat Membru rikjest li tapplika għal talbiet li jikkonċernaw it-taxxa imposta fuq id-dħul personali. Dan l-użu tal-leġislazzjoni nazzjonali m’għandux, bħala regola ġenerali, japplika fir-rigward tal-preferenzi mogħtija għal talbiet li jirriżultaw fl-Istat Membru rikjest. Madankollu, għandu jkun possibbli li l-preferenzi jkunu estiżi għal talbiet ta’ Stati Membri oħrajn ibbażati fuq ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati.

(15)

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar il-preskrizzjoni, jeħtieġ li r-regoli eżistenti jiġu ssimplifikati, billi jkun pprovdut li s-sospensjoni, l-interruzzjoni jew il-prolongazzjoni ta’ perijodi ta’ preskrizzjoni jkunu b’mod ġenerali ddeterminati skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest, ħlief fejn is-sospensjoni, l-interruzzjoni jew il-prolongazzjoni tal-perijodu ta’ preskrizzjoni mhumiex possibbli skont il-liġijiet fis-seħħ f’dak l-Istat.

(16)

L-effiċjenza teħtieġ li l-informazzjoni li tkun ġiet ikkomunikata matul l-assistenza reċiproka tista’ tintuża fl-Istat Membru li jirċievi l-informazzjoni għal finijiet li mhumiex dawk previsti f’din id-Direttiva, fejn dan ikun permess skont il-leġislazzjoni domestika kemm tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni kif ukoll tal-Istat Membru li jirċievi l-informazzjoni.

(17)

Din id-Direttiva m’għandhiex tipprevjeni t-twettiq ta’ kwalunkwe obbligu sabiex tiġi pprovduta assistenza usa’ li tirriżulta minn ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali.

(18)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5).

(19)

F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li juru, sa fejn possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(20)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-forniment ta’ sistema uniformi ta’ assistenza għall-irkupru fi ħdan is-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-uniformità, l-effikaċja u l-effiċjenza meħtieġa, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(21)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza għall-irkupru f’kull Stat Membru ta’ kwalunkwe talba msemmija fl-Artikolu 2 li tkun ġejja minn Stat Membru ieħor.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal talbiet relatati ma’ dan li ġej:

(a)

it-taxxi u d-dazji kollha ta’ kwalunkwe tip imposti minn jew f’isem Stat Membru jew is-sottodiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tiegħu, inklużi l-awtoritajiet lokali, jew f’isem l-Unjoni.

(b)

ir-rifużjonijiet, l-interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), inklużi s-somom li jridu jinġabru fir-rigward ta’ dawn l-azzjonijiet;

(c)

l-imposti u d-dazji l-oħra previsti taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor.

2.   Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jinkludi:

(a)

pieni amministrattivi, multi, tariffi u ħlasijiet addizzjonali relatati mat-talbiet li għalihom tista’ tintalab l-assistenza reċiproka skont il-paragrafu 1, imposti mill-awtoritajiet amministrattivi bil-kompetenza li jimponu t-taxxi jew id-dazji kkonċernati, jew iwettqu indaġnijiet amministrattivi fir-rigward tagħhom, jew ikkonfermati minn korpi amministrattivi jew ġudizzjarji fuq it-talba ta’ dawn l-awtoritajiet amministrattivi;

(b)

tariffi għal ċertifikati u dokumenti simili maħruġin f’konnessjoni ma’ proċeduri amministrattivi relatati mat-taxxi u d-dazji;

(c)

imgħax u spejjeż relatati mat-talbiet li għalihom tista’ tintalab l-assistenza reċiproka skont il-paragrafu 1 jew il-punt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu.

3.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:

(a)

kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali pagabbli lill-Istat Membru jew lil subdiviżjoni tal-Istat Membru, jew lil istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali stabbiliti skont il-liġi pubblika;

(b)

tariffi li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2;

(c)

miżati ta’ natura kuntrattwali, bħal konsiderazzjoni għall-utilitajiet pubbliċi;

(d)

pieni kriminali imposti abbażi ta’ prosekuzzjoni pubblika jew pieni kriminali oħrajn li mhumiex koperti mill-punt (a) tal-paragrafu 2.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

“awtorità applikanti” tfisser ufficcju ċentrali ta’ kollegament, uffiċċju ta’ kollegament jew dipartiment ta’ kollegament ta’ Stat Membru li jagħmel talba għall-assistenza b’konnessjoni ma’ talba msemmija fl-Artikolu 2;

(b)

“awtorità rikjesta” tfisser ufficcju ċentrali ta’ kollegament, uffiċċju ta’ kollegament jew dipartiment ta’ kollegament ta’ Stat Membru li lilu ssir talba għall-assistenza;

(c)

“persuna” tfisser:

(i)

persuna fiżika;

(ii)

persuna ġuridika;

(iii)

fejn il-leġislazzjoni fis-seħħ tipprevedi hekk, assoċjazzjoni ta’ persuni rikonoxxuti bħala li għandhom il-kapaċità li jwettqu atti ġuridiċi iżda li madankollu m’għandhomx l-istatus ġuridiku ta’ persuna ġuridika; jew

(iv)

kwalunkwe arrangament legali ieħor ta’ kwalunkwe natura u forma, li jkollu personalità ġuridika jew le, li jkun proprjetarju jew jamministra assi li, inkluż id-dħul minnhom, huma soġġetti għal kwalunkwe waħda mit-taxxi koperti minn din id-Direttiva;

(d)

“b’mezzi elettroniċi” tfisser l-użu ta’ tagħmir elettroniku għall-ipproċessar, inkluża l-kompressjoni diġitali, u l-ħażna ta’ data, u l-utilizzazzjoni ta’ wajers, trasmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew mezzi elettromanjetiċi oħrajn;

(e)

“Netwerk CCN” tfisser il-pjattaforma komuni bbażata fuq in-netwerk komuni ta’ komunikazzjoni (CCN) żviluppata mill-Unjoni għat-trasmissjonijiet kollha b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-qasam doganali u fiskali.

Artikolu 4

Organizzazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni sal-20 ta’ Mejju 2010 bl-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu (minn hawn ‘il quddiem imsemmija rispettivament bħala l-“awtorità kompetenti”) għall-fini ta’ din id-Direttiva u għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fiha.

Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni li tirċievi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u tippubblika lista tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħżel uffiċċju ċentrali ta’ kollegament li għandu jkollu r-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti ma’ Stati Membri oħrajn fil-qasam tal-assistenza reċiproka koperta minn din id-Direttiva.

L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament jista’ jintagħżel ukoll bħala responsabbli għall-kuntatti mal-Kummissjoni.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista’ taħtar uffiċċji ta’ kollegament li għandu jkollhom ir-responsabbiltà għal kuntatti ma’ Stati Membri oħrajn dwar l-assistenza reċiproka fir-rigward ta’ tip jew kategorija waħda jew aktar tat-taxxi u d-dazji msemmijin fl-Artikolu 2.

4.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista’ tagħżel uffiċċji oħrajn, minbarra l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament jew l-uffiċċji ta’ kollegament, bħala dipartimenti ta’ kollegament. Id-dipartimenti ta’ kollegament għandhom jitolbu jew jagħtu assistenza reċiproka taħt din id-Direttiva f’rabta mal-kompetenzi territorjali jew operattivi speċifiċi tagħhom.

5.   Fejn uffiċċju ta’ kollegament jew dipartiment ta’ kollegament jirċievi talba għal assistenza reċiproka li tirrikjedi azzjoni barra mill-kompetenza mogħtija lilu, huwa għandu jibgħat it-talba mingħajr dewmien lill-uffiċċju jew id-dipartiment kompetenti, jekk dan ikun magħruf, jew lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament, u jinforma lill-awtorità applikanti b’dan.

6.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament ta’ dak l-Istat Membru u bi kwalunkwe uffiċċju ta’ kollegament jew dipartiment ta’ kollegament li tkun għażlet. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni li tirċievi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

7.   Kull komunikazzjoni għandha tintbagħat mill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament jew f’ismu jew, fuq bażi ta’ każ b’każ, bil-qbil ta’ dan l-uffiċċju, li għandu jiżgura l-effettività tal-komunikazzjoni.

KAPITOLU II

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 5

Talba għall-informazzjoni

1.   Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-awtorità applikanti fl-irkupru tat-talbiet tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Għall-fini tal-għoti ta’ din l-informazzjoni, l-awtorità rikjesta għandha torganizza t-twettiq ta’ kwalunkwe indaġni amminstrattiva meħtieġa biex tinkiseb din l-informazzjoni.

2.   L-awtorità rikjesta m’għandhiex tkun obbligata tipprovdi informazzjoni:

(a)

li ma tkunx tista’ tikseb bl-iskop li tirkupra talbiet simili li jinqalgħu fl-Istat Membru rikjest;

(b)

li tkun tiżvela xi sigrieti kummerċjali, industrijali jew professjonali;

(c)

li l-iżvelar tagħha jista’ jippreġudika s-sigurtà ta’ jew imur kontra l-politika pubblika tal-Istat Membru rikjest.

3.   Il-paragrafu 2 m’għandu fl-ebda każ jinftiehem li jippermetti li awtorità rikjesta ta’ Stat Membru tirrifjuta li tforni l-informazzjoni biss minħabba li din l-informazzjoni tkun tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, persuna nominata jew persuna li taġixxi fil-kapaċità ta’ aġenzija jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li tirrelata ma’ interessi proprjetarji f’persuna.

4.   L-awtorità rikjesta għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti bir-raġuni li għaliha tkun ċaħdet xi talba għal informazzjoni.

Artikolu 6

Skambju ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel

Fejn rifużjoni ta’ taxxi jew dazji, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud, tirrigwarda persuna stabbilita jew residenti fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru minn fejn għandha ssir ir-rifużjoni jista’ jinforma lill-Istat Membru tal-istabbiliment jew tar-residenza bir-rifużjoni li tkun ġejja.

Artikolu 7

Preżenza f’uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni f’indaġnijiet amministrattivi

1.   Bi ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta u f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti mill-awtorità rikjesta, uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti jistgħu, bl-għan li jippromwovu l-assistenza reċiproka prevista f’din id-Direttiva:

(a)

ikunu preżenti fl-uffiċċji fejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru rikjest iwettqu d-dmirijiet tagħhom;

(b)

ikunu preżenti waqt l-indaġnijiet amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Istat Membru rikjest;

(c)

jassistu lill-uffiċjali kompetenti tal-Istat Membru rikjest waqt il-proċedimenti fil-qorti f’dak l-Istat Membru.

2.   Sakemm dan ikun permess skont il-leġislazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest, il-ftehim imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista’ jipprevedi li uffiċjali tal-Istat Membru applikanti jistgħu jintervistaw lill-individwi u jeżaminaw ir-rekords.

3.   L-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti li jagħmlu użu mill-possibbiltajiet offruti mill-paragrafi 1 u 2 għandhom fi kwalunkwe ħin ikunu kapaċi jipproduċu l-awtorizzazzjoni bil-miktub fejn tidher l-identità u l-kariga uffiċjali tagħhom.

KAPITOLU III

ASSISTENZA GĦAN-NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI

Artikolu 8

Talba għan-notifika ta’ ċerti dokumenti relatati ma’ talbiet

1.   Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tinnotifika lid-destinatarju bid-dokumenti kollha, inklużi dawk ta’ natura ġudizzjarja, li jkunu ġejjin mill-Istat Membru applikanti u li jkunu relatati ma’ talba kif imsemmi fl-Artikolu 2 jew mal-irkupru tagħha.

It-talba għan-notifika għandha tkun akkumpanjata minn formola standard li jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u data oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju;

(b)

l-għan tan-notifika u l-perijodu li fih għandha ssir tali notifika;

(c)

deskrizzjoni tad-dokument mehmuż u n-natura u l-ammont tat-talba kkonċernata;

(d)

l-isem, l-indirizz u dettalji ta’ kuntatt oħra rigward:

(i)

l-uffiċċju responsabbli fir-rigward tad-dokument mehmuż, u, jekk differenti,

(ii)

l-uffiċċju fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar id-dokument innotifikat jew dwar il-possibbiltajiet biex l-obbligu ta’ ħlas jiġi kkontestat.

2.   L-awtorità applikanti għandha tagħmel talba għal notifika skont dan l-artikolu biss meta ma tkunx tista’ tinnotifika f’konformità mar-regoli li jirregolaw in-notifika tad-dokument ikkonċernat fl-Istat Membru applikanti, jew fejn tali notifika tagħti lok għal diffikultajiet sproporzjonati.

3.   L-awtorità rikjesta għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità applikanti bi kwalunkwe azzjoni meħuda dwar it-talba tagħha għan-notifika u, aktar minn hekk, bid-data tan-notifika tad-dokument lid-destinatarju.

Artikolu 9

Mezzi ta’ notifika

1.   L-awtorità rikjesta għandha tiżgura li n-notifika li ssir fl-Istat Membru rikjest issir f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest.

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe forma oħra ta’ notifika li tkun saret minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru applikanti f’konformità mar-regoli fis-seħħ f’dak l-Istat Membru.

Awtorità kompetenti stabbilita fl-Istat Membru applikanti tista’ tinnotifika kwalunkwe dokument direttament bil-posta reġistrata jew inkella bil-posta elettronika lil persuna ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

KAPITLU IV

MIŻURI TA’ IRKUPRU JEW TA’ PREKAWZJONI

Artikolu 10

Talba għall-irkupru

1.   Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tirkupra talbiet li huma s-suġġett ta’ strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti.

2.   Hekk kif l-awtorità applikanti ssir taf b’xi informazzjoni rilevanti relatata mas-suġġett li ta lok għat-talba għall-irkupru, hija għandha tgħaddiha lill-awtorità rikjesta.

Artikolu 11

Kondizzjonijiet li jirregolaw talba għall-irkupru

1.   L-awtorità applikanti ma tistax tagħmel talba għall-irkupru jekk u sakemm it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tiegħu fl-Istat Membru applikanti jiġu kkontestati f’dak l-Istat Membru, għajr f’każijiet fejn japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(4).

2.   Qabel ma l-awtorità applikanti tagħmel talba għall-irkupru, għandhom jiġu applikati l-proċeduri xierqa ta’ rkupru li jkunu disponibbli fl-Istat Membru applikanti, għajr fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn ikun ovvju li m’hemm l-ebda assi għall-irkupru fl-Istat Membru applikanti jew li dawn il-proċeduri mhumiex ser jirriżultaw fi ħlas totali tat-talba, u l-awtorità applikanti għandha informazzjoni speċifika li tindika li l-persuna kkonċernata jkollha assi fl-Istat Membru rikjest;

(b)

fejn ir-rikors għal tali proċeduri fl-Istat Membru applikanti jagħti lok għal diffikultà sproporzjonata.

Artikolu 12

Strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru rikjest u dokumenti oħra ta’ akkumpanjament

1.   Kwalunkwe talba għall-irkupru għandha tkun akkumpanjata minn strument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru rikjest.

Dan l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru rikjest għandu jirrifletti l-kontenuti sostanzjali tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar, u jikkostitwixxi l-unika bażi għall-miżuri ta’ rkupru u ta’ prekawzjoni li jittieħdu fl-Istat Membru rikjest. Dan m’għandux ikun soġġett għal kwalunkwe att ta’ rikonoxximent, ta’ supplement jew ta’ sostituzzjoni f’dak l-Istat Membru.

L-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni rilevanti għall-identifikazzjoni tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar, deskrizzjoni tat-talba, inkluża n-natura tagħha, il-perijodu kopert mit-talba, kwalunkwe dati ta’ rilevanza għall-proċess tal-infurzar, u l-ammont tat-talba u l-komponenti differenti tagħha bħal dak prinċipali, l-imgħax akkumulat, eċċ;

(b)

l-isem u data oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-debitur;

(c)

l-isem, l-indirizz u dettalji ta’ kuntatt oħra rigward:

(i)

l-uffiċċju responsabbli għall-valutazzjoni tat-talba, u, jekk differenti,

(ii)

l-uffiċċju fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar it-talba jew il-possibbiltajiet biex l-obbligu ta’ ħlas jiġi kkontestat.

2.   Ir-rikjesta għall-irkurpru ta’ talba tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti oħra relatati mat-talba maħruġa fl-Istat Membru applikanti.

Artikolu 13

Eżekuzzjoni tat-talba għall-irkupru

1.   Għall-fini tal-irkupru fl-Istat Membru rikjest, kwalunkwe talba li għaliha tkun saret rikjesta għall-irkupru għandha tiġi ttrattata daqslikieku kienet talba tal-Istat Membru rikjest, għajr fejn huwa pprovdut mod ieħor f’din id-Direttiva. L-awtorità rikjesta għandha tagħmel użu mis-setgħat u l-proċeduri pprovduti taħt il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru rikjest li japplikaw għal talbiet li jikkonċernaw l-istess taxxa jew dazju, jew fin-nuqqas ta’ dawn, taxxi jew dazji simili, għajr fejn huwa pprovdut mod ieħor f’din id-Direttiva.

Jekk l-awtorità rikjesta tqis li l-istess taxxi jew dazji jew oħrajn simili ma jiġux imposti fit-territorju tiegħu, għandħa tagħmel użu mis-setgħat u l-proċeduri pprovduti lilha taħt il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru rikjest li japplikaw għal talbiet dwar it-taxxa imposta fuq id-dħul personali, għajr fejn huwa pprovdut mod ieħor f’ din id-Direttiva.

L-Istat Membru rikjest m’għandux ikun obbligat li jagħti lit-talbiet ta’ Stati Membri oħrajn il-preferenzi li jagħti lil talbiet simili li jirriżultaw f’dak l-Istat Membru, għajr fejn huwa maqbul mod ieħor bejn l-Istati Membri kkonċernati jew previst fil-liġi tal-Istat Membru rikjest. Stat Membru li jagħti l-preferenzi lit-talbiet ta’ Stat Membru ieħor ma jistax jirrifjuta li jagħti l-istess preferenzi lill-istess talbiet jew lil dawk simili ta’ Stati Membri oħrajn bl-istess kondizzjonijiet.

L-Istat Membru rikjest għandu jirkupra t-talba fil-munita tiegħu stess.

2.   L-awtorità rikjesta għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti b’diliġenza dovuta bi kwalunkwe azzjoni li tkun ħadet dwar it-talba għall-irkupru.

3.   Sa mid-data minn meta tiġi rċevuta t-talba għall-irkupru, l-awtorità rikjesta għandha żżomm imgħax fuq ħlas li jsir tard f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest.

4.   L-awtorità rikjesta tista’, safejn jippermettu l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest, tagħti lid-debitur żmien sabiex iħallas jew inkella tawtorizza l-ħlas bin-nifs u tista’ żżomm imgħax f’dak ir-rigward. Hija għandha sussegwentement tgħarraf lill-awtorità applikanti b’kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), l-awtorità rikjesta għandha tibgħat lill-awtorità applikanti l-ammonti rkuprati fir-rigward tat-talba u l-imgħax imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Tilwim

1.   Tilwim dwar it-talba, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru rikjest u tilwim dwar il-validità ta’ notifika li tkun saret minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru applikanti għandhom jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat Membru applikanti. Jekk, waqt il-proċess tal-proċedura tal-irkupru, it-talba, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru rikjest jiġi kkonstestat minn parti interessata, l-awtorità rikjesta għandha tgħarraf lil dik il-parti li din tal-aħħar għandha tressaq it-tali azzjoni quddiem il-korp kompetenti tal-Istat Membru applikanti f’konformità mal-liġijiet fis-seħħ hemmhekk.

2.   Tilwim dwar il-miżuri ta’ infurzar li jittieħdu fl-Istat Membru rikjest jew dwar il-validità ta’ notifika li tkun saret minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest għandhom jitressqu quddiem il-korp kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

3.   Meta azzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 tkun tressqet quddiem il-korp kompetenti tal-Istat Membru applikanti, l-awtorità applikanti għandha tgħarraf lill-awtorità rikjesta dwar dan u għandha tindika safejn it-talba mhix ikkontestata.

4.   Hekk kif l-awtorità rikjesta tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jew mill-awtorità applikanti jew mill-parti interessata, hija għandha tissospendi l-proċedura ta’ infurzar, safejn tikkonċerna parti kkontestata tat-talba, sakemm tinqata’ d-deċiżjoni tal-korp kompetenti fil-kwistjoni, għajr meta l-awtorità applikanti titlob mod ieħor f’konformità mat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, jew fejn jitqies meħtieġ mod ieħor mill-awtorità rikjesta, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, l-awtorità rikjesta tista’ tieħu miżuri ta’ prekawzjoni biex tiggarantixxi l-irkupru safejn il-liġijiet jew ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest jippermettu azzjoni bħal din.

L-awtorità applikanti tista’, f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti, titlob lill-awtorità rikjesta biex tirkupra talba kkontestata jew il-parti kkontestata ta’ talba, safejn azzjoni bħal din hija permessa mil-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest. Kwalunkwe talba ta’ dan it-tip għandha tkun iġġustifikata. Jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun sussegwentement favorevoli għad-debitur, l-awtorità applikanti għandha tkun responsabbli għar-rimborż ta’ kull somma rkuprata, flimkien ma’ kull kumpens dovut, b’mod konformi mal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru applikanti jew l-Istat Membru rikjest ikunu nedew proċedura ta’ ftehim reċiproku, u l-eżitu tal-proċedura jista’ jaffettwa t-talba li għaliha ntalbet l-assistenza, il-miżuri ta’ rkupru għandhom jiġu sospiżi jew jitwaqqfu sakemm dik il-proċedura tkun intemmet, sakemm ma tikkonċernax każ ta’ urġenza immedjata minħabba frodi jew insolvenza. Jekk il-miżuri ta’ rkupru jiġu sospiżi jew jitwaqqfu, għandu japplika t-tieni subparagrafu.

