ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
30 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1353/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1682/2004 li jimponi dazju definittiv ta’ kumpens fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1629/2004 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja.

24

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2008 tat-23 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 593/2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni ( 1 )

46

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 1357/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja ( 1 )

56

 

*

Deċiżjoni Nru 1358/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm Europe for Citizens li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva

58

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali

60

 

*

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/978/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu fi proċedimenti f’materji kriminali

72

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1353/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 19 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   L-investigazzjoni ta’ qabel u l-miżuri fis-seħħ

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 (2), impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton bil-kodiċi NM ex 6302 21 00, ex 6302 22 90, ex 6302 31 00 u ex 6302 32 90 u li toriġina fl-Indja. Ir-rata ta’ dazju tvarja bejn 4,4 % u 10,4 % għal kumpaniji individwali fil-kampjun, b’rata medja għal-kumpanija li qegħda f’kooperazzjoni ta’ 7,6 % u residwu ta’ dazju ta’ 10,4 %.

1.2.   Inizjazzjoni ex officio ta’ reviżjoni interim parzjali

(2)

Wara l-impożizzjoni ta’ dazju kumpensatorju definittiv il-Gvern tal-Indja (“GTI”) għamel sottomissjonijiet li ċ-ċirkostanzi fir-rigward ta’ żewġ skemi ta’ sussidju (l-Iskema tal-Librett għall-Intitolar tad-Dazji u l-Eżenzjoni mit-Taxxa tad-Dħul taħt it-Taqsima 80 HHC tal-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul) kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu dejjiema. Huma argumentaw li l-livell ta’ sussidju għalhekk kien probabbilment naqas u għaldaqstant il-miżuri li kienu mwaqqfa parzjalment minħabba dawn l-iskemi għandhom ikunu riveduti.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza mressqa mill-GTI u kkunsidrata biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Konsultazzjoni, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim parzjali ex officio tal-miżuri fis-seħħ permezz ta’ nota ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(4)

L-għan ta’ din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali huwa li jkun stmat il-bżonn għall-kontinwazzjoni, it-tneħħija jew it-tibdil tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji li bbenefikaw minn skema ta’ sussidju waħda jew mit-tnejn li allegatament inbidlu fejn biżżejjed evidenza kienet provduta konformement mar-rekwiżiti relevanti tal-avviż ta’ bidu. Konformement mal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tagħha se tistma wkoll il-bżonn ta’ reviżjoni tal-miżuri applikabbli għal kumpaniji oħra li kkoperaw fl-investigazzjoni oriġinali u/jew fil-miżura ta’ residju applikabbi għall-kumpaniji l-oħra kollha.

1.3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni

(5)

L-investigazzjoni kopriet il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2006 u t-30 ta’ Settembru 2007 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew il-“PIR”).

1.4.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(6)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-Gvern tal-Indja (“GTI”) bil-bidu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali, flimkien ma’ dawk il-produtturi esportaturi Indjani li kkoperaw fl-investigazzjoni preċedenti u li kienu nstabu li bbenefikaw minn skema waħda jew miż-żewġ skemi ta’ sussidju li allegatament inbidlu u li kienu mniżżla fin-nota ta’ bidu tar-reviżjoni interim parzjali, kif ukoll lir-rappreżentati tal-industrija tal-Komunità. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta. Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet kienu kkunsidrati u, meta kien xieraq, ingħata kas tagħhom.

(7)

Fid-dawl tan-numru kbir ta’ partijiet apparentament involuti f’din ir-reviżjoni, l-użu tat-teħid ta’ kampjuni għall-investigazzjoni tas-sussidji ġie propost taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(8)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħżel kampjun, taħt l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, l-esportaturi u r-rappreżentanti li qed jaġixxu f’isimhom intalbu li jgħarrfu lilhom infushom fi żmien tliet ġimgħat wara l-bidu tal-proċedura u jipprovdu tagħrif bażiku dwar il-bejgħ bl-esportazzjoni u domestiku tagħhom, dwar skemi partikolari ta’ sussidju u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati kollha. L-awtoritajiet tal-Indja kienu infurmati ukoll.

(9)

Aktar minn 80 kumpanija wrew min huma u pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-kampjun. Dawn il-kumpaniji rrappreżentaw aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Indja lill-Komunità fl-istess perjodu.

(10)

Minħabba n-numru kbir ta’ kumpaniji, kampjun ta’ 11-il kumpanija esportatriċi u grupp esportatur bl-akbar volumi ta’ esportazzjoni lill-Komunità kienu magħżula, b’konsultazzjoni mal-industrija tal-Komunità, mal-assoċjazzjoni tat-tessuti Indjana Texprocil u mal-GTI.

(11)

Il-kampjun rrappreżenta 64 % tal-esportazzjoni totali lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat mill-Indja fil-perjodu tat-teħid tal-kampjun (mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007). Taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-kampjun magħżul kopra l-volum ta’ esportazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi possibbli li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

(12)

Rikjesti għad-determinazzjoni tal-marġini ta’ sussidju individwali taħt l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku kienu mibgħuta minn erba’ kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun. Madankollu, minħabba l-għadd kbir ta’ talbiet u l-għadd kbir ta’ kumpaniji magħżula fil-kampjun, kien ikkunsidrat li dawn il-kontrolli individwali kienu se jkunu ta’ piż żejjed mhux ġustifikat fil-kuntest tal-Artikolu 27(3) u kienu se jipprevjenu t-tlestija tal-investigazzjoni fiż-żmien dovut. It-talba għad-determinazzjoni tal-marġini individwali mill-erba’ kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun ma kienux għalhekk milqugħa.