Artikolu 15

Emenda jew tneħħija tat-talba għal assistenza għall-irkupru

1.   L-awtorità applikanti għandha tgħarraf lill-awtorità rikjesta immedjatament b’kull emenda sussegwenti fuq it-talba tagħha għall-irkupru jew għat-tneħħija fuq rikjesta tagħha stess, billi tindika r-raġunijiet għall-emenda jew għat-tneħħija.

2.   Jekk l-emenda tat-talba tkun ikkawżata minn deċiżjoni tal-korp kompetenti msemmi fl-Artikolu 14(1), l-awtorità applikanti għandha tikkomunika din id-deċiżjoni flimkien ma’ strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru rikjest. L-awtorità rikjesta għandha mbagħad tipproċedi bil-miżuri addizzjonali ta’ rkupru abbażi tal-istrument rivedut.

Il-miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni li jkunu diġà ttieħdu abbażi tal-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru rikjest jistgħu jitkomplew abbażi tal-istrument rivedut, sakemm l-emenda tat-talba ma ssirx minħabba l-invalidità tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jew tal-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru rikjest.

L-Artikoli 12 u 14 għandhom japplikaw fir-rigward tal-istrument rivedut.

Artikolu 16

Talba għal miżuri ta’ prekawzjoni

1.   Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu miżuri ta’ prekawzjoni, jekk permessa bil-liġi nazzjonali tagħha u f’konformità mal-prassi amministrattivi tagħha, biex tiżgura l-irkupru meta talba jew l-istrument li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti huwa kkontestat fiż-żmien meta ssir it-talba, jew meta t-talba li għadha mhix is-suġġett ta’ strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti, safejn miżuri ta’ prekawzjoni huma wkoll possibbli, f’sitwazzjoni simili, skont il-liġi nazzjonali u l-prattiki amministrattivi tal-Istat Membru applikanti.

Id-dokument imfassal biex jippermetti miżuri ta’ prekawzjoni fl-Istat Membru applikanti u li huwa relatat mat-talba li għaliha qed tintalab l-assistenza reċiproka, fejn meħtieġ, għandu jiġi mehmuż mat-talba għal miżuri ta’ prekawzjoni fl-Istat Membu rikjest. Dan id-dokument m’għandu jkun soġġett għall-ebda att ta’ rikonoxximent, ta’ suppliment jew ta’ sostituzzjoni fl-Istat Membru rikjest.

2.   It-talba għall-miżuri ta’ prekawzjoni tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti oħra relatati mat-talba, maħruġa fl-Istat Membru applikanti.

Artikolu 17

Regoli li jirregolaw it-talba għal miżuri ta’ prekawzjoni

Sabiex jingħata effett lill-Artikolu 16, l-Artikoli 10(2), 13(1) u (2), 14, u 15 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 18

Limiti għall-obbligi tal-awtorità rikjesta

1.   L-awtorità rikjesta m’għandhiex tkun obbligata li tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli 10 sa 16 jekk l-irkupru tat-talba, minħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, jikkawża diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji fl-Istat Membru rikjest, safejn il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat Membru jippermettu tali eċċezzjoni fil-każ ta’ talbiet nazzjonali.

2.   L-awtorità rikjesta m’għandhiex tkun obbligata tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli 5 u 7 sa 16, jekk it-talba inizjali għal assistenza skont l-Artikoli 5, 7, 8, 10 jew 16 issir fir-rigward ta’ talbiet li jkunu ilhom aktar minn ħames snin, mid-data dovuta tat-talba fl-Istat Membru applikanti sad-data tat-talba inizjali għal assistenza.

Madankollu, f’każijiet fejn it-talba jew l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jiġu kkontestati, il-perijodu ta’ ħames snin għandu jitqies li jibda mill-mument meta jiġi stabbilit fl-Istat Membru applikanti li t-talba jew l-istrument li jippermetti l-infurzar ma jistax jiġi kkontestat aktar.

Barra minn hekk, f’każijiet meta jingħata posponiment tal-pagament jew tal-pjan ta’ ħlas bin-nifs mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru applikanti, il-perijodu ta’ ħames snin għandu jitqies li jibda mill-mument meta jkun intemm il-perijodu sħiħ tal-ħlas.

Madankollu, f’dawk il-każijiet l-awtorità rikjesta m’għandhiex tkun obbligata tagħti l-assistenza fir-rigward ta’ talbiet li għandhom aktar minn għaxar snin, mid-data dovuta tat-talba fl-Istat Membru applikanti.

3.   Stat Membru m’għandux ikun obbligat li jagħti assistenza jekk l-ammont totali tat-talbiet koperti b’din id-Direttiva, li għalih hija mitlub l-assistenza, ikun inqas minn EUR 1 500.

4.   L-awtorità rikjesta għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għaliex tkun ċaħdet xi talba għal assistenza.

Artikolu 19

Kwistjonijiet ta’ preskrizzjoni

1.   Kwistjonijiet dwar perijodi ta’ preskrizzjoni għandhom ikunu rregolati biss mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti.

2.   Rigward is-sospensjoni, l-interruzzjoni jew it-titwil tal-perijodi ta’ preskrizzjoni, kull pass li jittieħed fl-irkurpu ta’ talbiet minn jew f’isem l-awtorità rikjesta fir-rigward ta’ talba għal assistenza li għandu l-effett li jissospendi, jinterrompi jew itawwal il-perijodu ta’ preskrizzjoni skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest, għandu jitqies li għandu l-istess effett fl-Istat Membru applikanti, bil-kondizzjoni li jkun previst l-effett korrispondenti skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti.

Jekk is-sospensjoni, l-interruzzjoni jew it-titwil tal-perijodu ta’ preskrizzjoni ma jkunux possibbli skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru rikjest, kull pass li jittieħed fl-irkurpu ta’ talbiet minn jew f’isem l-awtorità rikjesta fir-rigward ta’ talba għal assistenza li, jekk ikun twettaq minn jew f’isem l-awtorità applikanti fl-Istat Membru tagħha, kien ikollu l-effett li jissospendi, jinterrompi jew itawwal il-perijodu ta’ preskrizzjoni skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti għandu jitqies li jkun ittieħed fl-Istat tal-aħħar, safejn huwa kkonċernat dak l-effett.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru applikanti li jieħdu miżuri biex jissospendu, jinterrompu jew itawlu l-perijodu ta’ preskrizzjoni f’konformità mal-liġijiet fis-seħħ f’dak l-Istat Membru.

3.   L-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta għandhom jgħarrfu lil xulxin bi kwalunkwe azzjoni li tinterrompi, tissospendi jew ittawwal il-perijodu ta’ preskrizzjoni tat-talba li għaliha ntalbu l-miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni, jew li jista’ jkollha dan l-effett.

Artikolu 20

Spejjeż

1.   Minbarra l-ammonti msemmija fl-Artikolu 13(5), l-awtorità rikjesta għandha tfittex li tirkupra mill-persuna kkonċernata u żżomm l-ispejjeż marbuta mal-irkupru li hi tkun ġarrbet, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru rikjest.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw il-talbiet kollha li jkollhom fuq xulxin għar-rimborż tal-ispejjeż li jirriżultaw minn kwalunkwe assistenza reċiproka li huma jagħtu lil xulxin skont din id-Direttiva.

Madankollu, fejn l-irkupru joħloq problema speċifika, jinvolvi ammont kbir ħafna fi spejjeż jew fejn huwa relatat mal-kriminalità organizzata, l-awtoritajiet applikanti u rikjesti jistgħu jiftiehmu dwar arranġamenti speċifiċi ta’ rimborż għall-każijiet inkwistjoni.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-Istat Membru applikanti għandu jibqa’ responsabbli fil-konfront tal-Istat Membru rikjest għal kwalunkwe spiża u telf imġarrba bħala riżultat ta’ azzjonijiet meqjusa bħala mhux iġġustifikati, safejn huma kkonċernati s-sustanza tat-talba jew il-validità tal-istrument li jippermetti l-infurzar u/jew il-miżuri ta’ prekawzjoni maħruġa mill-awtorità applikanti.

KAPITOLU V

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW KULL TIP TA’ TALBA GĦALL-ASSISTENZA

Artikolu 21

Formoli standard u mezzi ta’ komunikazzjoni

1.   It-talbiet għal informazzjoni, skont l-Artikolu 5(1), it-talbiet għal notifika skont l-Artikolu 8(1), it-talbiet għall-irkupru skont l-Artikolu 10(1) jew it-talbiet għal miżuri ta’ prekawzjoni skont l-Artikolu 16(1) għandhom jintbagħtu b’mezzi elettroniċi, bl-użu ta’ formola standard, sakemm dan ma jkunx prattiku għal raġunijiet tekniċi. Safejn ikun possibbli, dawn il-formoli għandhom jintużaw ukoll għal kwalunkwe komunikazzjoni addizzjonali fir-rigward tat-talba.

L-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru rikjest, id-dokument li jippermetti l-miżuri ta’ prekawzjoni fl-Istat Membru applikanti u d-dokumenti l-oħra msemmija fl-Artikoli 12 u 16, għandhom ukoll jintbagħtu b’mezzi elettroniċi, sakemm dan ma jkunx prattiku għal raġunijiet tekniċi.

Fejn adatt, il-formoli standard jistgħu jkunu akkumpanjati minn rapporti, dikjarazzjonijiet u kwalunkwe dokument ieħor, jew kopji ċċertifikati jew estratti ta’ dawn, li għandhom ukoll jintbagħtu b’mezzi elettroniċi, sakemm dan ma jkunx prattiku għal raġunijiet tekniċi.

Il-formoli standard u l-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi jistgħu wkoll jintużaw għall-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 6.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni miksuba permezz tal-preżenza fl-uffiċċji amministrattivi fi Stat Membru ieħor jew permezz tal-parteċipazzjoni f’indaġnijiet amministrattivi fi Stat Membru ieħor, f’konformità mal-Artikolu 7.

3.   Jekk il-komunikazzjoni ma ssirx permezz ta’ mezzi elettroniċi jew bl-użu ta’ formoli standard, dan m’għandux jaffettwa l-validità tal-informazzjoni miksuba jew tal-miżuri li jittieħdu fl-eżekuzzjoni ta’ talba għall-assistenza.

Artikolu 22

Użu tal-lingwi

1.   It-talbiet għall-assistenza, il-formoli standard għan-notifika u l-istrumenti uniformi kollha li jippermettu l-infurzar fl-Istati Membri rikjesti għandhom jintbagħtu fil-lingwa uffiċjali jew ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru rikjest. Il-fatt li ċerti partijiet minnhom ikunu miktubin f’lingwa differenti mil-lingwa uffiċjali, jew xi waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru rikjest, m’għandhiex taffettwa l-validità tagħhom jew il-validità tal-proċedura, sakemm dik il-lingwa l-oħra tkun waħda maqbula bejn l-Istati Membri kkonċernati.

2.   Id-dokumenti li għalihom tintalab notifika skont l-Artikolu 8 jistgħu jintbagħtu lill-awtorità rikjesta f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru applikanti.

3.   Meta talba tiġi akkumpanjata minn dokumenti għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità rikjesta tista’, fejn meħtieġ, tirrikjedi mill-awtorità applikanti traduzzjoni ta’ tali dokumenti fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rikjest, jew fi kwalunkwe lingwa oħra maqbula bilateralment bejn l-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 23

Żvelar ta’ informazzjoni u dokumenti

1.   L-informazzjoni kkomunikata fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva għandha tkun koperta bl-obbligu ta’ segretezza uffiċjali u tgawdi mill-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li rċevieha.

Tali informazzjoni tista’ tintuża għall-fini li jiġu applikati l-infurzar jew il-miżuri ta’ prekawzjoni fir-rigward ta’ talbiet koperti minn din id-Direttiva. Tista’ tintuża wkoll għall-valutazzjoni u l-infurzar ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali.

2.   Il-persuni debitament akkreditati mill-Awtorità ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni biss safejn din tkun meħtieġa għall-kura, għall-manutenzjoni u għall-iżvilupp tan-netwerk CCN.

3.   L-Istat Membru li jkun qiegħed jipprovdi l-informazzjoni għandu jippermetti l-użu tagħha għal finijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru li jkun qiegħed jirċievi l-informazzjoni, jekk, skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li jkun qiegħed jipprovdi l-informazzjoni, l-informazzjoni tista’ tintuża għal finijiet simili.

4.   Meta l-awtorità applikanti jew dik rikjesta tqis li l-informazzjoni miksuba skont din id-Direttiva x’aktarx li tkun utli għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal Stat Membru terz, hija tista’ tittrasmetti dik l-informazzjoni lill-Istat Membru terz, bil-kondizzjoni li din it-trasmissjoni tkun f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva. Hija għandha tinforma lill-Istat Membru tal-oriġini bl-informazzjoni dwar l-intenzjoni tagħha li tikkondividi dik l-informazzjoni ma’ Stat Membru terz. L-Istat Membru tal-oriġini tal-informazzjoni jista’ jopponi din il-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha jkun irċieva l-komunikazzjoni mill-Istat Membru li jkun jixtieq jikkondividi l-informazzjoni.

5.   Il-permess biex tintuża informazzjoni skont il-paragrafu 3 li tkun ġiet trasmessa skont il-paragrafu 4 jista’ jingħata biss mill-Istat Membru li minnu toriġina l-informazzjoni.

6.   L-informazzjoni kkomunikata fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva tista’ tiġi invokata jew użata bħala evidenza mill-awtoritajiet kollha fl-Istat Membru li jirċievi l-informazzjoni fuq l-istess bażi bħal informazzjoni simili miksuba f’dak l-Istat.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Applikazzjoni ta’ ftehimiet oħra dwar l-assistenza

1.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta’ kwalunkwe obbligu sabiex tiġi pprovduta assistenza aktar wiesgħa li tirriżulta minn ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali, inkluż għan-notifika ta’ atti ġuridiċi jew extra-ġuridiċi.

2.   Meta l-Istati Membri jikkonkludu tali ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali dwar kwistjonijiet oħra koperti b’din id-Direttiva minbarra t-trattament ta’ każijiet individwali, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

3.   Meta jipprovdu għajnuna reċiproka ta’ dan il-qies akbar taħt ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu min-netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika u l-formoli standard adottati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 25

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Irkupru.

2.   Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 4(2), (3) u (4), l-Artikolu 5(1), l-Artikoli 8, 10, 12(1), l-Artikolu 13(2), (3), (4) u (5), l-Artikoli 15, 16(1) u 21(1).

Dawn ir-regoli għandhom tal-anqas ikun relatati ma’ dan li ġej:

(a)

l-arranġamenti prattiċi fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-kuntatti bejn l-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament, l-uffiċċji ta’ kollegament u d-dipartimenti ta’ kollegament l-oħrajn, imsemmija fl-Artikolu 4(2), (3) u (4), ta’ Stati Membri differenti, u l-kuntatti mal-Kummissjoni;

(b)

il-mezzi li permezz tagħhom jistgħu jiġu trasmessi l-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet;

(c)

il-format u dettalji oħrajn tal-formoli standard li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-Artikolu 5(1), l-Artikoli 8, 10(1), l-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 16(1);

(d)

il-konverżjoni tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati u t-trasferiment tal-ammonti rkuprati.

Artikolu 27

Rappurtar

1.   Kul Stat Membru għandu kull sena u sal-31 ta’ Marzu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan li ġej:

(a)

l-għadd ta’ talbiet għal informazzjoni, notifika u rkupru jew għal miżuri ta’ prekawzjoni li jibgħat lil kull Stat Membru rikjest u li jirċievi kull sena minn kull Stat Membru applikanti;

(b)

l-ammont tat-talbiet li għalihom tintalab l-assistenza għall-irkupru u l-ammonti rkuprati.

2.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tkun utli għall-evalwazzjoni tal-għoti tal-assistenza reċiproka taħt din id-Direttiva.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport kull ħames snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tal-arranġamenti stabbiliti minn din id-Direttiva.

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2012.

Meta dawk id-dispożizzjonijiet jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 29

Tħassir tad-Direttiva 2008/55/KE

Id-Direttiva 2008/55/KE hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 31

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  L-Opinjoni tal-10 ta’ Frar 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tas-16 ta’ Lulju 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18.

(4)  ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

31.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 270/2010

tad-29 ta' Marzu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' twavel għall-mogħdija li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 452/2007 (2), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' twavel għall-mogħdija li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Il-miżuri jikkonsistu f’rata tad-dazju ad valorem ta’ 38,1 %, bl-eċċezzjoni ta’ ħames kumpaniji msemmija espressament u li huma soġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

1.2.   Talba għal reviżjoni

(2)

Fl-2008, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni parzjali interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (“reviżjoni interim”). It-talba, li kienet limitata fl-ambitu għall-eżami tad-dumping, tressqet minn produttur esportatur Ċiniż, Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou (“Power Team” jew “l-applikant”). Ir-rata tad-dazju definittiv anti-dumping applikabbli għall-applikant hija ta' 36,5 %.

(3)

Fit-talba tiegħu, l-applikant saħaq li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom il-miżuri eżistenti kienu imposti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura permanenti. L-applikant ipprovda evidenza prima facie li l-impożizzjoni ssuktata tal-miżura fil-livell attwali tagħha m'għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping.

(4)

B'mod partikolari, l-applikant saħaq li issa jopera skont il-kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. L-applikant għaldaqstant allega li l-valur normali tiegħu għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Tqabbil ta' dan il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni Ewropea (“UE”) indika li l-marġni tad-dumping jidher li huwa sostanzjalment aktar baxx mil-livell attwali tal-miżura.

(5)

Għalhekk, l-applikant saħaq li l-impożizzjoni ssuktata tal-miżuri fil-livell attwali, li kien ibbażat fuq il-livell ta' dumping stabbilit qabel, ma kenitx meħtieġa aktar biex tagħmel tajjeb għad-dumping.

1.3.   Il-bidu ta' reviżjoni

(6)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni interim, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitata fl-ambitu għall-eżami tad-dumping fir-rigward tal-applikant (3).

1.4.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili

(7)

Il-prodott ikkonċernat mir-reviżjoni interim attwali huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ (“investigazzjoni oriġinali”), jiġifieri twavel għall-mogħdija, bis-saqajn jew mingħajrhom, bil-fwar u/jew bil-wiċċ isaħħan u/jew li jonfoħ jew mingħajrhom, inklużi t-twavel għall-mogħdija tal-kmiem u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri, is-saqajn, il-wiċċ u fejn titpoġġa l-ħadida, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li attwalment għandhom il-kodiċi NM ex 3924 90 00 (4), ex 4421 90 98, ex 7323 93 90, ex 7323 99 91, ex 7323 99 99, ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00.

(8)

Il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku Ċiniż u dak esportat lejn l-UE, kif ukoll dak immanifatturat u mibjugħ fl-Ukraina (użata bħala l-pajjiż analogu) għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi, u għalhekk huma meqjusa simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

1.5.   Il-partijiet ikkonċernati

(9)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lir-rappreżentant tal-industrija tal-Unjoni, lill-applikant u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur bil-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jinstemgħu.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet formola ta' talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”) flimkien ma' kwestjonarju lill-applikant u rċeviet risposta qabel l-iskadenza stabbilita għal dak il-għan. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha neċessarja biex tiddetermina d-dumping, filwaqt li wettqet żjara ta' verifika fil-kwartieri tal-applikant.

1.6.   Il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni

(11)

L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008 (“il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). Ta' min ifakkar li l-perijodu tal-investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri kien mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005 (“il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”).

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Trattament ta' Ekonomija tas-Suq (“TES”)

(12)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f'investigazzjonijiet tal-anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku għal dawk il-produtturi li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera li l-manufattura u l-bejgħ tal-prodott simili jsiru fil-kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. Dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:

id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr indħil sinifikanti tal-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq,

il-kumpaniji għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabbiltà bażiċi li jkunu vverifikati b’mod indipendenti, skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (“IAS”) u li jiġu applikati għall-finijiet kollha,

ma ntiret l-ebda distorsjoni sinifikanti mis-sistema preċedenti li ma kinitx topera f'ekonomija tas-suq,

il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu l-istabbiltà u ċ-ċertezza ġuridika,

il-kambji tal-munita jsiru bir-rati tas-suq.

(13)

L-applikant talab it-TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u ġie mistieden jimla formola ta’ talba għat-TES.

(14)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-applikant ma kienx jissodisfa l-kriterju MET imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) (il-kriterju 1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-ispejjeż tal-inputs ewlenin. Ġie stabbilit li wara l-perijodu tal-investigazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri wara l-2005, ġew imposti restrizzjonijiet fuq l-estportazzjoni mill-Istat fuq diversi prodotti tal-azzar, inkluż il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija, jiġifieri, pjanċi tal-azzar, pajpijiet tal-azzar u wajer tal-azzar. Ta' min jinnota li l-ispiża ta' dawn il-materji primi tirrappreżenta parti sinifikanti tal-ispiża totali tal-materji primi. L-impożizzjoni tat-taxxi fuq l-esportazzjoni naqqset l-inċentiv għall-esportazzjoni u għalhekk żiedet il-volumi disponibbli fis-suq domestiku, u dan wassal għal prezzijiet iktar baxxi. Instab ukoll li għadd ta' skemi ta' sussidju kienu disponibbli għall-produtturi tal-azzar Ċiniżi (5), kif ukoll kontijiet diponibbli għall-pubbliku ta' għadd ta' produtturi tal-azzar jikkonfermaw li l-Istat Ċiniż qed jappoġġa b'mod attiv l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fir-RPĊ.

(15)

B'konsegwenza ta' dan, il-prezzijiet domestiċi tal-azzar fir-RPĊ fil-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni kienu orħos sewwa mill-prezzijiet fi swieq oħra mdaqqsa tad-dinja, partikolarment il-prezzijiet tal-azzar fl-Amerika ta' Fuq u l-Ewropa ta' Fuq (6), u dawn id-differenzi fil-prezz ma jistgħu jiġu spjegati b'ebda vantaġġ kompetittiv fil-produzzjoni tal-azzar.

(16)

Barra minn hekk, mill-informazzjoni fuq il-fajl, instab li l-applikant kien qed jibbenefika minn dawn il-prezzijiet artifiċjalment baxxi u mimsusa tal-azzar, billi kien jixtri l-materja prima tiegħu fis-suq domestiku Ċiniż.

(17)

Għalhekk, ġie konkluż li l-inputs ewlenin ta' Power Team ma jirriflettux sostanzjalment il-valuri tas-suq. Konsegwentement, ġie konkluż li l-applikant ma weriex li jissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u, għalhekk, ma jistax jingħata TES.

(18)

L-applikant, il-pajjiż esportatur u l-industrija tal-Unjoni ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw dwar is-sejbiet li ssemmew hawn fuq. Waslu kummenti mingħand l-applikant u l-industrija tal-Unjoni.

(19)

L-applikant ressaq tliet argumenti ewlenin qabel id-data tal-iskadenza. L-ewwel nett, qal li l-prezzijiet tal-materja prima ta' Power Team kienu konformi mal-prezzijiet domestiċi u li din is-sejba kienet biżżejjed biex jiġi sodisfatt il-kriterju 1 fl-investigazzjoni oriġinali. B'konsegwenza ta' dan, il-kumpanija qieset li t-tqabbil tal-prezzijiet fis-suq domestiku Ċiniż ma' swieq internazzjonali oħra tal-azzar kien ksur tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-kuntest, il-kumpanija poġġiet dubji wkoll fuq ir-relevanza tal-prezzijiet tas-suq tal-azzar tal-Ewropa ta' Fuq u tal-Amerika ta' Fuq, li sar tqabbil magħhom. L-applikant qal li kien hemm ukoll prezzijiet ta' swieq internazzjonali oħra, bħall-prezzijiet tal-esportazzjoni Torok, li kienu inqas mill-prezzijiet domestiċi fir-RPĊ.

(20)

Tabilħaqq huwa veru li l-applikant issodisfa l-kriterju 1 fl-investigazzjoni oriġinali, iżda ma ssodisfax il-kriterju 2. Madankollu, huwa meqjus li l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku ma nkisirx billi ma kienx hemm bidla fil-metodoloġija biex jiġi evalwat jekk il-kumpanija taħdimx f'kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq u, partikolarment, jekk tissodisfax il-kriterju 1. Fiż-żewġ investigazzjonijiet, l-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni tar-reviżjoni, il-kwistjoni jekk il-materja prima tirriflettix il-valuri tas-suq ġiet evalwata. Fiż-żewġ investigazzjonijiet, wieħed mill-indikaturi eżaminati kien il-prezzijiet domestiċi tal-azzar, iżda fl-investigazzjoni oriġinali ma kienx hemm fatturi sinifikanti oħra li dehru li kienu qed jinfluwenzaw il-prezzijiet tal-materja prima. Għalhekk, il-metodoloġija baqgħet l-istess, iżda s-sejbiet kienu differenti.

(21)

L-investigazzjoni tar-reviżjoni żvelat li wara l-perijodu tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri mill-2006, iċ-ċirkostanzi nbidlu billi ġew imposti bosta miżuri mill-Istat Ċiniż biex jiskoraġġixxi l-esportazzjonijiet tal-pjanċi, il-pajpijiet u l-wajer tal-azzar billi introduċa taxxa fuq l-esportazzjoni u billi elimina r-rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjoni. Dan, flimkien mal-iskemi tas-sussidju msemmija qabel, kellu effett ta' distorzjoni fuq il-prezzijiet domestiċi Ċiniżi tal-azzar billi d-differenza fil-prezzijiet li nstabet bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet domestiċi ppubblikati għall-Amerika ta' Fuq u l-Ewropa ta' Fuq, żdiedet b'mod sinifikanti għal madwar 30 %. Din id-differenza fil-prezzijiet ma ġietx ikkontestata mill-applikant wara l-iżvelar tas-sejbiet TES.

(22)

Fir-rigward tal-argument li l-prezzijiet domestiċi tal-Amerika ta' Fuq u tal-Ewropa ta' Fuq mhumiex l-uniċi prezzijiet relevanti fil-livell internazzjonali, ta' min jinnota li ż-żewġ swieq tal-azzar intgħażlu għat-tqabbil tal-prezzijiet billi ż-żewġt iswieq għandhom konsum għoli ta' azzar u huma swieq kompetittivi b'bosta produtturi attivi. B'hekk, jista' jiġi preżunt b'mod raġonevoli li dawk il-prezzijiet domestiċi kienu rappreżentattivi għall-prezzijiet kompetittivi tas-suq. Barra minn hekk, l-istqarrija li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tat-Turkija kienu inqas minn dawk domestiċi Ċiniż ma kinitx issostanzjata iktar f'dan l-istadju, jiġifieri ma ngħatawx prezzijiet konkreti qabel id-data tal-iskadenza. Barra minn hekk, ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni għaliex il-prezzijiet tal-esportazzjoni Torok għandhom jitqiesu bħala iktar relevanti, meta wieħed iqis id-daqs relattivament żgħir li apparentement għandu s-suq tal-esportazzjoni Tork meta mqabbel mas-swieq tal-Amerika ta' Fuq u tal-Ewropa ta' Fuq.

(23)

It-tieni, l-kumpanija stqarret li saret diskriminazzjoni fil-konfront tagħha fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, billi f'għadd ta' każijiet oħra riċenti fejn l-azzar kien jagħmel parti ewlenija, kien hemm xi kumpaniji tal-azzar Ċiniżi li kienu jissodisfaw il-kriterju 1. Dawn il-każijiet ġew eżaminati kollha u nstab li l-ebda waħda mill-kumpaniji involuti f'dawk il-każijiet ma ngħatat TES billi kollha kemm huma kienu naqsu milli jissodisfaw mill-inqas kriterju wieħed ieħor tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, għal raġunijiet ta' ekonomija amministrattiva, ma kienx hemm bżonn li l-kriterju 1 jiġi studjat f'ħafna dettall billi kien jidher ċar li l-kumpanija kienet se tfalli għal raġunijiet oħra. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni f'ebda wieħed minn dawn il-każijiet riċenti ma kienet ikkonkludiet li ma kienx hemm distorsjonijiet fis-suq tal-azzar domestiku Ċiniż, iżda għal kuntrarju ta' dan, f'każijiet riċenti, ma ngħatax TES kull meta setgħet tiġi identifikata distorsjoni fil-prezzijiet tal-materja prima (7).

(24)

Fl-aħħar nett, l-applikant argumenta li aġġustament tal-valur normali ikun iktar xieraq milli ma jingħatax TES. Madankollu, aġġustament tal-valur normali jidher li mhux xieraq billi wieħed mill-kriterji għall-għoti ta' TES huwa li l-ispejjeż tal-inputs ewlenin għandhom jirriflettu l-valuri tas-suq. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-konsegwenza għandha minflok tkun li ma jingħatax TES u li l-valur normali jinbidel b'valur normali ta' pajjiż analogu, partikolarment jekk il-materja prima tkun parti sinifikanti mill-ispejjeż tal-inputs.

(25)

Bħala konklużjoni, ebda wieħed mill-argumenti mressqa minn Power Team ma kien konvinċenti jew wassal għal evalwazzjoni differenti tas-sejbiet.

(26)

L-industrija tal-Unjoni qalet li l-Istat Ċiniż kien intervjena ħafna fl-industrija tal-azzar u dan kien diġà wassal lill-UE u lill-Istati Uniti biex jitolbu li jsiru konsultazzjonijet tad-WTO biex din il-kwistjoni tissolva.

(27)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet u l-konklużjoni li m'għandux jingħata TES lil Power Team ġew ikkonfermati.

(28)

Wara l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kienet se tiġi rrakkomandata emenda għar-Regolament (KE) Nru 452/2007, l-applikant bagħat iktar kummenti dwar is-sejbiet tat-TES.

(29)

L-applikant fil-biċċa l-kbira tenna l-argument tiegħu li l-inputs ewlenin tiegħu jirriflettu l-valuri tas-suq fir-RPĊ u li l-prezzijiet Ċiniżi huma fil-biċċa l-kbira konfomi mas-swieq internazzjonali l-oħra. Filwaqt li għaraf il-fatt li ż-żieda fil-prezz għall-inputs ewlenin ma kinitx daqshekk kbira fir-RPĊ fl-2008 meta mqabbel ma' swieq internazzjonali oħra, l-applikant allega li dan mhux minħabba distorzjonijiet iżda li fatturi purament kummerċjali oħra jistgħu jkunu r-raġuni għall-prezzijiet orħos fis-suq domestiku Ċiniż. L-applikant ġibed l-attenzjoni lejn iż-żieda fil-produzzjoni fl-2008 u indika li d-dazji kontra d-dumping jew kumpensatorji fis-seħħ kontra l-esportazzjonijiet ta' ħafna mill-inputs tal-azzar manifatturati fir-RPĊ kienu wasslu biex il-produtturi Ċiniżi jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom fis-suq domestiku.

(30)

Ta' min jinnota li l-informazzjoni addizzjonali dwar il-prezzijiet mogħtija mill-applikant appoġġat is-sejba li l-materji primi ewlenin għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija fl-2008 kienu fil-medja sostanzjalment orħos fis-suq domestiku Ċiniż milli fi swieq imdaqqsa oħra tad-dinja.

(31)

Fir-rigward tal-argument li fatturi purament kummerċjali kienu r-raġuni għal dik id-differenza fil-prezz, jiġifieri ż-żieda fil-produzzjoni fir-RPĊ, ta' min jinnota li dan l-argument ma ġiex issostanzjat biżżejjed partikolarment fir-rigward ta' kull korrelazzjoni possibbli bejn iż-żieda allegata fil-produzzjoni u s-sitwazzjoni fuq in-naħa tad-domanda. Fl-istess waqt, l-argument imqajjem mill-applikant li kien hemm dazji kumpensatorji fis-seħħ kontra esportazzjonijiet ta' għadd ta' prodotti tal-azzar mir-RPĊ, juri biss li l-produtturi tal-azzar Ċiniżi kienu tabilħaqq qegħdin jibbenefikaw mis-sussidji.

(32)

Konsegwentement, l-argument tal-applikant li s-suq tal-azzar fir-RPĊ mhuwiex mittiefes ma jistax jiġi sostnut u huwa definittivament konkluż li d-determinazzjoni ta' TES ma tistax tiġi riveduta u li TES m'għandux jingħata lil Power Team.

2.2.   It-trattament individwali (“TI”)

(33)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jekk ikun il-każ, għandu jiġi stabbilit dazju effettiv fil-pajjiż kollu għal pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief fil-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha għat-trattament individwali stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:

fil-każ ta’ kumpaniji jew impriżi konġunti totalment jew parzjalment f’idejn barranin, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti,

il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-kwantitajiet u l-kondizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati liberament,

il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lil persuni privati, u għandu jintwera li l-kumpanija hija indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat,

il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jitwettqu skont ir-rata fis-suq,

l-indħil mill-Istat mhux tali li jkun possibbli li l-esportaturi individwali ma jimxux mal-miżuri jekk jingħatawlhom rati differenti tad-dazju.

(34)

Minbarra li talab għat-TES, l-applikant talab ukoll it-TI kemm-il darba ma jingħatax it-TES.

(35)

L-investigazzjoni wriet li l-applikant issodisfa l-kriterji kollha ta' hawn fuq u qed jiġi konkluż li għandu jingħata trattament individwali lil Power Team.

2.3.   Valur normali

(36)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, f’każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq u sakemm il-MET ma setax jingħata, għall-pajjiżi speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur ikkalkulat f’pajjiż analogu.

(37)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat il-ħsieb tagħha li għal darb'oħra tuża lit-Turkija, li kienet intużat bħala l-pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali, bħala l-pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit valur normali għar-RPĊ, iżda ebda produttur Tork ma kkoopera f'din ir-reviżjoni interim. Madankollu, ikkoopera produttur esportatur Ukrain li kien is-suġġett għal investigazzjoni parallela għal reviżjoni interim oħra. Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar dan u ma waslu ebda kummenti kontra l-użu tal-Ukraina bħala l-pajjiż analogu f'dak l-istadju.

(38)

Billi ma kienx hemm raġunijiet apparenti biex l-Ukraina ma tintagħżilx bħala pajjiż analogu u, b'mod partikolari, billi ebda produttur ta' pajjiż terz ieħor ma kkoopera, il-valur normali ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata li waslet mill-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu.

(39)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, instab li l-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili tal-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-applikant lill-UE. Barra minn hekk, għat-tipi kollha ta' prodott esportati, il-bejgħ domestiku komparabbli (jekk meħtieġ, aġġustat għall-karatteristiċi fiżiċi) tqies li kien rappreżentattiv billi l-volum tal-bejgħ tagħhom kien mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ tal-esportazzjoni korrispondenti lill-UE.

(40)

Il-Kummissjoni eżaminat imbagħad jekk il-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu ta’ kull tip ta’ twavel għall-mogħdija mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi jistax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ, billi stabbilixxiet il-proporzjon ta’ bejgħ bi qligħ lil klijenti indipendenti tat-tip ta’ twavel għall-mogħdija kkonċernat.

(41)

It-transazzjonijiet tal-bejgħ domestiku tqiesu li kienu bil-qligħ meta l-prezz unitarju ta’ tip speċifiku tal-prodott kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. B’hekk ġiet determinata l-ispiża tal-produzzjoni ta’ kull tip mibjugħ fil-pajjiż analogu matul il-PI.

(42)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz nett ta’ bejgħ daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni kkalkulata rrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip, u fejn il-prezz medju differenzjat ta’ dan it-tip kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dan it-tip matul il-PI, sew jekk dan il-bejgħ kienx bi qligħ u sew jekk le.

(43)

Fejn il-volum tal-bejgħ li jagħmel qligħ ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-bejgħ li jagħmel qligħ ta’ dak it-tip biss.

(44)

Wara l-iżvelar, l-applikant ikkumenta li fil-każijiet fejn il-bejgħ bil-qligħ kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' tip partikolari, normalment għandu jintuża valur normali kkalkulat.

(45)

F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li sitwazzjoni ta' inqas minn 10 % ta' bejgħ bil-qligħ ma seħħitx f'din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-prassi li jiġi awtomatikament ikkalkulat valur normali f'dawn iċ-ċirkostanzi m'għadhiex tintuża.

2.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(46)

Fil-każijiet kollha, il-prodott ikkonċernat kien mibjugħ għall-esportazzjoni lil klijenti indipendenti fl-Unjoni permezz ta' kummerċjanti fir-RPĊ, u, għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġfieri fuq il-bażi tal-prezzijiet li tħallsu effettivament jew li huma pagabbli għall-prodott meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lill-UE.

(47)

Wara l-iżvelar, l-applikant qal li l-prezz tal-esportazzjoni għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ tal-fattura tal-kummerċjant indipendenti Ċiniż lil klijenti indipendenti fl-UE, u mhux, kif fil-fatt sar, fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew pagabbli għall-prodott meta jinbiegħ minn Power Team lill-kummerċjant indipendenti fil-RPĊ għall-esportazzjoni. Dan l-approċċ, madankollu, ma jkunx konformi mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku li jirrikjedi li, meta l-prodotti jinbiegħu għall-esportazzjoni, l-ewwel transazzjoni indipendenti għandha tkun il-bażi għall-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni. Konsegwentement, din l-allegazzjoni kellha tiġi rifjutata.

2.5.   Tqabbil

(48)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu mal-bażi tal-prezz ex-works. Sabiex jiġi żgurat paragun imparzjali bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li kienu affermati u ppruvati li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet. Fuq il-bażi ta’ dan, saru konċessjonijiet għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, l-ispejjeż tat-trasport, l-assikurazzjoni, l-ispejjeż tat-tagħbija u l-ispejjeż ta’ kreditu fejn kienu applikabbli u ġġustifikati. Billi l-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit esklussivament fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku lill-kummerċjanti Ċiniżi għall-esportazzjoni, ma kienx hemm raġuni għal konċessjonijiet għad-differenzi fit-tassazzjoni, billi l-valur normali ġie stabbilit ukoll fuq il-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu suġġett għal reġim tat-tassazzjoni simili. Għalhekk, kemm il-valur normali kif ukoll il-prezz tal-esportazzjoni ġew ikkalkulati mingħajr il-VAT.

(49)

Wara l-iżvelar, l-applikant qal li r-raggruppament tat-tipi ta' prodotti (li sar tabilħaqq għal skopijiet ta' tqabbil) jitfa' ċerti dubji fir-rigward tal-korrettezza tat-tqabbil tal-prezzijiet.

(50)

F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li r-raggruppament tat-tipi ta' prodott f'din l-investigazzjoni kien identiku għar-raggruppament fl-investigazzjoni oriġinali, u tqies meħtieġ biex tiżdied il-komparabilità tal-prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Unjoni minn Power Team u dawk mibjugħa fis-suq domestiku fil-pajjiż analogu. Ta' min jinnota wkoll li l-applikant ma ssostanzjax it-talba tiegħu iktar, partikolarment fir-rigward ta' għaliex ir-raggruppament kif sar (u spjegat fl-iżvelar speċifiku indirizzat lill-applikant) ma jkunx xieraq. Għalhekk, din l-allegazzjoni kellha tiġi rifjutata.

2.6.   Marġini tad-dumping

(51)

Kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali differenzjat skont it-tip ġie mqabbel mal-prezz medju differenzjat tal-esportazzjonijiet tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Dan il-paragun wera l-eżistenza ta' dumping.

(52)

Il-marġni tad-dumping għal Power Team espress bħala perċentwali tal-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, instab li kien 39,6 %.

3.   IN-NATURA PERMANENTI TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA

(53)

Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk kienx raġonevoli li wieħed iqis li ċ-ċirkostanzi mibdula għandhom natura permanenti.

(54)

F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar li l-applikant ma ngħatax TES fl-investigazzjoni oriġinali minħabba irregolaritajiet stabbiliti fir-rigward tal-prassi tal-kontabilità tiegħu. Din ir-reviżjoni kkonkludiet li Power Team issodisfa dan il-kriterju. Madankollu, kif indikat aktar 'il fuq, l-applikant ma ssodisfax il-kriterju TES imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-ispejjeż tal-inputs ewlenin. Konsegwentement, f'dak li għandu x'jaqsam mat-TES, iċ-ċirkostanzi ma nbidlux għall-applikant.

(55)

Madankollu, id-data miġbura u vverifikata matul l-investigazzjoni (jiġifieri l-prezzijiet individwali tal-applikant għall-esportazzjoni lill-UE u l-valur normali stabbilit fl-Ukraina bħala pajjiż analogu) wasslu għal marġni ogħla ta' dumping. Din il-bidla tqieset bħala sinifikanti u l-issuktar tal-applikazzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma jkunx biżżejjed biex din tagħmel tajjeb għad-dumping.

4.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(56)

Fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-investigazzjoni tar-reviżjoni, jitqies xieraq li d-dazju anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn Power Team jiġi emendat għal 39,6 %.

(57)

Fir-rigward tal-livell tad-dazju residwali, ta' min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali ma tantx kien hemm kooperazzjoni. Għalhekk, id-dazju għall-kumpaniji li ma kkooperawx ġie stabbilit fuq livell li jikkorrispondi għall-marġni tad-dumping medju differenzjat tal-aktar tipi ta’ prodott li jinbiegħu tal-produtturi esportaturi li kkooperaw bl-ogħla marġnijiet tad-dumping. Bl-applikazzjoni tal-istess metodoloġija u bil-kunsiderazzjoni tad-data relevanti mill-applikant, id-dazju residwali għandu jiġi emendat għal 42,3 %.

(58)

Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kienet se tiġi rrakkomandata emenda lir-Regolament (KE) Nru 452/2007 u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti mressqa mill-partijiet tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet definittivi ġew modifikati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2007 huwa b'dan emendat kif ġej:

Il-punt li jikkonċerna Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou fit-tabella fl-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Pajjiż

Manifattur

Rata tad-dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou

39,6

A783

Il-punt li jikkonċerna l-kumpaniji l-oħra kollha fir-RPĊ fit-tabella fl-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Pajjiż

Manifattur

Rata tad-dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Il-kumpaniji l-oħra kollha

42,3

A999

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Marzu 2010

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12.

(3)  ĠU C 3, 8.1.2009, p. 14 (“Avviż ta' Bidu”).

(4)  Il-kodiċi modifikat (3924 90 00 minflok 3924 90 90 kif imsemmi fl-Avviż tal-Bidu) huwa riżultat tan-Nomenklatura Magħquda l-ġdida li bdiet tapplika mill-1.1.2010 (ara r-Regolament (KE) 948/2009, ĠU L 287, 31.10.2009, p. 1).

(5)  Pereżempju “Money for Metal: A detailed Examination of Chinese Government Subsidies to its Steel Industry” minn Wiley Rein LLP, Lulju 2007, “China Government Subsidies Survey” minn Anne Stevenson- Yang, Frar 2007, “Shedding Light on Energy Subsidies in China: An Analysis of China's Steel Industry from 2000-2007” minn Usha C.V. Haley, “China's Specialty Steel Subsidies: Massive, Pervasive and Illegal” mill-iSpecialty Steel Industry of North America, “The China Syndrome: How Subsidies and Government Intervention Created the World's Largest Steel Industry” minn Wiley Rein & Fielding LLP, Lulju 2006 u “The State-Business Nexus in China’s Steel Industry – Chinese Market Distortions in Domestic and International Perspective” minn Prof. Dr. Markus Taube u Dr. Christian Schmidkonz ta' THINK!DESK China Research & Consulting, 25.2.2009.

(6)  Sors: Steel Business Briefing, prezzijiet medji għall-2005 u l-2008.

(7)  Ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta' Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 287/2009 tas-7 ta' April 2009 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 94, 8.4.2009, p. 17).


31.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 271/2010

tal-24 ta’ Marzu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(3), l-Artikolu 38(b), u l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistabbilixxi li l-logo Komunitarju huwa waħda mill-indikazzjonijiet obbligatorji li għandhom jintużaw fuq l-imballaġġ tal-prodotti li juri termini li jirreferu għall-metodu tal-produzzjoni organika kif imsemmi fl-Artikolu 23(1), u li l-użu ta’ dan il-logo huwa fakultattiv għal prodotti impurtati minn pajjiżi terzi. L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jippermetti l-użu tal-logo Komunitarju fit-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti skont dak ir-Regolament.