(13)

Waqt l-investigazzjoni kien identifikat li żewġ kumpaniji relatati ta’ żewġ kumpaniji tal-esportazzjoni inklużi fil-kampjun ma pproduċewx, ma esportaw u ma biegħux fis-suq domestiku l-prodott ikkonċernat waqt il-PIR. Ma esprimew l-ebda intenzjoni li jagħmlu hekk fil-futur. Kien għalhekk deċiż li dawk il-kumpaniji relatati jkunu esklużi mill-kampjun u l-kalkulazzjoni ta’ marġini individwali ta’ sussidju.

(14)

Il-kumpaniji mhux magħżula għall-kampjun ġew mgħarrfa li kull dazju kontra s-sussidju fuq l-esportazzjonijiet tagħhom se jkun kalkolat taħt l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri mingħajr ma jaqbżu l-ammont medju mwieżen ta’ sussidji kumpensatorji stabbiliti għall-kumpaniji fil-kampjun.

(15)

Il-kumpaniji li ma ppreżentawx lilhom infushom fiż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu ġew meqjusa bħala partijijet li mhumiex interessati.

(16)

Risposti għall-kwestjonarju ġew mibgħuta mill-produtturi esportaturi kollha li huma parti mill-kampjun fl-Indja.

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju. Saru żjajjar ta’ verifika fil-bini tal-partijiet konċernati li ġejjin:

 

Il-Gvern tal-Indja (“GTI”)

Ministeru tal-Kummerċ, New Delhi;

 

Produtturi fl-Indja li jesportaw

Anunay Fab. Limited, Ahmedabad

Brijmohan Purusottamdas, Mumbai u Incotex Impex Pvt. Limited, Mumbai

Divya Global Pvt. Ltd., Mumbai

Intex Exports, Pattex Exports u Sunny Made-ups, Mumbai

Jindal Worldwide Ltd, Progressive Enterprise u Texcellence Overseas, Ahmedabad u Mumbai

Madhu Industries Limited u Madhu International, Ahmedabad

Mahalaxmi Exports u Mahalaxmi Fabric Mills Pvt. Ltd, Ahmedabad

Prakash Cotton Mills Pvt., Ltd, Mumbai

Prem Textiles, Indore

The Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd., N W Exports Limited u Nowrosjee Wadia & Sons Limited, Mumbai

Vigneshwara Exports Limited, Mumbai

1.5.   Komunikazzjoni u kummenti dwar il-proċedura

(18)

Il-GTI u l-partijiet l-oħra interessati kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien ippjanat li tkun imressqa l-proposta għall-emenda tar-rati tad-dazju applikabbli u għall-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti. Ġew mogħtija wkoll żmien raġonevoli biex jikkummentaw. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kollha ġew ikkunsidrati kif spjegat hawn taħt.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(19)

Il-prodott suġġett għar-reviżjoni huwa bjankerija tas-sodda tal-fibri tal-qoton, puri jew imħalltin b’fibri magħmulin mill-bniedem jew kittien (mingħajr ma l-kittien ikun il-fibra dominanti), ibblijċjati, miżbugħin jew stampati, li joriġinaw fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi NM ex 6302 21 00, ex 6302 21 00, ex 6302 31 00 u ex 6302 32 90, kif stipulat fl-investigazzjoni oriġinali.

3.   SUSSIDJI

3.1.   Introduzzjoni

(20)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

 

Skemi ta’ sussidju investigati fl-investigazzjoni oriġinali:

(1)

Skema tal-Librett għall-Intitolar tad-Dazju (“DEPB”)

(2)

Skema ta’ Ċertifikat għar-Riforniment bla Dazju/Skema ta’ Awtorizazzjoni għal-Importazzjoni bla Dazju (“DFIA”)

(3)

L-iskema ta’ Promozzjoni ta’ Esportazzjoni ta’ Merkanzija Kapitali (“EPCG”)

(4)

Skema ta Liċenzja bil-Quddiem (“ALS”)/Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”)

(5)

Żoni ta’ Proċessar ta’ Esportazzjoni/Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (“EPZ/EOU”)

(6)

Skema tal-Eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”)

 

Skemi ta’ sussidju mhux investigati fl-investigazzjoni oriġinali:

(7)

Skema għall-Ħlas lura tad-Dazju (“DDS”)

(8)

Skema ta’ Fondi għall-Apgrejdjar tat-Teknoloġija (“TUFS”)

(9)

Skema ta’ Esportazzjoni tal-Kreditu (qabel u wara l-kunsinna) (“ECS”)

(21)

L-iskemi (1) sa (5) ta’ hawn fuq huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (l-“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika tal-Esportazzjoni u l-Importazzjoni”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Dokument wieħed tal-Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni huwa rilevanti għall-PIR f’dan il-każ; jiġifieri l-pjan ta’ ħames snin dwar il-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2004 sal- 31 ta’ Marzu 2009 (“politika-EXIM 04-09”). Barra minn hekk, il-GTI jistipula wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika tal-EXIM 04-09 fil-‘Manwal tal-Proċeduri’ – mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009; Volum I (“HOP I 04-09”). Il-Manwal tal-Proċedura jkun aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

(22)

L-iskema ta’ Eżenzjonijiet tat-Taxxa fuq id-Dħul hija bbażata fuq l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961, li tkun emendata kull sena mill-Att tal-Finanzi.

(23)

L-Iskema għall-Ħlas lura tad-Dazju hija bbażata fuq Taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, Taqsima 37(2)(xvi) tal-Att tad-Dazju tal-1944 u Taqsimiet 93 A u 94 tal-Att tal-Finanzi tal-1994. Din hija skema ġdida li ma kinitx investigata qabel.