(2)

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (2), li nbidel bir-Regolament (KE) Nru 834/2007, uriet li l-logo Komunitarju li jista’ jintuża fuq bażi volontarja ma għadux jilħaq l-aspettattivi tal-operaturi fis-settur u lanqas tal-konsumaturi.

(3)

Ir-regoli l-ġodda li jikkonċernaw il-logo għandhom jiġu introdotti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (3). Dawk ir-regoli għandhom jippermettu li l-logo jkun adattat iktar għall-iżviluppi fis-settur, b’mod partikolari permezz ta’ identifikazzjoni aħjar mill-konsumaturi tal-prodotti organiċi li jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-UE li jikkonċernaw il-produzzjoni organika.

(4)

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, huwa xieraq li wieħed jirreferi għal-“logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea” minflok il-“logo Komunitarju tal-produzzjoni organika”.

(5)

Il-Kummissjoni organizzat kompetizzjoni fost l-istudenti tal-arti u d-disinn mill-Istati Membri, bl-għan li tiġbor il-proposti għal logo ġdid, u ġurija indipendenti għażlet u kklassifikat l-aħjar 10 proposti. Iktar skrutinju mil-lat tal-proprjetà intelletwali ppermetta li jiġu identifikati l-aqwa tliet disinji minn dak il-lat, li sussegwentement tressqu għal konsultazzjoni fuq l-Internet li kienet miftuħa bejn is-7 ta’ Diċembru 2009 u l-31 ta’ Jannar 2010. Il-logo propost magħżul mill-maġġoranza ta’ dawk li żaru l-websajt matul dak il-perjodu għandu jiġi adottat bħala l-logo l-ġdid tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-bidla tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Lulju 2010 ma għandhiex toħloq diffikultajiet fis-suq, u b’mod partikolari l-prodotti organiċi li jkunu diġà tpoġġew fis-suq għandhom jitħallew jinbiegħu mingħajr l-indikazzjonijiet obbligatorji meħtieġa bl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, sakemm il-prodotti inkwistjoni jikkonformaw mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jew mar Regolament (KE) Nru 834/2007.

(7)

Sabiex l-użu tal-logo ikun possibbli hekk kif isir obbligatorju skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u biex ikun żgurat it-tħaddim effettiv tas-suq intern, biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta u biex jiġu mħarsal-interessi tal-konsumaturi, il-logo l-ġdid tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea ġie rreġistrat bħala Marka Kollettiva tal-Biedja Organika fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intelletwali u konsegwentement huwa fis-seħħ, jista’ jintuża u huwa protett. Il-logo se jiġi rreġistrat ukoll fir-Reġistri Komunitarji u Internazzjonali.

(8)

L-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jistabbilixxxi li n-numru tal-kodiċi tal-entità jew l-awtorità ta’ kontroll għandu jitpoġġa immedjatament taħt il-logo Komunitarju mingħajr indikazzjoni speċifika dwar il-format u l-attribuzzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet. Sabiex tiġi stabbilita applikazzjon armonizzata ta’ dawn in-numri tal-kodiċi, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-format u l-attribuzzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:

1)

Fit-Titolu III, it-titolu tal-Kapitolu I għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

“Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea”

2)

L-Artikolu 57 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 57

Il-logo organiku tal-UE

Skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem “Il-logo organiku tal-UE”) għandu jsegwi l-mudell stabbilit fil-Parti A tal-Anness XI għal dan ir-Regolament.

Il-logo organiku tal-UE għandu jintuża biss jekk il-prodott konċernat jiġi manifatturat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u r-regolamenti tal-implimentazzjoni tiegħu jew ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”

3)

Fl-Artikolu 58(1), il-punti (b), (c) u (d) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“(b)

jinkludi terminu li jistabbilixxi rabta bejn il-metodu tal-produzzjoni organika, kif imsemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 skont il-Parti B (2) tal-Anness XI għal dan ir-Regolament;

(c)

jinkludi numru ta’ referenza li jrid jiġi deċiż mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont il-Parti B (3) tal-Anness XI għal dan ir-Regolament; u

(d)

jitpoġġa fl-istess kamp viżiv tal-logo organiku tal-UE, meta l-logo organiku tal-UE jintuża fit-tikkettar.”

4)

Fl-Artikolu 95, il-paragrafi 9 u 10 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“9.   Il-ħażniet ta’ prodotti manifatturati, ippakkjati u ttikkettati qabel l-1 ta’ Lulju 2010 skont ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jew ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u juru termini li jirreferu għall-produzzjoni organika sakemm jinħlew il-ħażniet.

10.   Il-materjal tal-imballaġġ skont ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jew ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jista’ jibqa’ jintuża għal prodotti mqiegħda fis-suq li juru termini li jirreferu għall-produzzjoni organika sal-1 ta’ Lulju 2012, jekk mill-bqija l-prodott ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.”

5)

L-Anness XI għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.


ANNESS

“ANNESS XI

A.   Il-logo organiku tal-UE, imsemmi fl-Artikolu 57

1.

Il-logo organiku tal-UE għandu jikkonforma mal-mudell ta’ hawn taħt:

Image

2.

Il-kulur ta’ referenza fil-Pantone huwa Pantone Aħdar bin-numru 376 u Aħdar [50 % Cyan + 100 % Isfar], meta jintuża proċess ta’ erba’ kuluri.

3.

Il-logo organiku tal-UE jista’ jintuża wkoll bl-iswed u l-abjad kif muri, iżda biss meta ma jkunx prattiku li jiġi applikat bil-kulur:

Image

4.

Jekk il-kulur tal-isfond tal-imballaġġ jew tat-tikketta ikun skur, is-simboli jistgħu jintużaw fil-format negattiv, billi jintuża l-kulur tal-isfond tal-imballaġġ jew tat-tikketta.

5.

Jekk simbolu jintuża bil-kulur fuq sfond bil-kulur, li jagħmlu diffiċli biex jintgħaraf, għandu jintuża ċirku estern ta’ delinjazzjoni madwar is-simbolu sabiex jittejjeb il-kuntrast mal-kuluri tal-isfond.

6.

F’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi fejn ikun hemm indikazzjonijiet b’kulur wieħed fuq l-imballaġġ, il-logo organiku tal-UE jista’ jintuża bl-istess kulur.

7.

Il-logo organiku tal-UE għandu jkun mill-inqas 9 mm għoli u mill-inqas 13.5 mm wiesa’; il-proporzjon ta’ tul/wisa’ dejjem għandu jkun 1:1.5. Id-daqs minimu għandu eċċezzjonalment jitnaqqas għal tul ta’ 6 mm għal imballaġġ żgħir ħafna.

8.

Il-logo organiku tal-UE jista’ jiġi assoċjat ma’ elementi grafiċi jew testwali li jirreferu għall-biedja organika, bil-kundizzjoni li ma jimmodifikawx jew ma jbiddlux in-natura tal-logo organiku tal-UE, u lanqas l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 58. Meta assoċjat ma’ logos nazzjonali jew privati li jużaw kulur aħdar differenti mill-kulur ta’ referenza msemmi fil-punt 2, il-logo organiku tal-UE jista’ jintuża dak li mhuwiex kulur ta’ referenza.

9.

L-użu tal-logo organiku tal-UE għandu jkun skont ir-regoli li jakkumpanjaw ir-reġistrazzjoni tiegħu bħala Marka Kollettiva tal-Biedja Organika fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intelletwali u fir-Reġistri tal-Marki Kummerċjali Komunitarji u Internazzjonali.

B.   In-numri tal-kodiċi msemmija fl-Artikolu 58

Il-format ġenerali tan-numri tal-kodiċi huwa kif ġej:

AB-CDE-999

Fejn:

1.

“AB” huwa l-kodiċi ISO kif speċifikat fl-Artikolu 58(1)(a) għall-pajjiż fejn il-kontrolli jsiru, u

2.

“CDE” huwa terminu, indikat bi tliet ittri li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni jew minn kull Stat Membru, bħal “bio” jew “öko” jew “org” jew “eko” li jistabbilixxu rabta bejn il-metodu ta’ produzzjoni organika kif speċifikat fl-Artikolu 58(1)(b), u

3.

“999” huwa n-numru ta’ referenza, indikat b’massimu ta’ tliet karattri, li jista’ jiġi attribwit, kif speċifikat fl-Artikolu 58(1)(c):

(a)

minn kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri lill-Awtoritajiet ta’ Kontroll jew mill-Entitajiet ta’ Kontroll ddelegati b’ħidmiet ta’ kontroll skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007,

(b)

mill-Kummissjoni:

(i)

lill-Awtoritajiet ta’ Kontroll u l-Entitajiet ta’ Kontroll imsemmijin fl-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (*) u elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament,

(ii)

lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi jew l-Entitajiet ta’ Kontroll imsemmijin fl-Artikolu 7(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 u elenkati fl-Anness III għal dak ir-Regolament,

(iii)

lill-Awtoritajiet ta’ Kontroll u l-Entitajiet ta’ Kontroll imsemmijin fl-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, u elenkati fl-Anness IV għal dak ir-Regolament,

(c)

minn kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri lill-Awtorità ta’ Kontroll jew Entità ta’ Kontroll li ġiet awtorizzata sal-31 ta’ Diċembru 2012 biex toħroġ iċ-ċertifikat tal-ispezzjoni skont l-Artikolu 19(1), ir-raba’ subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni), fuq proposta tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tagħmel in-numri tal-kodiċi disponibbli għall-pubbliku bi kwalunkwe mezz tekniku xieraq, inkluż il-pubblikazzjoni fuq l-Internet.


(*)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.”


31.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 272/2010

tat-30 ta’ Marzu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 972/2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta’ ross Basmati u sistema tranżitorja ta’ kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 138 u 143, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-Ftehim fil-forma ta' Ittri ta' Skambju bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwardja l-modifika ta' konċessjonijiet dwar ir-ross provduti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 (2), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/617/KE (3), id-dazju applikabbli għal importazzjonijiet ta' ross bla ħliefa ta' ċerta varjetajiet ta' basmati li joriġinaw fl-Indja hija stabbilita għal żero.

(2)

Skont il-Ftehim fil-forma ta' Ittri ta' Skambju bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwardja l-modifika ta' konċessjonijiet dwar ir-ross provduti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 (4), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/618/KE (5), id-dazju applikabbli għal importazzjonijiet ta' ross bla ħliefa ta' ċerta varjetajiet ta' basmati li joriġinaw fil-Pakistan hija stabbilita għal żero.

(3)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 (6) jipprovdi li r-regoli tiegħu għandhom japplikaw għal ross Basmati bla ħliefa tal-varjetajiet speċifikati fl-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 972/2006 jistabbilixxi li jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa mill-Istati Membri fuq Basmati importat juru li l-prodott analizzat ma jikkorrispondix għal dak li hu indikat fuq iċ-ċertifikat ta' awtentiċità, għandu japplika d-dazju tal-importazzjoni fuq ross bla ħliefa. F'dan ir-rigward, din id-dispożizzjoni ma tindika ebda tolleranza għall-preżenza ta' ross li ma jikkorrispondix għall-varjetajiet elenkati fl-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Il-kundizzjonijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċ tar-ross Basmati jirriżultaw f'diffikultà kbira biex jiġi garantit li kwalunkwe lott uniku huwa magħmul 100 % minn ross Basmati tal-varjetajiet elenkati fl-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Sabiex tkun ffaċilitata l-mixja bla intoppi tal-kummerċ tal-Basmati għall-Unjoni Ewropea, u meta jitqies li s-sistema tal-kontroll tal-Unjoni bbażata fuq id-DNA għadha ma bdietx topera u għalhekk l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-protokolli ta' kontroll tagħhom stess b'ta' lanqas 5 % inċertezza fuq il-kontrolli kumulattivi fuq kwalunkwe livell ta' tolleranza, huwa xieraq li tiġi stabbilita 5 % tolleranza għall-preżenza ta' ross tal-ħabba twila fil-Basmati importat li ma jikkorrispondix ma' kwalunkwe varjetà elenkata f'dak l-Anness XVIII.

(6)

Sabiex jiġi estiż l-impatt pożittiv ta' din il-miżura għall-importaturi konċernati kollha, għandu jkun hemm dispożizzjoni li t-tolleranza tapplika għall-importazzjonijiet kollha tal-Basmati li dwaru għadha ma ttieħditx deċiżjoni finali dwar l-eliġibbiltà tal-lott mill-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 972/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 972/2006, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Madankollu, il-preżenza ta' sa 5 % ta' ross bla ħliefa li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 20 17 jew il-kodiċi tan-NM 1006 20 98 li ma jikkorrispondix ma' kwalunkwe varjetà elenkata fl-Anness XVIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) għandu jiġi aċċettat.

Artikolu 2

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 972/2006 kif emendat bl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal importazzjonijiet Basmati li saru qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li għalihom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ikun għadhom ma stabbillixxewx b'mod finali l-eliġibbiltà għal dazju żero kif previst fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjoni tal-Artikolu 2 għandha tieqaf fit-tmien tat-tnax-il xahar ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 279, 28.8.2004, p. 19.

(3)  ĠU L 279, 28.8.2004, p. 17.

(4)  ĠU L 279, 28.8.2004, p. 25.

(5)  ĠU L 279, 28.8.2004, p. 23.

(6)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 53.


31.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 273/2010

tat-30 ta' Marzu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fl-Unjoni Ewropea u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1) u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni Ewropea skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti fil-kuntest tal-aġġornar tal-lista Komunitarja. Informazzjoni rilevanti kienet ikkomunikata wkoll minn pajjiżi terzi. Il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata abbażi ta' dan.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi bl-ajru kollha kkonċernati, jew direttament jew meta dan ma kienx prattikabbli, permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tagħhom, u indikat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom tkun msejsa d-deċiżjoni biex tiġi imposta fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni Ewropea jew biex jiġu mibdula l-kundizzjonijet ta' projbizzjoni fuq l-operat imposti fuq trasportatur bl-ajru li huwa mniżżel fil-lista Komunitarja.

(4)

Il-Kummissjoni tat opportunità lit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, biex iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol u lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (3).

(5)

L-awtoritajiet b'responsabbiltà għas-superviżjoni regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll minn xi Stati Membri f'każijiet speċifiċi.

(6)

Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru sema' preżentazzjonijiet mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) u mill-Kummissjoni dwar il-proġetti ta' għajnuna teknika mwettqa fil-pajjiżi affettwati mir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Il-Kumitat ġie infurmat dwar it-talbiet għal aktar għajnuna u kooperazzjoni teknika sabiex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili bl-għan li jissolva kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(7)

Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru ġie wkoll infurmat dwar l-azzjonijiet ta' infurzar li ħadu l-EASA u l-Istati Membri sabiex jiżguraw arjunavigabbiltà u manutenzjoni kontinwi tal-inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Unjoni Ewropea u operati minn trasportaturi bl-ajru ċċertifikati minn awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' pajjiżi terzi.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

Trasportaturi mill-Unjoni Ewropea

(9)

Wara l-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu mis-SAFA fuq inġenji tal-ajru ta’ ċerti trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn ċerti spezzjonijiet u verifiki ta' żoni speċifiċi mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni tagħhom, uħud mill-Istati Membri implimentaw ċerti miżuri ta' infurzar. Huma għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru dwar dawn il-miżuri: l-awtoritajiet kompetenti ta' Spanja varaw il-proċedura fit-12 ta' Marzu 2010 sabiex jissospendu ċ-Ċertifikat tat-Trasportatur bl-Ajru (l-AOC) tat-trasportatur bl-ajru Baleares Link Express u ssospendew l-AOC tat-trasportatur bl-ajru Euro Continental fit-12 ta' Jannar 2010; l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja ssospendew l-AOC ta' Regional Air Express mit-28 ta' Jannar 2010; l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għarrfu li l-AOC tat-trasportatur Trans Euro Air Limited ġie sospiż fit-8 ta' Diċembru 2009; l-awtoritajiet kompetenti tas-Slovakkja għarrfu bil-miktub li l-AOC tat-trasportatur Air Slovakia ġie sospiż fl-1 ta' Marzu 2010.

(10)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet kompetenti tal-Latvja għarrfu lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li wara tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat u l-manutenzjoni kontinwi tal-inġenji tal-ajru tat-tip IL-76 operati mit-trasportatur bl-ajru Aviation Company Inversija, fis-26 ta' Frar 2010 ddeċidew li jneħħu l-inġenji tal-ajru mill-AOC li għandu t-trasportatur bl-ajru Aviation Company Inversija u li l-AOC ġie sospiż fis-16 ta' Marzu 2010.

Air Koryo

(11)

F'konformità mar-Regolament (KE) 1543/2006, il-Kummissjoni kisbet informazzjoni dettaljata li tiddeskrivi l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (GACA) responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-Air Koryo u mill-Air Koryo biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza msemmija fir-Regolament (KE) 474/2006.

(12)

F'Diċembru 2008, il-Kummissjoni kkomunikat mal-GACA u talbet għal pjan ta' azzjoni korrettiv mill-Air Koryo li juri kif kienu rranġaw in-nuqqasijiet serji fis-sikurezza li nstabu fl-ispezzjonijiet tar-rampi li twettqu qabel ma t-trasportatur bl-ajru tqiegħed fl-Anness A tal-lista ta' trasportaturi pprojbiti milli joperaw fl-Unjoni Ewropea. Barra minn dan, il-Kummissjoni talbet informazzjoni rilevanti li turi li l-GACA eżerċitat superviżjoni xierqa fuq l-Air Koryo f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ICAO.

(13)

F'Ġunju 2009, il-GACA wieġbet formalment u pprovdiet sett ta' dokumenti li pprovdew tweġiba komprensiva għall-informazzjoni mitluba. Segwiet serje ta' komunikazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-GACA li ppermettiet li tiġi kkjarifikata s-sitwazzjoni attwali tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea.

(14)

Id-dokumenti pprovduti mill-GACA u d-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-GACA urew li għall-inġenju tal-ajru Tupolev Tu 204-300, l-Air Koryo tista' turi li l-inġenju tal-ajru jista' jitħaddem f'konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, fosthom dawk tal-ajrunavigabbiltà u l-operat kontinwi, u li l-GACA hija kapaċi tipprovdi s-superviżjoni tal-inġenju tal-ajru skont l-istandards internazzjonali.

(15)

Għat-tipi l-oħra kollha ta' inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Air Koryo, il-GACA ikkonfermat li ma kinux konformi bis-sħiħ mal-istandards internazzjonali għat-tagħmir tal-inġenji tal-ajru, fosthom l-EGPWS, u li dawn it-tipi ma kinux awtorizzati mill-GACA biex iwettqu operati fl-ispazju tal-ajru Ewropew.

(16)

Matul il-perjodu kollu l-GACA wieġbet minnufih u b'kooperazzjoni għat-talbiet għall-informazzjoni li għamlet il-Kummissjoni. Fit-18 ta' Marzu 2010, l-Air Koryo għamlet preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li jikkonfermaw l-iżviluppi pożittivi fi ħdan il-kumpanija.

(17)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li l-Air Koryo għandha titħalla topera ż-żewġ inġenji tal-ajru tat-Tip Tupolev Tu-204 bir-reġistrazzjoni P-632 u P-633 fl-Unjoni Ewropea mingħajr restrizzjonijiet fuq l-operat. Madankollu, peress li l-bqija tal-flotta ma tikkonformax mar-rekwiżiti rilevanti tal-ICAO, ma għandhiex titħalla topera fl-Unjoni Ewropea sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfati bis-sħiħ. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-Air Koryo għandha tiddaħħal fl-Anness B. Jista' jkollha aċċess ukoll għall-UE biż-żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Tupolev Tu-204.

Trasportaturi bl-ajru mis-Sważiland

(18)

Fis-17 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti ta' Sważiland ipprovdew l-evidenza b'sottomissjonijiet bil-miktub tat-tneħħija tal-AOC u tal-liċenzji tal-operat għat-trasportaturi bl-ajru li ġejjin: Aero Africa (PTY) Ltd, Jet Africa (PTY) Ltd, Royal Swazi National Airways, Scan Air Charter Ltd u Swazi Express Airways. Dawn it-trasportaturi bl-ajru ilhom li waqqfu l-attivitajiet tagħhom mit-8 ta' Diċembru 2009.

(19)

Fid-dawl ta' dan, abbażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru msemmija hawn fuq u liċenzjati fis-Sważiland għandhom jitneħħew mill-Anness A.

Bellview Airlines

(20)

Teżisti evidenza vverifikata ta' nuqqasijiet serji min-naħa tat-trasportatur bl-ajru Bellview Airlines iċċertifikat fin-Niġerja, kif muri mir-riżultati tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

(21)

L-awtoritajiet kompetenti ta' Franza (DGAC) infurmaw lill-Kummissjoni li t-trasportatur msemmi hawn, fil-flotta tiegħu għandu żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-200 irreġistrati fi Franza bil-marki tar-reġistrazzjoni F-GHXK u F-GHXL, li ċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà tagħhom skadew f'Mejju u f'Awwissu 2008 rispettivament. B'konsegwenza ta' dan, dawn l-inġenji tal-ajru ma għadhomx f'kundizzjoni ta' ajrunavigabbiltà.

(22)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) irrappurtat lill-Kummissjoni li l-approvazzjoni tal-Part-145 ref. EASA.145.0172 li kienet ħarġet lil din l-organizzazzjoni kienet sospiża fit-8 ta' Mejju 2009 b'effett immedjat minħabba nuqqasijiet fis-sikurezza li ma ssolvewx u li jbaxxu l-istandards tas-sikurezza u jipperikolaw serjament is-sikurezza tat-titjira u li qiegħda tiġi kkunsidrata r-revoka ta' din l-approvazzjoni.