(24)

L-Iskema ta’ Fondi għall-Apgrejdjar tat-Teknoloġija hija bbażata fuq Riżoluzzjoni tal-Ministeru tat-Tessuti, tal-Gvern tal-Indja, ippubblika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Indja Parti Straordinarja I Taqsima I fit-31 ta’ Marzu 1999. Din hija skema ġdida li ma kinitx investigata qabel.

(25)

L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (ECS) hija bbażata fuq it-taqsimiet 21 u 35 A tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Attività Bankarja tal-1949, li jippermettu lill-Bank tar-Riserva tal-Indja (“BRI”) jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali dwar il-kreditu fuq l-esportazzjoni.

(26)

Taħt l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku l-Kummissjoni stiednet lill-GTI għal kunsultazzjonijiet ulterjuri fir-rigward ta’ skemi mibdula u oħrajn li mhumiex, kif ukoll dawk li ma kienux investigati qabel, bil-għan li tikkjarifika s-sitwazzjoni fattwali dwar l-allegati skemi u biex tinstab soluzzjoni li kulħadd jaqbel fuqha. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, u fl-assenza ta’ soluzzjoni li jaqbel fuqha kulħadd fir-rigward ta’ dawn l-iskemi, il-Kummissjoni inkludiethom kollha kemm huma fl-investigazzjoni tas-sussidji.

3.2.   Skemi speċifiċi

3.2.1.   Skema tal-Librett għall-Intitolar tad-Dazju (Duty Entitlement Passbook, DEPB)

3.2.1.1.   Il-bażi legali

(27)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DEPB tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-politika EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09.

3.2.1.2.   Eliġibbiltà

(28)

Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

3.2.1.3.   Implimentazzjoni prattika

(29)

L-esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPB li jkunu kkalkulati bħala perċentwali tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tad-DAPB kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott konċernat. Huma jkunu ddeterminati fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (standard input-output norms, “SIONs”), billi jkun ikkunsidrat il-kontenut preżunt importat ta’ dak li ddaħħal fil-prodott esportat u l-inċidenza tad-dazju doganali ta’ importazzjoni fuq dawn il-preżunti importazzjonijiet, mingħajr ma jingħata kas jekk id-dazji tal-importazzjoni kinux effettivament tħallsu jew le.

(30)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. L-esportatur irid jiddikjara lill-awtoritajiet Indjani li l-esportazzjoni qed issir taħt l-iskema DEPB fil-ħin tal-esportazzjoni. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet Indjani tad-dwana joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha l-merkanzija tintbagħat. Dan id-dokument jiddikjara l-ammont ta’ kreditu tad-DEPB li għandu jkun mogħti fuq dik l-esportazzjoni u għalhekk l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi dak il-ħin stess.

(31)

Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DEPB. Ir-rata tad-DEPB rilevanti biex ikun ikkalkulat il-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. Tkabbir retroattiv eċċezzjonali tar-rati tad-DEPB sar fiż-żmien tal-PIR, li wassal għal tkabbir fil-benefiċċji tad-DEPB mill-esportazzjonijiet mill-1 ta’ April 2007 sat-12 ta’ Lulju 2008. Madankollu, mhuwiex possibbli li wieħed jissoponi li tnaqqis retroattiv fir-rati tad-DEPB jista jkun implimentat konformement mal-prinċipju ta’ ċertezza legali bħala deċiżjoni amministrattiva negattiva. Għalhekk jista jkun konkluż li l-abilità tal-GTI li jbiddel il-livell tal-benefiċċju b’mod retroattiv hija limitata.

(32)

Il-krediti tad-DEPB huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostakolu u validi għal 12-il xahar mid-data tal-ħruġ. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti tal-oġġetti kollha li jistgħu jkunu importati mingħajr ostakolu, minbarra ġid kapitali. L-oġġetti importati kontra dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa fuq il-bejgħ) jew jintużaw mod ieħor.

(33)

L-applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPB huma mimlija elettronikament u jistgħu jkopru kull ammont ta’ transazzjonijiet ta’ esportazzjoni. De facto l-ebda limiti stretti ma jeżistu biex isiru applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPB. Is-sistema elettronika wżata biex tamministra l-iskema tad-DEPB ma teskludix awtomatikament it-transazzjoniet ta’ esportazzjoni li jidħlu wara l-limiti tal-perjodu ta’ sottomissjoni msemmi fil-kapitolu 4.47 HOP I 04-09. Barra minn hekk, kif stipulat b’mod ċar fil-kapitolu 9.3 HOP I 04-09, l-applikazzjonijiet li jidħlu wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ sottomissjoni jistgħu dejjem ikunu kkunsidrati b’miżata minima ta’ penali (10 % tal-intitolament).

(34)

Filwaqt li r-rati tad-DEPB għall-esportazzjoni għall-prodott konċernat waqt il-PI tal-investigazzjoni oriġinali kienu ta’ 8 %, fil-bidu tal-PIR kienu ta’ 3,7 % biss, li kienu riveduti waqt il-PIR għal 6,7 % (fit-12 ta’ Lulju 2007), u eċċezzjonalment datati b’lura għall-esportazzjonijijet mill-1 ta’ April 2007.

3.2.1.4.   Kummenti dwar dak li ġie żvelat

(35)

Il-GTI u Textprocil allegaw li l-ebda eżenzjoni żejda ma ngħatat fl-applikazzjoni tal-iskema DAPB u argumentaw li għalhekk l-iskema ma kinitx kumpensatorja. Dan l-argument huwa miċħud fid-dawl tal-konklużjoni fil-premessa (38) li din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Annessi I (i), II u III ta-Regolament bażiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, l-ammont sħiħ ta’ dazji ċeduti huwa kumpesatorju.