(23)

Teżisti evidenza li l-Bellview Airlines iċċertifikat fin-Niġerja ħa f’idejh l-operat tat-trasportatur bl-ajru Bellview Airlines iċċertifikat fis-Sjerra Leone, trasportatur bl-ajru li tpoġġa fl-Anness A fit-22 ta’ Marzu 2006 (4) u li fl-14 ta' Novembru 2008 (5) tneħħa wara li l-awtoritajiet kompetenti tas-Sjerra Leone infurmaw lill-Kummissjoni bir-revoka tal-AOC tiegħu.

(24)

Inġenju tal-ajru tat-tip Boeing B737-200 bil-marka tar-reġistrazzjoni 5N-BFN kellu aċċident fatali f'Lagos fit-22 ta' Ottubru 2005, li wassal biex l-inġenju tal-ajru ġie distrutt kompletament u 117-il ruħ tilfu ħajjithom. L-awtoritajiet kompetenti tan-Niġerja naqsu milli jipprovdu d-dettalji dwar l-aċċident u għadhom ma ħarġu l-ebda rapport ta' investigazzjoni tal-aċċident.

(25)

Il-Kummissjoni, wara li qieset in-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq, bdiet konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tan-Niġerja, li fihom esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat u l-ajrunavigabbiltà tal-Bellview Airlines u talbet kjarifiki rigward is-sitwazzjoni kif ukoll l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kif ukoll mit-trasportatur bl-ajru biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati.

(26)

Fid-19 ta' Frar 2010, l-awtoritajiet kompetenti tan-Niġerja indikaw li l-operatur għandu AOC imma waqqaf l-operat. Madankollu, huma ma pprovdewx informazzjoni dwar l-istat taċ-ċertifikati li għandu t-trasportatur bl-ajru u l-istat tal-inġenju tal-ajru.

(27)

Il-Bellview Airlines talab li jinstema' mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamel dan fit-18 ta' Marzu 2010 bl-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tan-Niġerja (NCAA). Il-Bellview Airlines ipprovda AOC li jiddikjara l-validità sat-22 ta' April 2010 filwaqt li jsemmi li dan l-AOC ġie sospiż wara l-irtirar tal-inġenji tal-ajru kollha msemmija f'dan l-AOC. L-NCAA ddikjaraw li skont ir-regolament applikabbli tan-Niġerja, il-validità ta' dan l-AOC spiċċat fl-4 ta' Diċembru 2009, 60 jum wara tmiem l-operazzjoni tal-aħħar inġenju tal-ajru iżda naqsu milli jipprovdi l-evidenza li l-AOC ġie sospiż jew revokat kif xieraq. B'konsegwenza ta' dan, l-NCAA ntalbu li jipprovdu b'mod urġenti konferma bil-miktub ta' a) l-att aministrattiv tas-sospensjoni jew ir-revoka tal-AOC tal-Bellview Airlines; b) konferma li l-kumpanija tinsab fi proċess ta' ċertifikazzjoni (mill-ġdid) mill-Awtorità Niġerjana tal-Avjazzjoni Ċivili; c) il-ħidma formali tal-Awtorità Niġerjana tal-Avjazzjoni Ċivili biex tinnotifika lill-Kummissjoni r-riżultati tal-verifika taċ-ċertifikazzjoni (mill-ġdid) qabel ma jinħareġ l-AOC.

(28)

L-awtoritajiet kompetenti tan-Niġerja ressqu l-informazzjoni mitluba fil-25 ta' Marzu 2010. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li f'dan l-istadju ma hemm bżonn l-ebda azzjoni oħra.

Trasportaturi bl-ajru mill-Eġittu

(29)

F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1144/2009 (6), l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu ressqu erba' rapporti mensili li jkopru Novembru u Diċembru 2009 kif ukoll Jannar 2010 u Frar 2010 biex juru l-istat tal-implimentazzjoni tal-pjan kif ivverifikat minn dawn l-awtoritajiet. Barra minn dawn ir-rapporti li ffukaw fuq l-ispezzjonijiet fir-rampa tal-inġenji tal-ajru tal-Egypt Air, fit-18 ta' Novembru ġew ikkomunikati r-rapporti tal-verifika tal-ajrunavigabbiltà u l-operazzjonijiet kontinwi kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art.

(30)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu impenjaw irwieħhom ukoll li jkomplu jipprovdu informazzjoni dwar l-għeluq sodisfaċenti tas-sejbiet li kienu ħarġu qabel waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa tal-inġenji tal-ajru tal-Egypt Air imwettqa matul l-2008, l-2009 u l-2010. Għal dak il-għan, huma indirizzaw il-korrispondenza rilevanti lil ċerti Stati Membri fejn l-inġenji tal-ajru tal-Egypt Air kienu soġġetti għal spezzjonijiet fir-rampa. Il-proċess biex jingħalqu dawn is-sejbiet għadu għaddej u għandu jiġi vverifikat fuq bażi regolari.

(31)

F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1144/2009 (7), bejn il-21 u l-25 ta' Frar 2010 saret żjara mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bl-għajnuna tal-Istati Membri. Matul din iż-żjara saret ukoll valutazzjoni tas-superviżjoni ġenerali li twettaq l-Awtorità Eġizzjana tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAA) u partikolarment ta' meta ssegwi l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiv u twettaq ukoll l-għeluq gradwali tas-sejbiet mill-Egypt Air. Iż-żjara ta' valutazzjoni pprovdiet evidenza li l-ECAA kienet kapaċi twettaq l-obbligi tagħha skont l-istandards tal-ICAO, għas-superviżjoni ta' dawk l-operaturi li jinħarġilhom Ċertifikat ta' Operaturi bl-Ajru, u identifikat l-oqsma li jridu jittejbu: partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistema konsistenti ta' segwitu tas-sejbiet identifikati matul l-attivitajiet ta' superviżjoni mwettqa mill-ECAA kif ukoll fit-taħriġ tal-perunal li jipprovdi l-liċenzji.

(32)

Iż-żjara ta' valutazzjoni wriet li l-Egypt Air jinsab fil-proċess li jimplimenta l-pjan ta' azzjoni korrettiv. Kumplessivament ma ġie identifikat l-ebda ksur sinifikanti tal-istandards tal-ICAO. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi li għamel it-trasportatur biex ilesti l-azzjonijiet meħtieġa biex jirranġa s-sitwazzjoni tas-sikurezza tiegħu. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra l-ambitu u l-firxa tal-pjan ta' azzjoni korrettiv tat-trasportatur bl-ajru u l-ħtieġa li jiġu pprovduti soluzzjonijiet sostenibbli/permanenti għall-għadd kbir ta' nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati qabel, il-Kummissjoni qed titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu biex ikomplu jibagħtu r-rapporti mensili dwar il-verifika tal-implimetazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiv li jinkludi l-azzjonijiet korrettivi li jindirizzaw is-sejbiet identifikati waqt iż-żjara ta' valutazzjoni u biex jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' superviżjoni kollha fil-qasam tal-arjunavigabbiltà, il-manutenzjoni u l-operazzjonijiet kontinwi li jsiru mill-ECAA fuq dan it-trasportatur bl-ajru.

(33)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw l-konformità effikaċi tal-Egypt Air mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom jitwettqu fuq l-inġenji tal-arju ta’ dan it-trasportatur f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 351/2008.

(34)

Iż-żjara ta' valutazzjoni inkludiet ukoll għadd ta' trasportaturi bl-ajru Eġizzjani oħra. Ġew irrapportati kwistjonijiet sinifikanti dwar is-sikurezza għal żewġ trasportaturi bl-ajru, l-AlMasria Universal Airlines u l-Midwest Airlines.

(35)

Fil-każ tal-AlMasria Universal Airlines, ġew irrapportati nuqqasijiet sinifikanti fil-qasam tal-operazzjonijiet fl-ajru u t-taħriġ, partikolarment fir-rigward tal-kwalifiki u l-għarfien ta' ċerti maniġers operattivi. Dan huwa kollu importanti f'każ ta' tkabbir tal-flotta.

(36)

Permezz tal-ittra tat-3 ta' Marzu 2010, it-trasportatur bl-ajru AlMasria Universal Airlines ġie mistieden jippreżenta l-kummenti tiegħu lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. Fis-17 ta' Marzu 2010, l-AlMasria għamel preżentazzjoni lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li pprovdiet għall-azzjonijiet korrettivi li jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati waqt iż-żjara ta' valutazzjoni. Fid-dawl tat-tkabbir ippjanat tal-flotta tal-kumpanija, il-Kummissjoni qed titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu biex jibagħtu rapporti mensili dwar il-verifika tal-implimetazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi u biex jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' superviżjoni kollha fil-qasam tal-arjunavigabbiltà, il-manutenzjoni u l-operazzjonijiet kontinwi li jsiru mill-ECAA fuq dan it-trasportatur bl-ajru.

(37)

L-Istati Membri se jivverifikaw l-konformità effikaċi tal-AlMasria mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom jitwettqu fuq l-inġenji tal-arju ta’ dan it-trasportatur f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 351/2008.

(38)

Fil-każ tal-Midwest Airlines hemm evidenza verifikata ta' nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Italja fir-rigward tal-kontroll tal-massa u l-bilanċ f'titjira tal-Midwest Airlines. Din l-evidenza wasslet biex l-Italja ma tagħtix il-permess biex jopera titjira (8). Barra minn dan, matul iż-żjara ta' valutazzjoni ġew irrapportati nuqqasijiet sinifikanti wkoll fl-oqsma tal-ġestjoni tal-operat u l-manutenzjoni, il-kontroll tal-operat u t-taħriġ tal-ekwipaġġ, u l-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa li jħallu impatt fuq is-sikurezza. Bħala riżultat, abbażi tal-kriterji komuni huwa vvalutat li dan it-trasportatur bl-ajru ma jistax jiżgura l-operazzjoni u l-manutenzjoni tiegħu f'konformità mal-istandards tal-ICAO. Matul iż-żjara, l-Awtorità Eġizzjana tal-Avjazzjoni Ċivili għarrfet li ħadet azzjoni biex tissospendi l-Midwest Airlines.

(39)

Permezz tal-ittra tat-3 ta' Marzu 2010, it-trasportatur bl-ajru Midwest Airlines kien mistieden jippreżenta l-kummenti tiegħu lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. L-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu pprovdew l-evidenza fil-15 ta' Marzu 2010 li l-AOC tal-Midwest Airlines ġie rrevokat mit-28 ta' Frar 2010.

(40)

Fid-dawl tal-azzjoni meħuda mill-ECAA ma hemm bżonn ta' ebda azzjoni oħra. L-ECAA ntalbet tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-proċess u r-riżultati taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid qabel ma jinħareġ AOC lill-kumpanija.

Iran Air

(41)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2008 l-Istati Membri komplew ifittxu verifika tal-konformità effikaċi tal-Air Iran mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz ta’ spezzjonijiet regolari fir-rampa tal-inġenji tal-ajru tiegħu li jinżlu f’ajruporti tal-Unjoni Ewropea. Fl-2009, l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Isvezja, l-Italja u r-Renju Unit irrapportaw dawn l-ispezzjonijiet. Ir-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet urew li l-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza naqset sew matul is-sena.

(42)

Il-Kummissjoni talbet l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti u l-kumpanija bl-għan li tivverifika kif qed jiġu solvuti n-nuqqasijiet innutati It-trasportatur bl-ajru Iran Air ressaq pjan ta' azzjoni fi Frar 2010 li rrikonoxxa n-nuqqasijiet fil-pjan ta' azzjoni preċedenti tiegħu u identifika l-kaġunijiet u stabbilixxa azzjonijiet speċifiċi biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati.

(43)

Madankollu, l-informazzjoni mressqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Iran (CAO-IRI) responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-Iran Air indikat li huma ma setgħux juru li ħadu azzjoni effikaċi biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati waqt l-ispezzjonijiet imwettqa skont il-programm SAFA. Barra minn hekk, is-CAO-IRI ma setgħux juru li ttieħdu azzjonijiet xierqa biex tiġi indirizzata r-rata sinifikanti ta' inċidenti ta' inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Iran u operati minn trasportaturi bl-ajru ċċertifikati mis-CAO-IRI.

(44)

Barra minn hekk, fi Frar 2010, is-CAO-IRI ressqu dokumentazzjoni li wriet nuqqas ta' attività ta' superviżjoni tal-Iran Air fil-qasam tal-manutenzjoni u tal-ispezzjonijiet tat-titjiriet u nuqqas ta' sistema effikaċi biex jissolvew is-sejbiet sinifikanti fis-sikurezza. Barra minn dan, id-dejta tal-inċidenti pprovduta mis-CAO-IRI indikat għadd sinifikanti ta' ġrajjiet serji tal-Iran Air fil-ħdax-il (11) xahar ta' qabel, li iktar minn nofshom kienu relatati mal-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker 100. Madankollu, id-dokumentazzjoni ma pprovdietx evidenza li ttieħdet xi azzjoni ta' prosegwiment mis-CAO-IRI.

(45)

F'Marzu 2010, is-CAO-IRI pprovdiet informazzjoni li turi li saru spezzjonijiet ta' konformità tal-Iran Air mar-rekwiżiti ta' manutenzjoni imma r-riżultati ffukaw fuq problemi mal-monitoraġġ tal-magna u l-prestazzjoni tas-Sistema ta' Kwalità tat-trasportatur.

(46)

Fis-17 ta' Marzu 2010, fil-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, it-trasportatut bl-ajru rrikonoxxa li kien hemm nuqqas fl-istandards imma kkonferma li introduċa Ċentru tal-Kontroll tal-Manutenzjoni u Bord ta' Analiżi tal-Manutenzjoni li jindirizzaw kwistjonijiet tal-arjunavigabbiltà, tejbu t-taħriġ tas-sikurezza fit-taqsimiet kollha tal-kumpanija, tejbu l-attività tad-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tas-Sigurtà u l-Kwalità, u stabbilixxew kumitati tas-sikurezza fit-taqsimiet tal-kumpanija. Huma taw bidu wkoll għal analiżi estensiva tal-istruttura tal-kumpanija bl-għan li jtejbu l-kapaċità tagħha biex jiżguraw operazzjoni sikura. Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampi li saru fuq l-Iran Air minn Frar 2010 juru titjib sostanzjali fil-prestazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru.

(47)

B'kunsiderazzjoni tat-titjib notevoli reċenti fir-riżultati tas-SAFA, ir-rikonoxximent mill-Iran Air tal-ħtieġa għat-titjib u l-passi li ħa biex jindirizza t-tħassib identifikat dwar is-sikurezza, il-Kummissjoni tikkunsidra li minħabba l-għadd kbir ta' inċidenti tal-inġenju tal-ajru Fokker 100, għandha tiġi sospiża l-operazzjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea. Fir-rigward tat-tipi ta' inġenji tal-ajru oħra fil-flotta tal-Iran Air (is-sottomissjoni mis-CAO/IRI tal-10 ta' Marzu 2010) – jiġifieri l-Boeing 747, l-Airbus A300, A310 and A320, l-operazzjonijiet tagħhom ma għandhomx jiżdiedu iktar mil-livell attwali tagħhom (il-frekwenzi u d-destinazzjonijiet) sa meta l-Kummissjoni tiddetermina li hemm evidenza ċara li n-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati ġew solvuti b'mod effettiv.

(48)

Għal dawn ir-raġunijiet, abbażi tal-kriterji komuni, jitqies li t-trasportatur għandu jiddaħħal fl-Anness B u għandu jitħalla jopera fl-Unjoni Ewropea biss jekk l-operazzjonijiet tiegħu jkunu limitati strettament għal-livell attwali tiegħu (il-frekwenzi u d-destinazzjonijiet) bit-trasportatur bl-ajru użat attwalment. Barra minn hekk, il-flotta tal-Fokker 100 ma għandhiex titħalla topera fl-Unjoni Ewropea.

(49)

Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib il-prestazzjoni tal-Iran Air. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità effikaċi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom isiru fuq l-inġenji tal-arju ta’ dan it-trasportatur skont ir-Regolament (KE) Nru 351/2008. Il-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, biħsiebha tivverifika l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-miżuri mħabbra mis-CAO-IRI u l-Iran Air permezz ta' żjara fuq il-post qabel il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru.

Trasportaturi bl-ajru mis-Sudan

(50)

L-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tas-Sudan (SCAA) urew kapaċità insuffiċjenti biex jindirizzaw is-sejbiet sinifikanti li saru matul il-verifika mill-ICAO-USOAP tas-Sudan imwettqa f'Novembru 2006. F'Marzu 2008, l-SCAA nnotifikaw lill-Kummisjoni li kienu ngħalqu jew ġew indirizzati s-sejbiet ewlenin u sinifikanti kollha fil-qasam tal-Operat, l-Ajrunavigabbiltà u l-Liċenzjar tal-Persunal. F'Diċembru 2009 l-SCCA nnotifikaw lill-Kummissjoni li 70 % tas-sejbiet tal-USOAP ġew irranġati skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICAO.

(51)

Madankollu, l-informazzjoni pprovduta mill-SCAA lill-Kummissjoni f'Diċembru 2009 u Marzu 2010 indikat li għadd sinifikanti ta' sejbiet għadu ma ġiex indirizzat jew l-azzjonijiet meħuda sabiex jikkonkludu s-sejbiet ma kinux effikaċi. B'mod partikolari fil-qasam tal-Ispetturi tal-Operat waqt it-Titjira mħarrġa u kwalifikati u fl-iżgurar li l-operaturi kellhom manwal tat-taħriġ approvat.

(52)

Barra minn hekk, ftit qabel l-inċident fatali tal-Boeing 707, ir-reġistrazzjoni ST-AKW, verifika mill-SCAA tal-Azza Air Transport f'Ottubru 2009 sabet li t-trasportatur bl-ajru ma kienx implimenta azzjonijiet sinifikanti tas-sikurezza fil-qasam tat-taħriġ, li kienet ukoll sejba ewlenija tal-verifika tal-ICAO. L-SCAA ikkonfermaw li kienu ġeddu l-AOC annwalment minn meta nħareġ l-ewwel darba fl-1996.

(53)

Fl-10 ta' Diċembru 2009 l-SCAA infurmaw ukoll lill-Kummissjoni li l-AOC tat-trasportatur bl-ajru Air West Company Ltd kien ġie ċedut lilhom f'Lulju 2008, u li għalhekk l-Air West Ltd ma kienx aktar possessur ta' AOC irreġistrat fir-Repubblika tas-Sudan. Għalhekk, fid-dawl tal-fatt li l-operatur ma għadx għandu AOC, u li b'konsegwenza ta' dan, abbażi tal-kriterji komuni, il-liċenzja operattiva tiegħu ma tistax titqies bħala valida, qiegħed jitqies li l-Air West Ltd ma għadux aktar “trasportatur bl-ajru”.

(54)

Bħala riżultat tan-nuqqas ta' progress bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi mill-verifika tal-USOAP u n-nuqqas tal-SCAA li jiżguraw li l-azzjonijiet korrettivi notifikati ġew implimentati b'mod effettiv, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-SCAA ma setgħux juru li jistgħu jimplimentaw u jinfurzaw l-istandards tas-sikurezza rilevanti u bħala konsegwenza, it-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati fit-Repubblika tas-Sudan għandhom ikunu soġġetti għal projbizzjoni tal-operat u mdaħħla fl-Anness A.

Trasportaturi bl-ajru mill-Albanija

(55)

Apparti l-analiżi tas-sitwazzjoni tal-Albanian Airlines MAK f'Novembru 2009 u skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1144/2009 (9), l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tqabbdet twettaq spezzjoni tal-istandardizzazzjoni komprensiva tal-Albanija u għamlet dan f'Jannar 2010. L-aħħar rapport ta' din l-ispezzjoni, maħruġ fis-7 ta' Marzu 2010, żvela nuqqasijiet sinifikanti fl-oqsma kollha vverifikati: ġew irrapportati 13-il sejba mhux konformi fil-qasam tal-arjunavigabbiltà, inkluż sitta (6) minnhom relatati mas-sikurezza; ġew irrapportati 13-il sejba mhux konformi fil-qasam tal-liċenzjar u kundizzjonijiet mediċi, inkluż tlieta (3) minnhom relatati mas-sikurezza; ġew irrapportati disa' (9) sejbiet mhux konformi fil-qasam tal-operat tal-ajru, inkluż sitta (6) minnhom relatati mas-sikurezza. Barra minn hekk, instab riskju immedjat għas-sikurezza fir-rigward tal-AOC ta' wieħed miż-żewġ detenturi tal-AOC u waqt iż-żjara ntemm b'azzjoni korrettiva immedjata tad-DGCA.

(56)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija (DGCA) ġew mistiedna jirrapportaw għand il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamlu dan fit-18 ta' Marzu 2010.

(57)

Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru ħa nota li l-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija (DGCA) diġà ressqu pjan ta' azzjoni lill-EASA. Id-DGCA ġew mistiedna jiżguraw li dan il-pjan ta' azzjoni huwa aċċettabbli mill-EASA u huma mħeġġa jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jimplimentaw dan il-pjan ta' azzjoni, bil-prijorità li jinstabu soluzzjonijiet għan-nuqqasijiet identifikati mill-EASE li joħolqu tħassib dwar is-sikurezza jekk ma ġewx ikkoreġuti minnufih.

(58)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod urġenti n-nuqqasijiet tas-sikurezza fl-Albanija, il-miżuri komprensivi u effikaċi li ma rnexxewx mid-DGCA, il-Kummissjoni jkollha tiddeċiedi li teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha skont l-Artikolu 21 tal-Ftehim Multilateri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment ta' Spazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (il-ftehim tal-ECAA) mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi bl-ajru mill-Angola

TAAG Angolan Airlines

(59)

It-TAAG Angolan Airlines jista' jopera fil-Portugall bl-inġenju tal-ajru tat-tip 777-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE, D2-TEF u bl-erba' inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ biss bil-kundizzjonijiet ippreżentati fil-premessa (88) tar-Regolament (KE) Nru 1144/2009 (10). Il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Angola (INAVIC) jipprovdulha informazzjoni dwar is-superviżjoni tat-trasportatur bl-ajru TAAG Angolan Airlines, b’mod partikolari fir-rigward taż-żieda fis-superviżjoni tat-titjiriet lejn il-Portugall u dwar ir-riżultati tagħhom.

(60)

L-INAVIC infurmaw lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru li komplew jikkonsolidaw is-sorveljanza kontinwa tat-TAAG Angolan Airlines. Huma għamlu 34 spezzjoni pjanata tat-trasportatur fl-2009. Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet fir-rampa saru b'mod sistematiku qabel kull titjira tat-trasportatur fl-Ewropa.

(61)

It-TAAG Angolan Airlines talab li jinstema' mill-Kunsill tas-Sikurezza tal-Ajru sabiex jipprovdi aġġornament dwar is-sitwazzjoni tiegħu u għamel dan fit-18 ta' Marzu 2010. It-trasportatur rrapporta li reġa' kiseb is-sħubija fil-IATA f'Diċembru 2009 u pprovda informazzjoni estensiva lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li turi l-prestazzjoni għolja tal-operazzjonijiet tiegħu f'Lisbona, u abbażi ta' dan jitlob li jitħalla jerġa' jibda l-operazzjonijiet tiegħu fil-kumplament tal-UE.

(62)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Portugall (INAC) ipprovdew l-evalwazzjoni tagħhom tar-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa tat-TAAG Angolan Airlines li kienu wettqu kemm kien ilu li reġa’ beda jopera lejn Lisbona. L-INAC irrapportaw li saru madwar 200 spezzjoni bħal din kemm ilu li t-TAAG reġa’ beda jopera mill-1 ta' Awwissu 2009. L-INAC kkonfermaw li dawn ma ħolqux tħassib dwar is-sikurezza u li l-INAC huma sodisfatti totalment bl-operazzjonijiet tat-TAAG Angolan Airlines lejn u minn Lisbona u jinsabu f'pożizzjoni li jirrakkomandaw l-estensjoni tagħhom fil-kumplament tal-UE.

(63)

It-trasportatur rrapporta wkoll li qed jinvesti biex jaġġorna u jġedded it-tagħmir tal-flotta tal-Boeing B737-200 tiegħu sabiex jinstalla EGPWS, ELT406, kapaċità RVSM, bieb tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, rekorder diġitali tat-titjira u radar diġitali tat-temp tal-ajru f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, imma li dan il-proċess, li għadu għaddej, mhuwiex estiż għall-flotta kollha tiegħu. It-trasportatur irrapporta wkoll li biħsiebu jneħħi l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747-300, partikolarment minħabba affidabbiltà operazzjonali aktar baxxa.

(64)

B'konsegwenza ta' dan, abbażi tal-kriterji komuni, u b'kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 62 kif ukoll ir-riżultati pożittivi tal-ispezzjonijiet tar-rampa tal-inġenji tal-ajru ta' dan it-trasportatur, huwa vvalutat li t-TAAG għandu jinżamm fl-Anness B minħabba t-tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF u l-erba' inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ u li għandhom jitneħħew biss ir-restrizzjonijiet attwali biex dawn l-inġenji tal-ajru joperaw lejn Lisbona. Madankollu, l-operazzjonijiet ta' dan it-trasportatur fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal verifika xierqa tal-konformità effikaċi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li se jsiru fuq l-inġenji tal-ajru ta' dan it-trasportatur bl-ajru skont ir-Regolament Nru 351/2008.

Superviżjoni ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Angola

(65)

L-INAVIC irrapportaw progress fir-riżoluzzjoni tas-sejbiet li kien fadal wara l-aħħar żjara ta’ valutazzjoni tas-sikurezza mill-UE li saret f'Ġunju 2009. Partikolarment, l-INAVCIC aġġornaw ir-regolamenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni ta' Angola biex jirriflettu l-aħħar emendi tal-istandards ICAO, saħħu l-programm ta' sorveljanza tagħhom u rreklutaw żewġ spetturi addizzjonali tal-operazzjoni waqt it-titjira kkwalifikati.

(66)

L-INAVIC irrapportaw ukoll progress fiċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi bl-ajru Angolani, proċess li huwa mistenni li jitlesta sa tmiem l-2010, li hija d-data li fiha l-INAVIC indikaw li dawk it-trasportaturi għandhom iwaqqfu l-operazzjonijiet jekk ma jkunux iċċertifikati mill-ġdid skont ir-regolamenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni Angolani. Madankollu, apparti mit-TAAG Angolan Airlines, l-ebda trasportatur bl-ajru għadu ma ġie ċċertifikat mill-ġdid.

(67)

L-INAVIC għarrfet li matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, l-attivitajiet ta' superviżjoni ta' ċerti trasportaturi bl-ajru kixfu tħassib dwar is-sikurezza u ksur tar-regolamenti tas-sikurezza fis-seħħ, li wasslu l-INAVIC jieħdu azzjonijiet ta' rinfurzar xierqa. B'konsegwenza ta' dan, l-AOC tal-Air Gemini ġie rrevokat f'Diċembru 2009 u l-AOC tal-PHA u s-SAL ġew irrevokati fi Frar 2010. L-AOCs tal-Giraglobo, il-Mavewa u l-Airnave ġew sospiżi fi Frar 2010. Madankollu, l-INAVIC ma pprovdewx evidenza tar-revokar ta' dawn iċ-ċertifikati.

(68)

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-INAVIC biex ikomplu ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi bl-ajru Angolan b’determinazzjoni u b’kunsiderazzjoni xierqa għat-tħassib potenzjali dwar is-sikurezza li ġie identifikat f’dan il-proċess. Abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li t-trasportaturi bl-ajru l-oħra taħt ir-responsabbiltà regolatorja tal-INAVIC - Aerojet, Air26, Air Gicango, Air Jet, Air Nave, Alada, Angola Air Services, Diexim, Gira Globo, Heliang, Helimalongo, Mavewa, Rui & Conceicao, Servisair u Sonair kif ukoll Air Gemini, PHA, SAL, għandhom jibqgħu fl-Anness A.

Trasportaturi bl-ajru mill-Federazzjoni Russa

(69)

Fid-19 ta' Frar 2010, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni li huma bidlu d-deċiżjoni tagħhom tal-25 ta' April 2008, fejn huma eskludew l-inġenju tal-ajru ta' 13-il trasportatur Russu mill-operazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea. Dawn l-inġenji tal-ajru ma kinux mgħammra biex iwettqu titjiriet interazzjonali fir-rigward tal-istandards ICAO (ma kinux mgħammra b'TAWS/E-GPWS) u/jew iċ-ċertifikat tagħhom tal-ajrunavigabbiltà kien skadut u/jew ma ġiex imġedded.

(70)

Skont id-deċiżjoni l-ġdida, l-inġenji tal-ajru li ġejjin huma esklużi mill-operazzjonijiet lejn, fil- u mill-Unjoni Ewropea:

(a)

Aircompany Yakutia: Antonov AN-140: RA-41250; AN-24RV: RA-46496, RA-46665, RA-47304, RA-47352, RA-47353, RA-47360; AN-26: RA-26660.

(b)

Atlant Soyuz: Tupolev TU-154M: RA-85672 u RA-85682.

(c)

Gazpromavia: Tupolev TU-154M: RA-85625 u RA-85774; Yakovlev Yak-40: RA-87511, RA-88186 u RA-88300; Yak-40K: RA-21505 u RA-98109; Yak-42D: RA-42437; il-ħelikopters kollha (22) tat-tip Kamov Ka-26 (ir-reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha (49) tat-tip Mi-8 (ir-reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha (11) tat-tip Mi-171 (ir-reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha (8) tat-tip Mi-2 (ir-reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha (1) tat-tip EC-120B: RA-04116.

(d)

Kavminvodyavia: Tupolev TU-154B: RA-85307, RA-85494 u RA-85457.

(e)

Krasnoyarsky Airlines: L-inġenji tal-ajru tat-tip TU-154M RA-85682 li qabel kienu fl-AOC ta' Krasnoyarsky Airlines, li ġew irrevokati fl-2009, attwalment huma operati minn trasportatur bl-ajru ieħor iċċertifikat fil-Federazzjoni Russa.

(f)

Kuban Airlines: Yakovlev Yak-42: RA-42331, RA-42336, RA-42350, RA-42538, u RA-42541.

(g)

Orenburg Airlines: Tupolev TU-154B: RA-85602; it-TU-134 kollha (reġistrazzjoni mhux magħrufa); l-Antonov An-24 kollha (reġistrazzjoni mhux magħrufa); l-An-2 kollha (reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mi-2 (ir-reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mi-8 (ir-reġistrazzjoni mhux magħrufa).

(h)

Siberia Airlines: Tupolev TU-154M: RA-85613, RA-85619, RA-85622 u RA-85690.

(i)

Tatarstan Airlines: Yakovlev Yak-42D: RA-42374, RA-42433; it-Tupolev TU-134A kollha, inklużi: RA-65065, RA-65102, RA-65691, RA-65970 u RA-65973; l-Antonov AN-24RV kollha, inklużi: RA-46625 u RA-47818; l-inġenji tal-ajru tat-tip AN24RV bil-marki tar-reġistrazzjoni RA-46625 u RA-47818 attwalment huma operati minn trasportatur bl-ajru Russu ieħor.

(j)

Ural Airlines: Tupolev TU-154B: RA-85508 (l-inġenji tal-ajru RA-85319, RA-85337, RA-85357, RA-85375, RA-85374 u RA-85432 attwalment mhux qed joperaw minħabba raġunijiet finanzjarji).

(k)

UTAir: Tupolev TU-154M: RA-85733, RA-85755, RA-85806, RA-85820; it-TU-134 kollha (25): RA-65024, RA-65033, RA-65127, RA-65148, RA-65560, RA-65572, RA-65575, RA-65607, RA-65608, RA-65609, RA-65611, RA-65613, RA-65616, RA-65620, RA-65622, RA-65728, RA-65755, RA-65777, RA-65780, RA-65793, RA-65901, RA-65902, u RA-65977; l-inġenji tal-ajru RA-65143 u RA-65916 huma operati minn trasportatur bl-ajru Russu ieħor; it-TU-134B kollha (1): RA-65726; il-Yakovlev Yak-40 kollha (10): RA-87348 (attwalment mhux operat minħabba raġunijiet finanzjarji), RA-87907, RA-87941, RA-87997, RA-88209, RA-88227 u RA-88280; il-ħelikopters kollha tat-tip Mil-26: (reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mil-10: (reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mil-8 (ir-reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip AS-355 (ir-reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip BO-105 (ir-reġistrazzjoni mhux magħrufa); il-ħelikopters tat-tip AN-24B: RA-46388, l-inġenji tal-ajru RA-46267 u RA-47289 u l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-24RV, RA-46509, RA-46519 u RA-47800 huma operati minn trasportatur bl-ajru Russu ieħor.

(l)

Rossija (STC Russia): Tupolev TU-134: RA-65979, l-inġenji tal-ajru RA-65904, RA-65905, RA-65911, RA-65921 u RA-65555 huma operati minn trasportatur bl-ajru Russu ieħor; TU-214: RA-64504 u RA-64505 huma operati minn trasportatur bl-ajru Russu ieħor; Ilyushin IL-18: RA-75454 u RA-75464 huma operati minn trasportatur bl-ajru Russu ieħor; Yakovlev Yak-40: RA-87203, RA-87968, RA-87971, u RA-88200 huma operati minn trasportatur bl-ajru Russu ieħor.

Yemenia Yemen Airways

(71)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1144/2009 l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) u l-Istati Membri wettqu żjara fuq il-post fir-Repubblika tal-Jemen f'Diċembru 2009 biex jivverifikaw is-sitwazzjoni ta' Yemenia bil-ħsieb li jevalwaw l-konformità effikaċi tiegħu mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u biex jivvalutaw il-kapaċità tal-CAMA li tiżgura s-superviżjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-Jemen.

(72)

Iż-żjara ta' valutazzjoni wriet li l-CAMA għandha l-kapaċità li twettaq superviżjoni effikaċi tal-Yemenia Yemen Airways u b'hekk tiżgura li t-trasportaturi, li joħroġilhom AOC, huma kapaċi jżommu operazzjoni sikura skont l-istandards tal-ICAO; u li l-kontroll u s-superviżjoni tal-operazzjoni ta' Yemenia Yemen Airways huma adegwati biex jiżgura li joperaw skont ir-rekwiżiti li jirregolaw l-AOC tagħhom.

(73)

Fid-dawl tar-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni, ma hemm bżonn ta' ebda azzjoni oħra f'dan l-istadju. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib il-prestazzjoni tat-trasportatur u tħeġġeġ lill-Awtoritajiet tal-Jemen biex ikomplu l-isforzi tagħhom fil-qafas tal-investigazzjoni tal-inċident tat-30 ta' Ġunju 2009 tat-titjira 626 tal-Yemenia Yemen Airways. L-Istati Membri se jivverifikaw l-konformità effikaċi mal-istandards rilevanti tas-sigurtà permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fuq l-inġenji tal-ajru ta' dan it-trasportatur skont ir-Regolament (KE) Nru 351/2008.

It-trasportaturi kollha tar-Repubblika tal-Filippini

(74)

Hemm evidenza verifikata tal-kapaċità insuffiċjenti tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fil-Filippini biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza u evidenza insuffiċjenti tal-konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli tal-ICAO u l-prassi rakkomandata min-naħa tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Filippini, kif muri fir-riżultati tal-verifika tal-Filippini li saret mill-ICAO f'Ottubru 2009 fil-qafas tal-Programm Universali ta' Verifika għas-Superviżjoni tas-Sikurezza (USAOP) tagħha kif ukoll mit-twaqqigħ kontinwu fil-klassifikazzjoni tal-Filippini mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(75)

Wara l-verifika tal-USOAP tal-Filippini mwettqa f’Ottubru 2009, l-ICAO nnotifikat lill-Istati kollha li jagħmlu parti mill-konvenzjoni ta’ Chicago li hemm tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza li taffettwa s-superviżjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi u tal-inġenji tal-ajru rreġistrati fil-Filippini (11), u skont dan it-tħassib 47 operatur bl-ajru fil-Filippini, inklużi operaturi bl-ajru internazzjonali, joperaw b'Ċertifikati ta' Operatur ta' Trasportatur bl-ajru li nħarġu skont Ordnijiet Amministattivi revokati. L-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini għadhom ma żviluppaw l-ebda tip ta' pjan ta' implimentazzjoni jew pjan ta' tranżizzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi bl-ajru li fadal skont ir-Regolamenti tal-Avjazzjoni Ċivili li ssostitwixxew dawn l-Ordnijiet Amministrattivi. Barra min hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini ilhom aktar minn sena ma jwettqu spezzjonijiet ta' sorveljanza tal-operaturi bl-ajru. Azzjonijiet korrettivi proposti minn dawn l-awtoritajiet lill-ICAO ma tqisux aċċettabbli biex isolvu dan it-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza, li għadu ma ssolviex.

(76)

Barra minn hekk, l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni Ċivili (FAA) tad-Dipariment tat-Trasport tal-Istati Uniti baqgħet tikklassifika r-rata tas-sikurezza tal-pajjiż fil-kategorija tnejn fil-qafas tal-programm tagħha tal-IASA u b'hekk tindika li r-Repubblika tal-Filippini mhijiex tikkonforma mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza stabbiliti mill-ICAO.

(77)

It-tħassib sinifikanti tas-sikurezza ppubblikat mill-ICAO jiżvela li l-pjan ta' azzjoni korrettiva ppreżentat lill-Kummissjoni fit-13 ta' Ottubru 2008 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini (12), li kellu jitlesta fil-31 ta' Marzu 2009, ma tlestiex u li l-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini ma rnexxilhomx jimplimentaw dan il-pjan ta' azzjoni fil-ħin.

(78)

Il-Kummissjoni, wara li qieset it-tħassib sinifikanti tas-sikurezza ppubblikat mill-ICAO, kompliet il-konsultazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini u esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet tat-trasportaturi bl-ajru liċenzjati f’dak l-Istat u talbet għal kjarifiki dwar l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat sabiex jirrimedjaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati.

(79)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini (CAAP) ressqu d-dokumentazzjoni bejn Jannar u Marzu 2010 iżda naqsu milli jipprovdu l-informazzjoni mitluba kollha u b'mod partikolari l-evidenza li n-nuqqasijiet fis-sikurezza ġew indirizzati b'mod xieraq.

(80)

Is-CAAP instemgħu fit-18 ta' Marzu 2010 mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u kkonfermaw li 20 trasportatur bl-ajru jkomplu joperaw bl-AOCs li nħarġu skont l-Ordnijiet Amministrattivi revokati saċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tagħhom mhux iktar tard mill-1 ta' Diċembru 2010. Dawn it-trasportaturi huma: Aerowurks Aerial Spraying Services, Airtrack Agricultural Corp., Asia Aircraft Overseas, Philippines Inc., Aviation Technology Innovators Inc., Bendice Transport Management Inc., Canadian Helicopter Philippines Inc., CM Aero, Cyclone Airways, INAEC Aviation Corp., Macro Asia Air Taxi Services, Omni Aviation, Corp., Philippine Agricultural Aviation Corp., Royal Air Charter Services Inc., Royal Star Aviation Inc., Southstar Aviation Company, Subic International Air Charter Inc., Subic Seaplane Inc.. Barra minn hekk, huma kkonfermaw li għadd sinifikanti minn dawn it-trasportaturi jkomplu joperaw b'AOC skadut, bid-dispożizzjonijiet tal-eżenzjonijiet temporanji, li jeżentawhom milli jkollhom dan l-AOC. Partikolarment, it-trasportatur bl-ajru Pacific East Asia Cargo Airlines Inc. ikompli jkun involut f'operazzjonijiet internazzjonali tal-merkanzija b'inġenji tal-ajru kbar tat-tip Boeing B727 filwaqt li l-AOC tiegħu li nħareġ fil-31 ta' Marzu 2008 skont l-Ordnijiet Amministrattivi revokati skada fit-30 ta' Marzu 2009, bil-benefiċċju ta' eżenzjoni mill-ħtieġa li jikkonforma ma' dan l-AOC, maħruġ fis-16 ta' Diċembru 2009 għal perjodu massimu ta' 90 jum li jiskadu fis-16 ta' Marzu 2010. Is-CAAP ma setgħux jikkonfermaw li dan l-operatur veru waqaf jopera fit-18 ta' Marzu 2010.

(81)

Is-CAAP irrapportaw li d-disa' AOC's li ġejjin kienu skaduti jew mhux imġedda: Beacon, Corporate Air, Frontier Aviation Corp., Mora Air Service Inc., Pacific Airways Corp., Pacific Alliance Corp., Topflite Airways Inc., World Aviation Corp. u Yokota Aviation Corp. Madankollu, huma naqsu milli jipprovdu l-evidenza li l-AOC ta' dawn it-trasportaturi ġew revokati u li konsegwentement dawn it-trasportaturi ma baqgħux jeżistu.

(82)

Is-CAAP indikaw li huma għamlu proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid kmieni fl-2009 u li 21 trasportatur bl-ajru diġà ġew iċċertifikati mill-ġdid skont ir-regolamenti tal-avjazzjoni ċivili li daħlu fis-seħħ fl-2008. Dawn it-trasportaturi huma: Air Philippines Corp., Aviatour's Fly'n Inc., Cebu Pacific Air, Chemtrad Aviation Corp., Far East Aviation Services, F.F. Cruz & Company Inc., Huma Corp., Interisland Airlines Inc., Island Aviation, Lion Air Inc., Mindanao Rainbow Agricultural Development Services, Misibis Aviation and Development Corp., Philippine Airlines, South East Asian Airlines Inc., Spirit of Manila Airlines Corp., TransGlobal Airways Corp., WCC Aviation Company, Zenith Air Inc., Zest Airways Inc. Madankollu, is-CAAP naqsu milli juri kemm huwa sod il-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid. Is-CAAP ma setgħux jipprovdu ċ-ċertifikati kollha ta' dawn it-trasportaturi għax l-AOCs ippreżentati ma setgħux jippermettu, b'mod partikolari, li jidentifikaw in-numru u l-marki tar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ċċertifikati mill-ġdid li ġejjin: Zest Airways Inc., Lion Air, Inc., Aviatour's Fly'sn Inc., Misibis Aviation and Development Corp. Barra minn hekk, is-CAAP naqsu milli jipprovdu kwalunkwe verifika ta' qabel iċ-ċertifikazzjoni jew milli jipprovdu l-evidenza li saru investigazzjonijiet suffiċjenti tal-operazjonijiet u l-manutenzjoni tat-trasportaturi qabel il-ċertifikazzjoni mill-ġdid tagħhom sabiex juru implimentazzjoni effikaċi tal-manwali approvati u konformità tal-operazzjonijiet u l-manutenzjoni ta' dawn it-trasportaturi mal-istandards applikabbli tas-sikurezza. Barra minn hekk, is-CAAP naqsu milli juru li t-trasportaturi ċċertifikati mill-ġdid huma soġġetti għal sorveljanza adegwata ta' wara ċ-ċertifikazzjoni minħabba li l-pjanijiet ta' superviżjoni li pproduċew għall-ajrunavigabbiltà u l-liċenzjar għas-sena 2010 ma speċifikaw l-ebda data għall-attivitajiet ippjanati.

(83)

Il-Philippines Airlines talab li jinstema' mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamel dan fit-18 ta' Marzu 2010. It-trasportatur bl-ajru ppreżenta l-attività tiegħu u l-proċess li għadda minnu fl-2009 sabiex jikseb ċertifikazzjoni mill-ġdid sakemm inħareġ l-AOC ġdid tiegħu fid-9 ta' Ottubru 2009 li jiddikjara konformità mar-regolamenti tal-avjazzjoni ċivili li daħlu fis-seħħ fl-2008. It-trasportatur ippreżenta l-verifiki li saru qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid u kkonferma li kienu ffukati fuq l-analiżi u l-approvazzjoni tal-manwali u l-proċeduri l-ġodda. It-trasportatur indika wkoll li huwa kien soġġett għal verifika komprensiva fuq il-post mis-CAAP qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid u li, fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu, dawn ma ġewx ivverifikati mis-CAAP, u allura din il-verifika għad trid issir. Il-Philippines Airlines stqarr li ma joperax lejn l-UE u indika li minħabba t-twaqqigħ fil-klassifikazzjoni tal-Filippini mill-US FAA, l-operazzjonijiet tiegħu lejn l-Istati Uniti huma soġġetti għal restrizzjonijiet u li t-trasportatur mhuwiex permess li jaqdi rotot addizzjonali u lanqas ibiddel l-inġenji tal-ajru fuq ir-rotot li jopera attwalment.