3.2.1.5.   Konklużjoni

(36)

L-iskema DEPB tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-kreditu tad-DEPB huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu se jintuża eventwalment biex ipatti għad-dazji tal-importazzjoni, u b’hekk inaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazju li altrimenti kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPB huwa ta’ benefiċċju għall-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu.

(37)

L-iskema DEPB hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(38)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma għandu l-ebda obbligazzjoni li fil-fatt jikkonsma l-oġġetti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni mal-oġġetti li fil-fatt intużaw. Barra minn dan, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema oġġetti kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fil-kuntest tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, l-esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPB irrispettivament jekk fil-fatt huwa jimportax materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott. Sabiex jikseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed għall-esportatur li sempliċiment jesporta l-oġġetti mingħajr ma jipprova li kien importat materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott. B’hekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-produzzjoni tal-prodott huma wkoll intitolati li jibbenifikaw mill-iskema DEPB.

3.2.1.6.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(39)

Taħt l-Artikoli 2(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji kien ikkalkulat fit-termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih skont dak li jkun eżista matul il-PIR. F’dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-benefiċċju jingħata lil min jirċevih fil-mument meta t-transazzjoni tal-esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. F’dan il-ħin, il-GTI jkun suġġett li jċedi d-dazji tal-importazzjoni, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPB li għadu jkun mogħti għal dik it-transazzjoni tal-esportazzjoni, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Barra minn hekk, il-produttutri esportatuti li jikkoperaw ikunu kkunsidraw il-krediti DEPB fil-kontabilità tagħhom bħala dħul fil-ħin tat-transazzjoni tal-esportazzjoni fuq il-bażi ta’ ammonti dovuti.

(40)

Sabiex ikun ikkunsidrat l-impatt taż-żieda fir-rati b’effett b’lura, il-valur tal-kreditu tad-DEPB għall-esportazzjonijiet bejn l-1 ta’ April u t-12 ta’ Lulju 2007 kien miżjud fejn neċessarju, għaliex il-benefiċċju attwali li l-kumpaniji jkunu ntitolati għalih meta jirċievu l-kreditu mill-GOI huwa ogħla minn dak dikjarat formalment fil-ħin tal-esportazzjoni.

(41)

Meta saru talbiet iġġustifikati, il-miżati li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(42)

Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt id-DEPB kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta’ dan.

(43)

Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anke l-kreditu tad-DEPBS iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ kreditu kumpensatorju tad-DEPBS. Taħt id-DEPBS ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta’ krediti għall-importazzjoni bla dazju ta’ materjal użat fil-produzzjoni ta’ prodott speċifiku. Bil-kuntrarju ta’ dan, il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli liberament, jistgħu wkoll ikunu mibjugħa u jkunu wżati għall-importazzjonijiet ta’ kwalunkwe oġġett li jista’ jkun impurtat bla restrizżzjonijiet (il-materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernt jaqa’ f’din il-kategorija), minbarra oġġetti kapitali. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-krediti kollha tad-DEPBS iġġenerati.

(44)

Ħames kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw mill-iskema DEPB matul il-PIR u kisbu marġini ta’ sussidji li jvarjaw minn 0,15 % sa 3,96 %.

3.2.2.   Skema ta’ Awtorizzazzjoni għal-Importazzjoni bla Dazju (Duty Free Imports Authorisation, DFIA)/Skema ta’ Ċertifikat għar-Riforniment bla Dazju (Duty Free Replenishment Certificate, DFRC)

3.2.2.1.   Il-bażi legali

(45)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DFIA tinstab fil-kapitolu 4 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09. L-iskema kienet introdotta fl-1 ta’ Mejju 2006 u ħadet post l-iskema DFRC, li kkumpensa għaliha r-Regolament oriġinali.

3.2.2.2.   Eliġibbiltà

(46)

Id-DFIA hija maħruġa lil kull negozjant-esportatur jew manifattur-esportatur għall-importazzjoni ta’ materjal użat fil-manifattura tal-prodott għall-esportazzjoni ħieles minn dazju doganali bażiku, dazju doganali addizzjonali, fond tal-edukazzjoni, dazju tal-anti-dumping u dazju ta’ salvagwardja, jekk huwa l-każ.

3.2.2.3.   Implimentazzjoni prattika

(47)

Id-DFIA hija skema ta’ wara u qabel l-esportazzjoni li tħalli l-importazzjoni ta’ materjal konformement man-normi tas-SION, iżda li, fil-każ ta’ DFIA trasferibbli, ma għandux neċessarjament ikun għall-użu fil-manifattura tal-prodott esportat.

(48)

Id-DFIA tkopri biss l-importazzjoni ta’ materjal li se jkun użat fil-produzzjoni kif preskritt fis-SION. L-intitolar għall-importazzjoni huwa limitat għall-kwantità u l-valur imsemmija fis-SION, iżda jista’ jkun rivedut mill-awtoritajiet reġjonali jekk issir talba.

(49)

L-obbligazzjoni tal-esportazzjoni hija suġġetta għar-rekwiżit ta’ valur addizzjonali minimu ta’ 20 %. Dawn l-esportazzjonijijet jistgħu jsiru qabel l-awtorizzazzjoni tad-DFIA, f’liema każ l-intitolar tal-importazzjoni jkun issettjat proporzjonalment mal-esportazzjoni provviżorja.

(50)

Meta l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni tkun imwettqa l-esportatur jista’ jitlob it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni DFIA, li fil-prattika tfisser permess biex tinbiegħ il-liċenzja tal-importazzjoni bla dazju fuq is-suq.

3.2.2.4.   Kummenti dwar dak li ġie żvelat

(51)

Il-GTI u Texprocil allegaw li d-DFRC hija skema leġittima għall-ħlas lura ta’ dazju, minħabba li l-iskema tipprovdi għar-riforniment ta’ materjal użat fil-produzzjoni tal-prodott esportat u kienet ikkunsidrata raġonevoli, effettiva u bbażata fuq prattiċi aċċettati b’mod ġenerali fl-Indja. Billi l-kwantità, il-kwalità u l-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi jaqblu ma’ materjal użat fil-produzzjoni tal-prodott ta’ esportazzjoni, taħt il-GTI u Texprocil l-iskema hija permessibbli taħt il-Ftehim fuq Sussidji u Miżuri Kumpensatorji (ASCM). Il-GTI u Texprovil saħqu wkoll li, meta jkun stmat jekk hijiex skema leġittima għall-ħlas lura ta’ dazju, il-kundizzjoni rilevanti hija li wieħed iħares lejn dak li qed jiġi importat u mhux min qed jimporta. Kien misħuq ukoll li sakemm u safejn il-Gvern huwa konċernat, l-ebda benefiċċju addizzjonali ma jingħata. Kien għaldaqstant misħuq li l-iskema ma kinitx kumpensatorja. L-ebda evidenza ġdida ma kienet sottomessa biex tappoġġja dawn l-argumenti u għalhekk dawn l-argumenti qed ikunu miċħuda fid-dawl tal-konklużjonijiet fil-premessi (52) sa (55) li l-ebda mis-sottoskemi ma’ jistgħu jkunu kkunsidrati sistemi permessibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i), II u III ta-Regolament bażiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, l-ammont sħiħ ta’ benefiċċju huwa kumpensatorju.

3.2.2.5.   Konklużjoni

(52)

Għalkemm hemm xi differenzi bejn l-applikazzjoni tal-iskema l-ġdida DFIA, meta mqabbla mal-iskema kumpensatorja DFRC ta’ qabel, id-DFIA l-ġdida għandha tkun ikkunsidrata bħala kontinwazzjoni tal-iskema DFRC, għaliex tinkludi l-elementi prinċipali tad-DFRC.

(53)

Kemm id-DFRC u d-DFIA jipprovdu sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(i) u (ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ għotja. Jinvolvu trasferiment dirett ta’ fondi, minħabba li jistgħu jinbiegħu u jinbidlu fi flus kontanti, jew jintużaw biex jagħmlu tajjeb għal dazji ta’ importazzjoni, billi jwasslu lill-GTI jċedi dħul li kieku kien ikun mistħoqq. Barra minn hekk, id-DFRC u d-DFRA huma ta’ benefiċċju għall-esportatur, għaliex itejbu l-likwidità tiegħu.

(54)

Kemm id-DFRC u d-DFIA huma assoċjati fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa speċifiċi u kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(55)

Barra minn hekk, l-ebda minn dawn l-iskemi ma tista’ titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari: (i) jippermettu għar-rimborżi ex post jew ħlas lura ta’ tariffi tal-importazzjoni fuq materjal li jintuża fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ prodott ieħor; (ii) ma hemm l-ebda sistema ta’ verifika jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma jekk u liema materjal ikun kkunsmat fil-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx hemm benefiċċju eċċessiv fil-kuntest tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. u (iii) it-trasferibilità taċ-ċertifikati/awtorizzazzjonijiet timplika li esportatur li huwa mogħti DFRC jew DFIA ma huwa taħt l-ebda obbligazzjoni li juża ċ-ċertifikat biex jimporta l-materjal li se jintuża fil-produzzjoni.

3.2.2.6.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(56)

Għall-identifikazzjoni tal-ammont tal-benefiċċju jrid ikun ikkunsidrat li, kontra l-każ tad-DEPB, il-liċenzji tad-DFRC u d-DFIA ma għandhom l-ebda bażi ta’ valur jew rati ta’ kreditu. Il-liċenzja tindika l-ammont totali ta’ materjal għall-użu fil-produzzjoni li huwa permess u l-ammont massimu ta’ valur tas-CIF ta’ dawn l-importazzjonijiet. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-benefiċċju ma jkunx magħruf fil-ħin tal-esportazzjonijiet, u jkun jista’ biss ikun determinat u meħud fil-kontabilità wara li l-liċenzja għall-importazzjoni tkun wżata jew mibjugħa.

(57)

Għaldaqstant, fil-każ fejn il-liċenzji kienu wżati għall-importazzjonijiet, il-benefiċċju tal-kumpaniji kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta’ dazji tal-importazzjoni mitlufa. Fil-każijiet fejn il-liċenzji kienu trasferiti (mibjugħa), il-benefiċċju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-dħul minn dan il-bejgħ matul il-PIR.

(58)

L-investigazzjoni stabbiliet li ħames kumpaniji li kienu qed jesportaw taħt id-DFRC u/jew d-DFIA biegħu l-awtorizzazzjonijiet/ċertifikati tagħhom lil kumpaniji terzi.

(59)

Produttur-esportatur partikolari argumenta li kien għamel użu minn waħda mill-awtorizzazzjonijiet tad-DFI tiegħu bħala ħlas lura ta’ sostituzzjoni u li ma kellux eżenzjonijiet żejda mid-dazji tal-importazzjoni taħt il-liċenzja partikolari. L-investigazzjoni stabbiliet li l-kwantitajiet tal-importazzjoni u l-esportazzjoni taħt dik il-liċenzja partikolari ma kienux użati kollha u li l-liċenzja kienet għadha ma għalqitx u ma kinitx ivverifikata konformement mar-regoli stipulati mill-politika EXIM. Għaldaqstant, u b’kunsiderazzjoni għall-konklużjonijiet taħt il-premesssa (55), kien konkluż li l-kumpanija ma setgħatx tipprova li l-ebda eżenzjoniji żejda ma ngħatat taħt dik il-liċenzja partikolari. L-ammont sħiħ tas-sussidji ffrankati mill-importazzjonijiet li saru bl-użu ta’ dik il-liċenzja huma għalhekk ikkunsidrati bħala sussidju, u t-talba kienet għalhekk miċħuda.