(84)

Iċ-Cebu Pacific Airlines talab li jinstema' mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamel dan fit-18 ta' Marzu 2010. It-trasportatur bl-ajru ppreżenta l-attività tiegħu u l-proċess li għadda minnu fl-2009 sabiex jikseb ċertifikazzjoni mill-ġdid sakemm inħareġ l-AOC ġdid tiegħu fil-25 ta' Novembru 2009 li jiddikjara konformità mar-regolamenti tal-avjazzjoni ċivili li daħlu fis-seħħ fl-2008. It-trasportatur ippreżenta l-verifiki li saru qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid u kkonferma, partikolarment, li ċ-ċertifikat miksub jinkludi approvazzjoni ġdida biex iġorr oġġetti perikolużu filwaqt li din il-kwistjoni ma kinitx ivverifikata mis-CAAP. It-trasportatur, madankollu ddikjara li ma jużax din l-approvazzjoni volontarjament. Is-Cebu Pacific iddikjara wkoll li minħabba t-twaqqigħ fil-klassifikazzjoni tal-Filippini mill-US FAA, it-trasportatur mhuwiex permess li jopera lejn l-Istati Uniti. It-trasportatur indika wkoll li mhuwiex biħsiebu jopera lejn l-UE.

(85)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi reċenti mnedija minn żewġ trasportaturi bl-ajru biex jiżguraw operazzjonijiet sikuri u tirrikonoxxi wkoll li huma applikaw il-miżuri interni biex itejbu s-sikurezza. Il-Kummissjoni hija lesta li żżur lil dawn l-operaturi bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni biex tivverifika l-konformità tagħhom mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(86)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll l-isforzi reċenti mnedija mill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi rriformata s-sistema tal-avjazzjoni ċivili fil-Filippini u l-passi li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sikurezza rrapportati mill-FAA u l-ICAO. Madankollu, sakemm jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi adegwati biex jitranġa t-tħassib sinifikanti tal-ICAO dwar is-sikurezza, abbażi tal-kriterji komuni, qiegħed jiġi vvalutat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini, f'dan l-istadju, ma jistgħux jimplimentaw u jinfurzaw l-istandards rilevanti tas-sikurezza fuq it-trasportaturi bl-ajru kollha fil-kontroll regolatorju tagħhom. Għalhekk, it-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati fil-Filippini għandhom ikunu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat u mdaħħla fl-Anness A.

(87)

Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tibdiliet reċenti fil-ġestjoni tas-CAAP kif ukoll azzjonijiet konkreti immedjati ta' din il-ġestjoni l-ġdida, inkluż ir-reklutaġġ ta' 23 spettur kwalifikat u l-użu ta' assistenza teknika sinifikanti pprovduta mill-ICAO, juru r-rieda tal-Istat li jindirizza malajr in-nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati mill-FAA u l-ICAO u jwittu t-triq għas-soluzzjoni ta' suċċess ta' dawn in-nuqqasijiet mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni hija lesta tappoġġa l-isforzi tal-Filippini, permezz ta' żjara ta' valutazzjoni li tinkludi l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operaturi, sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet serji identifikati fis-sikurezza.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar it-trasportaturi l-oħra mdaħħla fl-Annessi A u B

(88)

Sa issa ma ntbagħtet l-ebda evidenza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet korrettivi x-xierqa mit-trasportaturi bl-ajru l-oħra inklużi fil-lista Komunitarja, aġġornata fis-26 ta’ Novembru 2009, u mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja ta' dawn it-trasportaturi bl-ajru, minkejja t-talbiet speċifiċi li għamlet il-Kummissjoni. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (l-Anness A) jew għal restrizzjonijiet fuq l-operat (l-Anness B), skont il-każ.

(89)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Anness A għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness A għal dan ir-Regolament.

2.

L-Anness B għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness B għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni,

f'isem il-President,

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p.15.

(2)  ĠU L 84, 23.3.2006, p.14.

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

(4)  Il-premessi (75) sa (86) tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006, ĠU L 84, 23.3.2006, p.19-21.

(5)  Il-premessa (21) tar-Regolament (KE) Nru 1131/2008 tal-14 ta' Novembru 2008, ĠU L 306, 15.11.2008, p.49.

(6)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 16.

(7)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 16.

(8)  L-Awtorità Taljana tal-Avjazzjoni Ċivili (ENAC) għarrfet lill-Midwest Airlines fil-5.02.2010 dwar dawn in-nuqqasijiet ta' sikurezza li mbagħad wasslu għar-revoka tal-awtorizzazzjoni li ssir it-titjira.

(9)  Il-premessi (10) sa (16) tar-Regolament (KE) Nru 1144/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009, ĠU L 312, 27.11.2009, p. 17.

(10)  ĠU L 312, 27.11.2009, p.24.

(11)  Is-sejbiet OPS/01 tal-ICAO.

(12)  Il-premessa (16) tar-Regolament (KE) Nru 1131/2008 tal-14 ta' Novembru 2008, ĠU L 306, 15.11.2008, p.49.


ANNESS A

IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FIL-KOMUNITÀ  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-numru taċ-ċertifikat tat-trasportatur bl-ajru (l-AOC) jew tal-liċenzja tal-operat

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-istat tal-operatur

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

L-Afganistan

SIEM REAP AIRWAYS INTERNATIONAL

AOC/013/00

SRH

Ir-Renju tal-Kambodja

SILVERBACK CARGO FREIGHTERS

Mhux magħruf

VRB

Ir-Repubblika tar-Rwanda

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni tat-TAAG Angola Airlines jiddaħlu fl-Anness B, inklużi,

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR26

004

DCD

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GEMINI

002

GLL

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

003

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

ALADA

005

RAD

Ir-Repubblika tal-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIMALONGO

011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

PHA

019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

RUI & CONCEICAO

012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SAL

013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SERVISAIR

018

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

014

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi,

 

Ir-Repubblika tal-Benin

AERO BENIN

PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

AFRICA AIRWAYS

Mhux magħruf

AFF

Ir-Repubblika tal-Benin

ALAFIA JET

PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS

N/A

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN GOLF AIR

PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS.

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN LITTORAL AIRWAYS

PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

LTL

Ir-Repubblika tal-Benin

COTAIR

PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

COB

Ir-Repubblika tal-Benin

ROYAL AIR

PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS

BNR

Ir-Repubblika tal-Benin

TRANS AIR BENIN

PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

TNB

Ir-Repubblika tal-Benin

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC 06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

RAC 06-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER

409/CAB/MIN/TVC/051/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/036/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/031/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/029/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/028/08

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BRAVO AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0090/2006

BRV

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSINESS AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/048/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/052/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CETRACA AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TVC/026/08

CER

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CHC STELLAVIA

409/CAB/MIN/TC/0050/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/035/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DOREN AIR KONGO

409/CAB/MIN/TVC/0032/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

ENTREPRISE WORLD AIRWAYS (EWA)

409/CAB/MIN/TVC/003/08

EWS

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

FILAIR

409/CAB/MIN/TVC/037/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GALAXY KAVATSI

409/CAB/MIN/TVC/027/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GILEMBE AIR SOUTENANCE (GISAIR)

409/CAB/MIN/TVC/053/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMA EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0051/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/045/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

HEWA BORA AIRWAYS (HBA)

409/CAB/MIN/TVC/038/08

ALX

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS (ITAB)

409/CAB/MIN/TVC/033/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/042/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

LIGNES AERIENNES CONGOLAISES (LAC)

Firma ministerjali (l-ordinanza nru 78/205)

LCG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MALU AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/04008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MANGO AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/034/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SAFE AIR COMPANY

409/CAB/MIN/TVC/025/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVICES AIR

409/CAB/MIN/TVC/030/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/050/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TMK AIR COMMUTER

409/CAB/MIN/TVC/044/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRACEP CONGO AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/046/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRANS AIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/024/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WIMBI DIRA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TVC/039/08

WDA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

ZAABU INTERNATIONAL

409/CAB/MIN/TVC/049/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Ġibuti responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

 

 

Ġibuti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Ġibuti

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi,

 

 

Il-Ginea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

Mhux magħruf

CEL

Il-Ginea Ekwatorjali

EGAMS

Mhux magħruf

EGM

Il-Ginea Ekwatorjali

EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES

2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS

EUG

Il-Ginea Ekwatorjali

GENERAL WORK AVIACION

002/ANAC

Mhux applikabbli

Il-Ginea Ekwatorjali

GETRA - GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS

739

GET

Il-Ginea Ekwatorjali

GUINEA AIRWAYS

738

Mhux applikabbli

Il-Ginea Ekwatorjali

STAR EQUATORIAL AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

UTAGE – UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL

737

UTG

Il-Ginea Ekwatorjali

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni ta’ Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Mandala Airlines, u Ekspres Transportasi Antarbenua, inklużi,

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTATA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASCO NUSA AIR

135-022

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

CARDIG AIR

121-013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA

121-009

AWQ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

135-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

LION MENTARI ARILINES

121-010

LNI

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MANUNGGAL AIR SERVICE

121-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MEGANTARA

121-025

MKE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MERPATI NUSANTARA AIRLINES

121-002

MNA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

METRO BATAVIA

121-007

BTV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA BUANA AIR

135-041

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NYAMAN AIR

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

REPUBLIC EXPRESS AIRLINES

121-040

RPH

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAMPOERNA AIR NUSANTARA

135-036

SAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SKY AVIATION

135-044

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURVEI UDARA PENAS

135-006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kazakistan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni tal-Air Astana jiddaħlu fl-Anness B, inklużi,

 

 

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AERO AIR COMPANY

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AEROPRAKT KZ

Mhux magħruf

APK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AIR ALMATY

AK-0331-07

LMY

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AIR COMPANY KOKSHETAU

AK-0357-08

KRT

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AIR DIVISION OF EKA

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AIR FLAMINGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AIR TRUST AIRCOMPANY

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AK SUNKAR AIRCOMPANY

Mhux magħruf

AKS

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ALMATY AVIATION

Mhux magħruf

LMT

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ARKHABAY

Mhux magħruf

KEK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ASIA CONTINENTAL AIRLINES

AK-0345-08

CID

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ASIA CONTINENTAL AVIALINES

AK-0371-08

RRK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ASIA WINGS

AK-0390-09

AWA

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ASSOCIATION OF AMATEUR PILOTS OF KAZAKHSTAN

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ATMA AIRLINES

AK-0372-08

AMA

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ATYRAU AYE JOLY

AK-0321-07

JOL

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AVIA-JAYNAR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

BEYBARS AIRCOMPANY

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

BERKUT AIR/BEK AIR

AK-0311-07

BKT/BEK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

BERKUT KZ

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

BURUNDAYAVIA AIRLINES

AK-0374-08

BRY

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

COMLUX

AK-0352-08

KAZ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

DETA AIR

AK-0344-08

DET

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

EAST WING

AK-0332-07

EWZ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

EASTERN EXPRESS

AK-0358-08

LIS

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

EURO-ASIA AIR

AK-0384-09

EAK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

EURO-ASIA AIR INTERNATIONAL

Mhux magħruf

KZE

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

FENIX

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

FLY JET KZ

AK-0391-09

FJK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

IJT AVIATION

AK-0335-08

DVB

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

INVESTAVIA

AK-0342-08

TLG

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

IRTYSH AIR

AK-0381-09

MZA

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

JET AIRLINES

AK-0349-09

SOZ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

JET ONE

AK-0367-08

JKZ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

KAZAIR JET

AK-0387-09

KEJ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

KAZAIRTRANS AIRLINE

AK-0347-08

KUY

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

KAZAIRWEST

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

KAZAVIA

Mhux magħruf

KKA

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

KAZAVIASPAS

Mhux magħruf

KZS

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

KOKSHETAU

AK-0357-08

KRT

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

MEGA AIRLINES

AK-0356-08

MGK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

MIRAS

AK-0315-07

MIF

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

NAVIGATOR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ORLAN 2000 AIRCOMPANY

Mhux magħruf

KOV

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

PANKH CENTER KAZAKHSTAN

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

PRIME AVIATION

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

SALEM AIRCOMPANY

Mhux magħruf

KKS

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

SAMAL AIR

Mhux magħruf

SAV

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

SAYAKHAT AIRLINES

AK-0359-08

SAH

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

SEMEYAVIA

Mhux magħruf

SMK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

SCAT

AK-0350-08

VSV

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

SKYBUS

AK-0364-08

BYK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

SKYJET

AK-0307-09

SEK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

SKYSERVICE

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

TYAN SHAN

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

UST-KAMENOGORSK

AK-0385-09

UCK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ZHETYSU AIRCOMPANY

Mhux magħruf

JTU

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ZHERSU AVIA

Mhux magħruf

RZU

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ZHEZKAZGANAIR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi,

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

ASIAN AIR

Mhux magħruf

AAZ

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

AEROSTAN (EX BISTAIR-FEZ BISHKEK)

08

BSC

Ir-Repubblika Kirgiża

CLICK AIRWAYS

11

CGK

Ir-Repubblika Kirgiża

DAMES

20

DAM

Ir-Repubblika Kirgiża

EASTOK AVIA

15

EEA

Ir-Repubblika Kirgiża

GOLDEN RULE AIRLINES

22

GRS

Ir-Repubblika Kirgiża

ITEK AIR

04

IKA

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZ TRANS AVIA

31

KTC

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MAX AVIA

33

MAI

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP AVIATION

6

SGL

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION

14

SGD

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

21

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TENIR AIRLINES

26

TEB

Ir-Repubblika Kirgiża

TRAST AERO

05

TSJ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja

 

Il-Liberja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tar-Repubblika Gaboniża, bl-eċċezzjoni ta’ Gabon Airlines, Afrijet, u SN2AG jiddaħlu fl-Anness B, inklużi,

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

AIR SERVICES SA

0002/MTACCMDH/SGACC/DTA

AGB

Ir-Repubblika Gaboniża

AIR TOURIST (ALLEGIANCE)

0026/MTACCMDH/SGACC/DTA

NIL

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE ET REGIONALE TRANSPORT (NATIONALE)

0020/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

SCD AVIATION

0022/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

SKY GABON

0043/MTACCMDH/SGACC/DTA

SKG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

0023/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Filippini responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi,

 

 

Ir-Repubblika tal-Filippini

AEROWURKS AERIAL SPRAYING SERVICES

4AN2008003

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

AIR PHILIPPINES CORPORATION

2009006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

AIR WOLF AVIATION INC.

200911

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

AIRTRACK AGRICULTURAL CORPORATION

4AN2005003

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ASIA AIRCRAFT OVERSEAS PHILIPPINES INC.

4AN9800036

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

AVIATION TECHNOLOGY INNOVATORS, INC.

4AN2007005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

AVIATOUR'S FLY'N INC.

200910

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

AYALA AVIATION CORP.

4AN9900003

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

BEACON

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

BENDICE TRANSPORT MANAGEMENT INC.

4AN2008006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

CANADIAN HELICOPTERS PHILIPPINES INC.

4AN9800025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

CEBU PACIFIC AIR

2009002

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

CHEMTRAD AVIATION CORPORATION

2009018

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

CM AERO

4AN2000001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

CORPORATE AIR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

CYCLONE AIRWAYS

4AN9900008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

FAR EAST AVIATION SERVICES

2009013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

F.F. CRUZ AND COMPANY, INC.

2009017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

HUMA CORPORATION

2009014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

INAEC AVIATION CORP.

4AN2002004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ISLAND AVIATION

2009009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

INTERISLAND AIRLINES, INC.

2010023

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ISLAND TRANSVOYAGER

2010022

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

LION AIR, INCORPORATED

2009019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

MACRO ASIA AIR TAXI SERVICES

4AN9800035

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

MINDANAO RAINBOW AGRICULTURAL DEVELOPMENT SERVICES

2009016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

MISIBIS AVIATION & DEVELOPMENT CORP

2010020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

OMNI AVIATION CORP.

4AN2002002

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

PACIFIC EAST ASIA CARGO AIRLINES, INC.

4AS9800006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

PACIFIC AIRWAYS CORPORATION

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

PACIFIC ALLIANCE CORPORATION

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

PHILIPPINE AIRLINES

2009001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

PHILIPPINE AGRICULTURAL AVIATION CORP.

4AN9800015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ROYAL AIR CHARTER SERVICES INC.

4AN2003003

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ROYAL STAR AVIATION, INC.

4AN9800029

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

SOUTH EAST ASIA INC.

2009004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

SOUTHSTAR AVIATION COMPANY, INC.

4AN9800037

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

SPIRIT OF MANILA AIRLINES CORPORATION

2009008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

SUBIC INTERNATIONAL AIR CHARTER

4AN9900010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

SUBIC SEAPLANE, INC.

4AN2000002

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

TOPFLITE AIRWAYS, INC.

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

TRANSGLOBAL AIRWAYS CORPORATION

2009007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

WORLD AVIATION, CORP.

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

WCC AVIATION COMPANY

2009015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

YOKOTA AVIATION, INC.

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ZENITH AIR, INC.

2009012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ZEST AIRWAYS INCORPORATED

2009003

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Prinċipe responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

Sao Tome u Prinċipe

AFRICA CONNECTION

10/AOC/2008

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

BRITISH GULF INTERNATIONAL COMPANY LTD

01/AOC/2007

BGI

Sao Tome u Prinċipe

EXECUTIVE JET SERVICES

03/AOC/2006

EJZ

Sao Tome u Prinċipe

GLOBAL AVIATION OPERATION

04/AOC/2006

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

GOLIAF AIR

05/AOC/2001

GLE

Sao Tome u Prinċipe

ISLAND OIL EXPLORATION

01/AOC/2008

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

Sao Tome u Prinċipe

TRANSAFRIK INTERNATIONAL LTD

02/AOC/2002

TFK

Sao Tome u Prinċipe

TRANSCARG

01/AOC/2009

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

TRANSLIZ AVIATION (TMS)

02/AOC/2007

TMS

Sao Tome u Prinċipe

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sjerra Leone responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi,

Sjerra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Sjerra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Sjerra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sjerra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Sjerra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Sjerra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Sjerra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sjerra Leone

It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR COMPANY

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

MARSLAND COMPANY

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ATTICO AIRLINES

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

FOURTY EIGHT AVIATION

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDANESE STATES AVIATION COMPANY

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALMAJARA AVIATION

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADER AIRLINES

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

AZZA TRANSPORT COMPANY

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALMAJAL AVIATION SERVICE

Mhux magħruf

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi,

Is-Sważiland

SWAZILAND AIRLINK

Mhux magħruf

SZL

Is-Sważiland

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inkluż,

 

 

Iż-Żambja

ZAMBEZI AIRLINES

Z/AOC/001/2009

ZMA

Iż-Żambja


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jistgħu jingħataw permess jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji bl-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS B

IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FIL-KOMUNITÀ  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-numru taċ-ċertifikat tat-trasportatur bl-ajru (l-AOC)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-istat tal-operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni

L-istat tar-reġistrazzjoni

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

 

DPRK

Il-flotta kollha ħlief: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip Tu 204

Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633

DPRK

AFRIJET (2)

CTA 0002/MTAC/ANAC-G/DSA

 

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50; u inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Falcon 900

Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ

Ir-Repubblika Gaboniża

AIR ASTANA (3)

AK-0388-09

KZR

Il-Kazakistan

Il-flotta kollha ħlief: erba’ (2) inġenji tal-ajru tat-tip B767; erba’ (4) inġenji tal-ajru tat-tip B757; għaxar (10) inġenji tal-ajru tat-tip A319/320/321; u ħames (5) inġenji tal-ajru tat-tip Fokker 50

Il-flotta kollha ħlief: P4-KCA, P4-KCB; P4-EAS, P4-FAS, P4-GAS, P4-MAS; P4-NAS, P4-OAS, P4-PAS, P4-SAS, P4-TAS, P4-UAS, P4-VAS, P4-WAS, P4-YAS, P4-XAS; P4-HAS, P4-IAS, P4-JAS, P4-KAS, P4-LAS

Aruba (ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi)

AIR BANGLADESH

17

BGD

Il-Bangladexx

B747-269B

S2-ADT

Il-Bangladexx

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Komoros

Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP

Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336)

Il-Komoros

GABON AIRLINES (4)

CTA 0001/MTAC/ANAC

GBK

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Boeing B-767-200

Il-flotta kollha ħlief: TR-LHP

Ir-Repubblika Gaboniża

IRAN AIR (5)

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

Il-flotta kollha ħlief: 14-il inġenju tal-ajru tat-tip A300, 4 inġenji tal-ajru tat-tip A310, 9 inġenji tal-ajru tat-tip B747, inġenju tal-ajru wieħed (1) B737, 6 inġenji tal-ajru tat-tip A320

Il-flotta kollha ħlief:

EP-IBA

EP-IBB

EP-IBC

EP-IBD

EP-IBG

EP-IBH

EP-IBI

EP-IBJ

EP-IBS

EP-IBT

EP-IBV

EP-IBZ

EP-ICE

EP-ICF

EP-IBK

EP-IBL

EP-IBP

EP-IBQ

EP-IAA

EP-IAB

EP-IBC

EP-IBD

EP-IAG

EP-IAH

EP-IAI

EP-IAM

EP-ICD

EP-AGA

EP-IEA

EP-IEB

EP-IED

EP-IEE

EP-IEF

EP-IEG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

CTA 0003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL601; u inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800

Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG

Ir-RepubblikGaboniża Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha ħlief: tliet (3) inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-777 u erba’ (4) inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-737-700

Il-flotta kollha ħlief: D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TBF, D2, TBG, D2-TBH, D2-TBJ

Ir-Repubblika tal-Angola

UKRAINIAN MEDITERRANEAN

164

UKM

L-Ukraina

Il-flotta kollha ħlief inġenju tal-ajru wieħed tat-tip MD-83

Il-flotta kollha ħlief: UR-CFF

L-Ukraina


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jistgħu jingħataw permess jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  L-Afrijet jitħalla biss juża l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(3)  L-Air Astana jitħalla biss tuża l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(4)  Il-Gabon Airlines jitħalla biss juża l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(5)  L-Iran Air jista’ jopera biss lejn l-Unjoni Ewropea bl-użu tal-inġenji tal-ajru speċifiċi bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessi (48) u (49) ta’ dan ir-Regolament.