(60)

Meta saru talbiet iġġustifikati, il-miżati li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-benefiċċji hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammont tas-sussidju bħala n-numeratur, taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(61)

Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt id-DFRC/DFIA kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta’ dan.

(62)

Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anke l-kreditu tad-DFRC/DFIA iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ kreditu kumpensatorju tad-DEPBS. Taħt id-DFRC/DFIA ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta’ krediti għall-importazzjoni bla dazju ta’ materjal użat fil-produzzjoni ta’ prodott speċifiku. Bil-kuntrarju ta’ dan, il-krediti tad-DFRC/DFIA huma trasferibbli liberament, jistgħu wkoll ikunu mibjugħa u jkunu wżati għall-importazzjonijiet ta’ kwalunkwe oġġett li jista’ jkun impurtat bla restrizżzjonijiet (il-materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernt jaqa’ f’din il-kategorija), minbarra oġġetti kapitali. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-benefiċċji kollha tad-DFRC/DFIA iġġenerati.

(63)

Ħames kumpaniji fil-kampjun instabu li bbenefikaw minn dawn l-iskemi matul il-PIR b’marġini ta’ sussidji li jvarjaw minn 0,09 % sa 2,03 %.

3.2.3.   L-iskema ta’ Promozzjoni ta’ Esportazzjoni ta’ Merkanzija Kapitali (Export Promotion Capital Goods, EPCG)

3.2.3.1.   Il-bażi legali

(64)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema EPCG tinsab fil-kapitolu 5 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 04-09.

3.2.3.2.   Eliġibbiltà

(65)

Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi sekondarji u dawk li jipprovdu servizz huma eliġibbli għal din l-iskema.

3.2.3.3.   Implimentazzjoni prattika

(66)

Taħt il-kundizzjoni ta’ obbligu tal-esportazzjoni, il-GTI joħroġ liċenzja EPCG fuq il-bażi ta’ applikazzjoni u ħlas ta’ miżata. Din il-liċenzja tħalli kumpanija timporta oġġetti kapitali (ġodda u - minn April 2003 - oġġetti kapitali diġà użati mhux li ma għandhomx aktar minn 10 snin) b’rata mnaqqsa ta’ dazju. Sal-31 ta’ Marzu 2000, kienet applikabbli rata ta’ dazju effettiva ta’ 11 % (inkluż ħlas barrani ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjoni ta’ oġġetti ta’ valur għoli ma kienet tapplika l-ebda rata ta’ dazju. Minn April 2000 l-iskema stipulat rata mnaqqsa ta’ dazju ta’ importazzjoni ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Sabiex tkun sodisfatta l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ oġġetti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. Fid-9 ta’ Mejju 2008, jiġifieri barra l-PIR, il-GTI ħabbar li d-dazju pagabbli fuq l-importazzjoni taħt l-iskema EPCG kien tbaxxa għal 3 %.

(67)

Id-detentur tal-liċenzja tal-EPCG jista’ wkoll jixtri l-merkanzija kapitali lokalment. F’każijiet bħal dawn, id-detentur tal-liċenzja EPCG għandu japplika għall-invalidazzjoni tal-liċenzja EPCG. Il-manifattur lokali tal-merkanzija kapitali speċifikat fl-ittra tal-invalidità isir eleġibbli għall-benefiċċju tal-esportazzjoni msemmi u jkun intitolat għall-benefiċċju ta’ importazzjoni mingħajr dazju ta’ materjal li jintuża għall-manifattura ta’ din il-merkanzija kapitali. Madankolla, id-dazju tas-sisa pagabbli fuq ix-xiri domestiku tal-merkanzija kapitali mid-detentur tal-liċenzja EPCG jista’ jkun ritornat jew eżentat. Id-detentur ta’ liċenzja EPCG huwa responsabbli li jissodisfa l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni, li hija stipulata b’riferenza għad-dazji doganali nazzjonali fuq il-valur FOB tal-merkanzija impurtata.

3.2.3.4.   Kummenti fuq dak li ġie żvelat

(68)

Il-GTI saħaq li l-ebda benefiċċju ma ngħata fil-każijiet fejn id-dententur tal-liċenzja EPCG japplika għall-invalidar tal-liċenzja tal-EPCG tiegħu u jixtraw l-oġġetti kapitali minn pajjiżu stess minħabba li l-ebda regolament rispettiv tal-gvern ma kien maħruġ biex jagħti eżenzjoni mill-pagament ta’ dazji tas-sisa għal dan ix-xiri. Madankollu, kien ukoll ikkonfermat mill-GTI li taħt ċerti kundizzjonijiet, id-detentur tal-liċenzja EPCG jista’ jixtri oġġetti kapitali mingħajr ħlas ta’ dazju tas-sisa, jiġifieri fil-każijiet fejn dan id-dazju ma jkunx meħud fil-kontabilità taħt is-sistema tal-kreditu Ċentrali Indjana tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (CENVAT). Barra minn hekk, il-fornitur domestiku tal-oġġetti kapitali f’dawn il-każijiet huwa eleġibbli għall-benefiċċji fiskali li jkunu riflessi fil-prezz tal-oġġetti kapitali provduti. Minħabba li dan huwa benefiċċju li jista’ jkun provdut fuq il-kundizzjoni ta’ esportazzjoni, billi ma jkun hemm l-ebda tibdil fl-obbligazzjoni tal-esportazzjoni tad-detentur tal-liċenzja tal-EPCG fil-każ ta’ invalidazzjoni, kien ikkunsidrat li l-argument għandu jiġi miċħud u l-konklużjonijiet jibqgħu kif kienu.

3.2.3.5.   Konklużjoni

(69)

L-iskema EPCG tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis tad-dazju, jew fil-każ ta’ xiri domestiku, ir-rifużjoni tat-taxxi jew l-eżenzjoni tagħhom, jiffurmaw kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, għaliex din il-konċessjoni tnaqqas mid-dħul tal-GTI, li kieku jkun dovut.

(70)

Barra dan, it-tnaqqis fid-dazju jibbenefika lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati waqt l-importazzjoni jtejbu l-likwidità tiegħu. Fil-każ ta’ rifużjoni/eżenzjoni mid-dazju tas-sisa, ir-rifużjoni jew eżenzjoni mid-dazju tas-sisa hija ta’ benefiċċji għall-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati fuq ix-xiri tal-merkanzija kapitali jtejbu l-likwidità tiegħu.

(71)

Barra dan, l-EPCG hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr l-obbligazzjoni li ssir l-esportazzjoni. Għaldaqstant, titqies bħala speċifika u soġġetta għal miżuri kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(72)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli għall-eżenzjoni ta’ taxxi indiretti kumulattivi pagabbli qabel jew sistema premissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali m’humiex koperti mill-isfera ta’ applikazzjoni ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif spjegat fl-Anness I, partiti (h) u (i), tar-Regolament bażiku, għaliex huma ma jkunx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni. Fil-każ ta’ eżenzjoni ta’ taxxi indiretti kumulattivi pagabbli qabel ta’ min jinnota li l-esportaturi ma jkunux intitolati għall-istess eżenzjoni jekk ma jkunux marbuta mill-obbligu ta’ esportazzjoni

3.2.3.6.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(73)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali li ma tħallasx fuq l-oġġetti kapitali importati jew fuq il-bażi tad-dazju tas-sisa mhux imħallsa/rimburżat fuq oġġetti mixtrija mis-suq lokali, kif applikabbli, mifrux fuq perjodu li jirrefletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali. Taħt il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li huwa attribwit lill-PIR, kien aġġustat billi jiżdiedu miegħu l-interessi ta’ matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur tal-benefiċċju matul iż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-interessi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni fl-Indja kienet ikkunsidrata xierqa għal dan il-għan. Id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala n-numeratur. Taħt l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(74)

Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt l-EPCG kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta’ dan.

(75)

Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anke l-benfiċċju tal-EPCG iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ benefiċċju kumpensatorju. Taħt l-EPCGS ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta’ benefiċċji għall-importazzjoni bla dazju ta’ materjal użat fil-produzzjoni ta’ prodott speċifiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-krediti kollha tad-EPCG iġġenerati.

(76)

Erba’ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema matul il-PIR b’marġini ta’ sussidju jvarjaw sa massimu ta’ 1,45 %, filwaqt li għal kumpanija minnhom il-benefiċċju kien kważi bla valur.

3.2.4.   Skema ta’ Liċenzja bil-Quddiem (Advance Licence Scheme, “ALS”)/Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorization Scheme, “AAS”)

3.2.4.1.   Il-bażi legali

(77)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika-EXIM 04-09 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 04-09. Din l-iskema kienet imsejħa “Skema ta Liċenzja bil-Quddiem” matul il-perjodu tal-investigazzjoni preċedenti li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv li bħalissa huwa fis-seħħ.

3.2.4.2.   Eliġibbiltà

(78)

L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritti f’aktar dettall fil-premessa (79). Dawk is-sottoskemi inter alia għandhom ambitu ta’ eliġibbiltà differenti. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” produtturi sekondarji jkunu eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjoni materjali u għall-AAS għar-rekwiżit annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu l-esportatur finali jkunu eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Il-kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji “meqjusa bħala esportati” imsemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika EXIM 04-09, bħall-fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għall-AAS meqjusa bħala esportati. Fl-aħħar nett, il-fornituri intermedji li jfornu lil manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji “meqjusa bħala esportati” taħt is-sottoskemi Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ittra ta’ kreditu interna li tinħareġ immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabilha.

3.2.4.3.   Implimentazzjoni prattika

(79)

Awtorizzazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

 

Esportazzjoni materjali: Din hija s-sottoskema prinċipali. Hija tippermetti l-importazzjoni bla dazju tal-materjal li jidħol fil-produzzjoni tal-prodott speċifiku għall-esportazzjoni li jirriżulta. “Materjali” f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Il-permess għall-importazzjoni u l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott għall-esportazzjoni jkunu speċifikati fil-liċenzja.

 

Rekwiżit annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhix marbuta ma’ prodott għall-esportazzjoni speċifiku, imma ma’ grupp usa’ ta’ prodotti (pereżempju prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur tal-liċenzja jista’- sa ċertu limitu fil-valur stabbilit mill-esportazzjonijiet preċedenti - jimporta bla dazju dak kollu li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kull oġġett li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti. Jista’ jagħżel li jesporta kull prodott li jirriżulta li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti billi juża dan il-materjal eżentat mid-dazju.

 

Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każi meta żewġ manifatturi jkollhom il-ħsieb li jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess tal-produzzjoni. Il-manifattur-esportatur jipproduċi l-prodott intermedju. Huwa jista’ jimporta bla dazju l-materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott u għal din ir-raġuni jista’ jikseb l-AAS għall-provvisti intermedji. L-esportatur finali jwassal il-produzzjoni fit-tmiem u jkun obbligat li jesporta l-prodott lest.