31.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 274/2010

tat-30 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

156,4

JO

98,8

MA

166,6

TN

154,7

TR

123,2

ZZ

139,9

0707 00 05

JO

75,8

MA

108,5

TR

127,2

ZZ

103,8

0709 90 70

MA

142,0

TR

100,2

ZZ

121,1

0805 10 20

EG

47,6

IL

53,2

MA

50,7

TN

46,9

TR

62,7

ZZ

52,2

0805 50 10

EG

63,7

IL

91,6

MA

49,1

TR

64,8

ZA

71,7

ZZ

68,2

0808 10 80

AR

80,6

BR

89,2

CA

74,4

CL

94,4

CN

95,2

MK

23,6

US

132,0

UY

93,5

ZA

92,9

ZZ

86,2

0808 20 50

AR

78,4

CL

150,4

CN

35,0

MX

100,0

UY

106,8

ZA

92,6

ZZ

93,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

31.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Marzu 2010

li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1920)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/192/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(5) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula minn Shell U.K. Limited (minn hawn ’il quddiem Shell) permezz ta’ ittra elettronika tal-15 ta’ Ottubru 2009,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

Billi:

I.   FATTI

(1)

Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2004/17/KE l-entitajiet kontraenti li jesploraw jew itellgħu ż-żejt jew il-gass fir-Renju Unit kienu awtorizzati japplikaw sistema alternattiva minflok is-sett normali ta’ regoli. Is-sistema alternattiva ġiebet magħha ċerti obbligi ta’ statistika u obbligu biex jiġu rispettati l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ akkwist kompetittiv fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti, xogħlijiet u servizzi, b’mod partikolari dwar it-tagħrif li l-entità tagħmel disponibbli lill-operaturi ekonomiċi dwar l-intenzjonijiet tagħha rigward l-akkwisti.

(2)

Il-mekkaniżmu tal-Artikolu 30, rigward id-deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE, skont ċerti ċirkostanzi għal xi wħud mill-operaturi, japplika wkoll fir-rigward ta’ dawn l-obbligi mnaqqsa skont l-Artikolu 27 tal-istess Direttiva.

(3)

Fl-15 ta’ Ottubru 2009, Shell ittrażmettiet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE lill-Kummissjoni b’ittra elettronika. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5), il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet tar-Renju Unit dwar dan permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Ottubru 2009, li għaliha l-awtoritajiet imsemmija wieġbu permezz ta’ ittra elettronika tas-16 ta’ Novembru 2009. Fid-17 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra elettronika, talbet ukoll għal iktar tagħrif mingħand Shell, li bagħtitu fil-25 ta’ Novembru 2009 b’ittra elettronika.

(4)

It-talba mressqa minn Shell tikkonċerna l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u l-gass fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales. Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti dwar l-Amalgamazzjonijiet (2), f’din it-talba, ġew deskritti tliet attivitajiet distinti li Shell hija attiva fihom, fosthom:

(a)

l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali;

(b)

il-produzzjoni taż-żejt; u

(c)

il-produzzjoni tal-gass naturali.

Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ssemmew hawn fuq, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “produzzjoni” tinkludi wkoll “żvilupp”, jiġifieri t-twaqqif ta’ infrastruttura xierqa għall-produzzjoni tal-ġejjieni (pjattaformi taż-żejt, pajpijiet, terminals, eċċ.).

II.   QAFAS LEGALI

(5)

L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jipprovdi li l-kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/17/KE, ma għandhomx ikunu soġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur konċernat. L-aċċess ma jitqiesx li mhuwiex ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu.

(6)

Ladarba r-Renju Unit implimenta u applika d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (3), l-aċċess għas-suq għandu jitqies li mhuwiex ristrett skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2004/17/KE. L-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni f’suq partikolari għandha tiġi evalwata fuq il-bażi ta’ bosta kriterji, li l-ebda minnhom m’hu deċiżiv per se.

(7)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni dwar jekk l-operaturi rilevanti humiex soġġetti għall-kompetizzjoni diretta fis-swieq ikkonċernati b’din id-Deċiżjoni, is-sehem tas-suq tal-atturi ewlenin u l-livell tal-konċentrazzjoni ta’ dawk is-swieq għandhom jitqiesu. Peress li l-kundizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li huma kkonċernati minn din id-Deċiżjoni, għanda titwettaq valutazzjoni separata għal kull suq/attività differenti.

(8)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

III.   VALUTAZZJONI

(9)

Kull waħda mit-tliet attivitajiet li huma s-suġġett ta’ din it-talba (l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, il-produzzjoni taż-żejt u l-gass naturali) ġew kkunsidrati biex jikkostitwixxu swieq separati tal-prodotti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti msemmija fil-Premessa 4 ta’ hawn fuq. Għalhekk għandhom jiġu eżaminati separatament.

L-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali

(10)

Skont il-prattika stabbilita mill-Kummissjoni (4), l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali tikkostitwixxi suq wieħed rilevanti tal-prodotti, minħabba li mhuwiex possibbli li jkun determinat mill-bidu nett jekk l-esplorazzjoni hijiex se tirriżulta fis-sejbien taż-żejt jew tal-gass naturali. Ġie wkoll stabbilit permezz tal-istess prattika tal-Kummissjoni li ilha mwaqqfa żmien twil li l-ambitu ġeografiku ta’ dan is-suq huwa mifrux madwar id-dinja.

(11)

Is-sehem tas-suq ta’ operaturi attivi fl-esplorazzjoni jistgħu jitkejlu b’referenza għal tliet fatturi varjabbli: in-nefqa kapitali, ir-riżervi ppruvati u l-produzzjoni prevista. L-użu tan-nefqa kapitali biex jitkejjel is-sehem tas-suq ta’ operaturi fuq is-suq tal-esplorazzjoni nstab li mhuwiex fattur xieraq, fost l-oħrajn minħabba d-differenzi kbar bejn il-livelli meħtieġa ta’ investimenti li huma meħtieġa f’żoni ġeografiċi differenti. Għalhekk, jinħass il-bżonn ta’ investimenti ikbar sabiex issir esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass fil-Baħar tat-Tramuntana milli biex issir esplorazzjoni, pereżempju, fil-Lvant Nofsani.

(12)

Ġew tipikament applikati żewġ parametri oħra, sabiex jiġi vvalutat is-sehem tas-suq tal-operaturi ekonomiċi f’dan is-settur, jiġifieri s-sehem tagħhom f’riżervi ppruvati u fil-produzzjoni prevista (5).

(13)

Skont it-tagħrif disponibbli, mill-31 ta’ Diċembru 2008, ir-riżervi globali ppruvati taż-żejt u tal-gass flimkien laħqu total ta’ 385 biljun metru kubu standard ekwivalenti ta’ żejt (minn hawn ‘il quddiem “Sm3 o. e.”) madwar id-dinja kollha (6). B’hekk il-parti ta’ Shell ammontat għal 1,759 biljun Sm3 o. e., u b’hekk kellha sehem ta’ 0,46 % mis-suq. Mill-1 ta’ Jannar 2009, fil-Gran Brittanja, ir-riżervi ppruvati taż-żejt u tal-gass flimkien ammontaw għal ftit iktar minn 0,88 biljun Sm3 o. e. (7), jew ftit iktar minn 0,22 %. Għalhekk, is-sehem ta’ Shell huwa saħansitra iżgħar. Skont it-tagħrif disponibbli, hemm korrelazzjoni diretta bejn ir-riżervi ppruvati ta’ żejt u gass u l-produzzjoni prevista tal-ġejjieni. Għalhekk ma hemm xejn fit-tagħrif disponibbli li jindika li s-sehem tas-suq ta’ Shell se jkun sostanzjalment differenti jekk jitkejjel f’termini ta’ produzzjoni prevista aktar milli f’termini ta’ sehem tagħha ta’ riżervi ppruvati. Il-Premessi (14) u (17) ta’ hawn isfel jippreżentaw is-sehem tas-suq ta’ Shell u tal-kompetituri prinċipali tagħha, taż-żejt u l-gass rispettivament. Fid-dawl tar-rabtiet bejn ir-riżervi ppruvati u l-produzzjoni attwali dawn iċ-ċifri jistgħu jitqiesu bħala indikazzjoni wkoll tal-istat tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat hawnhekk. Is-suq tal-esplorazzjoni mhuwiex ikkonċentrat ħafna. Apparti mill-kumpaniji li huma proprjetà tal-istat, is-suq huwa kkaratterizzat bil-preżenza ta’ żewġ atturi internazzjonali privati oħra integrati vertikalment imsemmija bħala l-kumpaniji kbar nett (BP u ExxonMobil) kif ukoll xi għadd ta’ atturi msejħa “kbar ħafna”. Dawn il-fatturi huma indikazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

Il-produzzjoni taż-żejt

(14)

Skont prattika stabbilita tal-Kummissjoni (8), l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt (mhux raffinat) huwa suq tal-prodotti separat li jħaddan id-dinja kollha. Fl-2008, skont it-tagħrif disponibbli (9), il-produzzjoni kollha ta’ kuljum taż-żejt madwar id-dinja ammontat għal 81 820 miljun barmil. F’dik is-sena stess, Shell ipproduċiet total ta’ 1 771 miljun barmil kuljum, liema rata wasslitha li jkollha sehem tas-suq ta’ 2,16 %. Għall-finijiet ta’ din l-analiżi, huwa importanti li jitqies il-grad ta’ konċentrazzjoni u s-suq rilevanti kollu. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tinnota li s-suq għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat huwa kkaratterizzat bil-preżenza ta’ kumpaniji kbar li huma proprjetà tal-istat u b’żewġ atturi internazzjonali privati oħra integrati vertikalment (l-hekk imsejħa kumpaniji kbar nett: BP u ExxonMobil li l-partijiet rispettivi tagħhom għal produzzjoni taż-żejt fl-2008 ammontaw għal 3,08 % u 2,32 %) kif ukoll b’ċertu għadd tal-hekk imsejħa “kumpaniji kbar ħafna” (10). Dawn il-fatturi jissuġġerixxu li s-suq jinkludi għadd ta’ atturi li bejniethom jista’ jkun preżunt li hemm kompetizzjoni effettiva.

Il-produzzjoni tal-gass naturali

(15)

Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni (11) dwar il-forniment tal-gass lill-konsumaturi aħħarin iddistingwiet bejn il-Gass b’Valur Kalorifiku Baxx (LCV) u l-Gass b’Valur Kalorifiku Għoli (HCV). Il-Kummissjoni qieset ukoll jekk il-provvisti tal-Gass Naturali Likwifikat (LNG) għandhomx ikunu distinti mill-provvisti tal-gass naturali li jgħaddu mill-pajpijiet (12). Madankollu, Deċiżjoni tal-Kummissjoni sussegwenti (13) dwar, fost l-oħrajn, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-gass naturali għadhom ma kkonfermawx, għall-fini ta’ dik id-Deċiżjoni, jekk eżistewx swieq separati għall-Gass b’Valur Kalorifiku Baxx (LCV), għall-Gass b’Valur Kalorifiku Għoli (HCV) u għall-Gass Naturali Likwifikat (LNG), “peress li l-valutazzjoni aħħarija mhijiex affettwata, irrispettivament mid-definizzjoni adottata”. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-kwistjoni tista’ tibqa’ ma tiġix ikkonfermata għar-raġunijiet li ġejjin:

Shell ma tipproduċix LNG;

Shell U.K. Tħaddim limitat fil-Gran Brittanja (l-Iskozja l-Ingilterra u Wales) fejn is-suq immedjat għall-gass, l-hekk imsejjaħ National Balancing Point, ma jagħmilx distinzjoni bejn LCV u HCV. National Grid plc (li jamministra n-netwerk Brittanniku tal-gass naturali) huwa responsabbli mis-superviżjoni tal-kwalità tal-gass li jidħol fin-netwerk.

(16)

F’dak li jirrigwarda s-suq ġeografiku, Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni (14) qiesu li dan jinkludi ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u possibilment ir-Russja u l-Alġerija wkoll.

(17)

Skont it-tagħrif disponibbli, fl-2008 (15), il-produzzjoni kollha tal-gass fl-UE ammontat għal 190.3 biljun Sm3 u dik fiż-ŻEE laħqet 289.5 biljun Sm3 għall-istess sena. Għall-2008, Shell ipproduċiet 37.60 biljun Sm3, u b’hekk kellha sehem ta’ 12.99 % mis-suq. Għall-2008, il-produzzjoni fir-Russja u l-Alġerija ammontat għal 601.7 u 86.5 biljun Sm3 rispettivament. Għalhekk il-produzzjoni totali fiż-ŻEE flimkien mal-produzzjoni tar-Russja u l-Alġerija laħqet it-total ta’ 976.7 biljun Sm3, li minnu Shell għandha sehem li jammonta għal 3.85 %. Il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq tal-produzzjoni taż-żejt naturali huwa baxx ukoll, meta titqies il-preżenza tal-kumpaniji kbar nett (ExxonMobil u BP b’sehem tas-suq bejn [10-20] % and [5-10] %), u tal-kumpaniji kbar ħafna (Statoil u Total b’sehem tas-suq fl-ordni ta’ bejn [10-20] % u [5-10] % kull waħda), u l-pressjoni ta’ żewġ kumpaniji importanti oħra li huma proprjetà privata li huma, il-kumpanija Russa Gazprom u dik Alġerina Sonatrach (b’sehem tas-suq bejn [30-40] % u ta’ [10-20] % (16) rispettivament). Dawn il-fatturi huma indikazzjoni ulterjuri tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

IV.   KONKLUŻJONIJIET

(18)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati fil-premessi (5) sa (17), il-kundizzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni stipulata fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li ntlaħqet fl-Ingilterra, fl-Iskozja u f’Wales fir-rigward tas-servizzi li ġejjin:

(a)

l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali;

(b)

il-produzzjoni taż-żejt; u

(c)

il-produzzjoni tal-gass naturali.

(19)

Billi l-kundizzjoni ta’ aċċess mhux ristrett għas-suq titqies li ntlaħqet, id-Direttiva Nru 2004/17/KE ma għandhiex tapplika meta entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti intiżi biex jippermettu li jitwettqu fl-Ingilterra, fl-Iskozja u f’Wales, s-servizzi elenkati fil-punti (a) sa (c) tal-premessa (18), u ilanqas meta jiġu organizzati konkorsi ta’ disinn għat-twettiq ta’ attività bħal din f’dawk iż-żoni ġeografiċi.

(20)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali minn Ottubru sa Diċembru 2009, kif tidher mit-tagħrif mressaq minn Shell u mill-awtoritajiet tar-Renju Unit. Din tista’ tiġi riveduta, jekk bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali jew dik fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma għadhomx jintlaħqu,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u bl-intenzjoni li jippermettu li jitwettqu s-servizzi li ġejjin fl-Ingilterra, fl-Iskozja u f’Wales:

(d)

l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali;

(e)

il-produzzjoni taż-żejt; u

(f)

il-produzzjoni tal-gass naturali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/284/KE tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim taż-ŻEE (Każ Nru IV/M.1383 - Exxon/Mobil) (ĠU L 103, 7.4.2004, p. 1) u deċiżjonijiet sussegwenti, inter alia d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru IV/M.4545 Statoil/Hydro) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

(3)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.

(4)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni Exxon/Mobil msemmija hawn fuq u, iktar riċenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2007 li tiddikjara li konċentrazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni (Każ COMP/M.4934 — KazMunaiGaz/Rompetrol) skont ir-Regolament tal-Kunsill 139/2004.

(5)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq ta’ Exxon/Mobil (il-premessi 25 u 27).

(6)  Ara l-punt 5.2.1 tal-applikazzjoni u s-sorsi kkwotati hemmhekk, b’mod partikolari d-dokument BP Statistical Review of World Energy, Ġunju 2009, li huwa mehmuż magħha.

(7)  Jiġifieri, 0,34 triljun Sm3 gass, daqs 0,34 miljun Sm3 o. e., u 3,4 elf miljun barmil żejt daqs 0,540 biljun Sm3, flimkien jammontaw għal 0,88 biljun Sm3.

(8)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni Exxon/Mobil msemmija hawn fuq u, iktar riċenti, id-Deċiżjoni KazMunaiGaz imsemmija hawn fuq.

(9)  Ara p. 8 tal-BP Statistical Review of World Energy, Ġunju 2009, anness mal-applikazzjoni, f’li ġej imsemmija “BP Statistics”.

(10)  Li l-ishma tagħhom fis-suq huma iżgħar minn dawk tal-kumpaniji kbar nett.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/194/KE tal-14 ta’ Novembru 2006 li tiddikjara li konċentrazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.4180 — Gaz de France/Suez), (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 47).

(12)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq tal-Gaz de France/Suez.

(13)  Id-Deċiżjoni Statoil/Hydro imsemmi hawn fuq, punt 12.

(14)  Ara pereżempju d-Deċiżjonijiet imsemmija taħt il-Premessa 4 hawn fuq.

(15)  Ara b’mod partikolari l-“BP Statistics” maħruġa mill-BP, p. 24.

(16)  Ara d-Deċiżjoni Statoil/Hydro imsemmija hawn fuq.


31.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Marzu 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjanijiet ta’ qerda u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tar-Rhine Westphalia tat-Tramuntana u tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1931)

(It-testi bil-Ġermaniż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

(2010/193/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari l-ħames sottoparagrafu tal-Artikolu 16(1) u l-ħames sottoparagrafu tal-Artikolu 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim ta’ emerġenza ta’ ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja, fl-istati federali tas-Sassonja ta’ Isfel, ir-Rhine Westphalia tat-Tramuntana, ir-Rhineland-Palatinate u s-Saarland (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta’ miżuri fil-ġlieda kontra l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iżvilupp riċenti ta’ dik il-marda fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-istati federali tar-Rhine Westphalia tat-Tramuntana u tar-Rhineland-Palatinate.

(3)

Dik l-informazzjoni tindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi ġie meqrud f’ċerti żoni fin-Nofsinhar tar-Rhineland-Palatinate u fir-Reġjun ta’ Eifel. Għalhekk, il-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u għat-tilqim ta’ emerġenza kontrih ma għandhomx għalfejn jiġu applikati aktar f’dawk iż-żoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/135/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2003/135/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(2)  ĠU L 53, 28.2.2003, p. 47.


ANNESS

“ANNESS

1.   ŻONI FEJN HUMA FIS-SEĦĦ PJANIJIET TA’ QERDA

A.   Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate

(a)

Il-Kreise Altenkirchen u Neuwied;

(b)

Fil-Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet ta’ Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach, Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità ta’ Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3;

(c)

Fil-Landkreis Südwestpfalz: Il-muniċipalitajiet Thaleischweiler-Fröschen, Waldfischbach-Burgalben, Rodalben u Wallhalben;

(d)

Fil-Kreis Kaiserslautern: il-muniċipalitajiet Bruchmühlbach-Miesau fin-nofsinhar tal-awtostrada A6, Kaiserslautern-Süd u Landstuhl;

(e)

Il-belt ta’ Kaiserslautern fin-nofsinhar tal-awtostrada A6.

B.   Fl-istat federali tar-Rhine-Westphaliatat-Tramuntana

(a)

Fir-Rhein-Sieg-Kreis: il-bliet Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much;

(b)

Fil-Kreis Siegen-Wittgenstein: fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen Burbach, u fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden;

(c)

Fil-Kreis Olpe: fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe l-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden;

(d)

Fil-Märkische Kreis: il-bliet Halver, Kierspe u Meinerzhagen;

(e)

Fil-belt ta’ Remscheid: il-lokalitajiet ta’ Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born;

(f)

Fil-bliet ta’ Köln u Bonn: il-muniċipalitajiet fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara Rhine;

(g)

Il-belt ta’ Leverkusen;

(h)

Ir-Rheinisch-Bergische Kreis;

(i)

L-Oberbergische Kreis.

2.   ŻONI FEJN QED JIĠI APPLIKAT IT-TILQIM TA’ EMERĠENZA

A.   Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate

(a)

Il-Kreise Altenkirchen u Neuwied;

(b)

Fil-Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet ta’ Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach, Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità ta’ Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3;

(c)

Fil-Landkreis Südwestpfalz: il-muniċipalitajiet Thaleischweiler-Fröschen, Waldfischbach-Burgalben, Rodalben u Wallhalben;

(d)

Fil-Kreis Kaiserslautern: il-muniċipalitajiet Bruchmühlbach-Miesau fin-nofsinhar tal-awtostrada A6, Kaiserslautern-Süd u Landstuhl;

(e)

Il-belt ta’ Kaiserslautern fin-nofsinhar tal-awtostrada A6.

B.   Fl-istat federali tar-Rhine-Westphalia tat-Tramuntana

(a)

Fir-Rhein-Sieg-Kreis: il-bliet Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much;

(b)

Fil-Kreis Siegen-Wittgenstein: fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen Burbach, u fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden;

(c)

Fil-Kreis Olpe: fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe l-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden;

(d)

Fil-Märkische Kreis: il-bliet ta’ Halver, Kierspe u Meinerzhagen;

(e)

Fil-belt ta’ Remscheid: il-lokalitajiet Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born;

(f)

Fil-bliet ta’ Köln u Bonn: il-muniċipalitajiet fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara Rhine;

(g)

Il-belt ta’ Leverkusen;

(h)

Ir-Rheinisch-Bergische Kreis;

(i)

L-Oberbergische Kreis.”