 

Meqjusa esportati: Din is-sottoskema tippermetti lill-kuntrattur prinċipali li jimporta bla dazju l-materjal meħtieġ għall-produzzjoni tal-oġġetti li se jinbiegħu bħala “meqjusa esportati” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafi 8.2 (b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-politika-EXIM 04-09. Taħt il-GOI, meqjusa esportati tirriferi għal dawk it-transazzjonijiet li fihom l-oġġetti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Għadd ta’ kategoriji ta’ provvisti jitqiesu bħala esportazzjonijiet meqjusa sakemm l-oġġetti jiġu mmanifatturati fl-Indja, pereżempju. provvista ta’ oġġetti lil EOU jew lil kumpanija li tkun tinsab f’żona ekonomika speċjali (“SEZ”).

 

ARO: Id-detentur tal-AAS li jkollu l-ħsieb li jġib materjal li se jintuża fil-produzzjoni tal-prodott minn fonti tal-lokal, minflok ma jimporta direttament, ikollu l-għażla li jġibhom kontra l-AROs. F’dawn il-każi l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem ikunu kkonfermati bħala AROs u jkunu approvati lill-fornitur lokali mal-kunsinna tal-oġġetti speċifikati fihom. L-approvazzjoni tal-ARO tintitola l-fornitur lokali għall-benefiċċji fuq dawk meqjusa esportati kif spjegat fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri l-AAS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni tad-dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu tal-ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondi dawn lill-esportatur finali fil-forma ta’ ħlas lura/rifużjoni ta’ dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/tad-dazji tista’ ssir fuq dak li jintuża fil-manifattura tal-prodott kemm jekk dan ikun tal-lokal u kemm jekk ikun importat.

 

Ittra interna ta’ kontro-kreditu: Din is-sottoskema għal darba oħra tkopri l-provvisti mil-lokal lid-detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista’ javviċina l-bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur fornitur lokali. L-awtorizzazzjoni titħassar mill-bank għall-importazzjoni diretta, b’konnessjoni biss mal-valur u l-volum tal-oġġetti miġjuba minn fonti tal-lokal minflok ikunu importati. Il-fornitur lokali jkun intitolat għall-benefiċċji fuq dawk meqjusa esportati kif spjegat fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri l-AAS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali).

(80)

Kien stabbilit li matul il-perjodu tal-PIR żewġ esportaturi li qed jikkollaboraw ibbenefikaw minn tnejn mill-iskemi msemmija aktar ‘il fuq, relatati mal-prodott ikkonċernat, jiġifieri (i) esportazzjoni maternali ALS/AAS u (ii) ALS għall-provvisti intermedji. Għaldaqstant ma kienx hemm bżonn ikun stabbilit il-kumpens tas-sottoskemi li kien fadal.

(81)

Wara l-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa, il-GTI mmodifika s-sistema ta’ verifika applikabbli għall-ALS/AAS. Għal skop ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa obbligat legalment li jżomm “rendikont veru u xieraq tal-konsum u l-użu ta’ oġġetti importanti bla dazju/mixtrija lokalment” fil-format speċifikat (il-kapitoli 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 04-09), jiġifieri reġistru tal-konsum vera u proprju. Dan ir-reġistru għandu jkun verifikat minn uffiċjal tal-kontabilità estern imqabbad/uffiċjal tal-kontabilità tal-ispejjeż u uffiċjal tal-kontabilità tax-xogħlijiet li joħroġ ċertifikat li r-reġistri preskritti u l-fatti relevanti kienu eżaminati u li l-informazzjoni provvista taħt l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f’kull rispett. Madankollu, id-dispożizzjonijiet msemmija japplikaw biss għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa fit-13 ta’ Mejju 2005 jew wara. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem u l-Liċenzji bil-Quddiem kollha maħruġa qabel dik id-data, id-detenturi huma mitluba jsegwu d-dispożizzjonijiet ta’ verifika li kienu japplikaw qabel, jiġifieri li jżommu rendikont veru u proprju tal-konsum u l-użu taħt il-liċenzja tal-oġġetti importati fil-format speċifikat fl-Appendiċi 18 (kapitolu 4.30 u Appendiċi 18 HOP I 02-07).

(82)

Fir-rigward tas-sottoskemi wżati waqt il-PIR miż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun, jiġifieri esportazzjoni materjali u provvisti intermedji, kemm il-permess għall-importazzjoni u l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni huma fissi fil-volum u l-valur mill-GTI u huma ddokumentati fuq il-liċenzja. Barra minn hekk, fil-ħin tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-transazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jkunu ddokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq il-liċenzja. Il-volum tal-importazzjonijiet konċess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GTI fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (“SIONs”). Is-SIONs jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott konċernat u jkunu ppublikati fil-HOP II 04-09.

(83)

Il-materjal importat biex jintuża fil-manifattura tal-prodott ma jkunx transferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligazzjoni tal-esportazzjoni trid tkun osservata għat-tul ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24-il xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ sitt xhur kull waħda).

3.2.4.4.   Kummenti dwar dak li ġie żvelat

(84)

Il-GTI allega li kellu sistemi ta’ verifika xierqa għall-iskema taħt l-Appendiċi 23 tal-HOP I 04-09, u li l-ebda eżenzjonijiet żejda ma saru fl-applikazzjoni tal-ALS/AAS. Kien argumentat li għalhekk l-iskema ma kinitx kumpensatorja. L-ebda evidenza ġdida ma kienet sottomessa biex tappoġġja dawn l-allegazzjonijiet u għalhekk dan l-argument qed ikunu miċħud fid-dawl tal-konklużjonijiet li l-ebda mis-sottoskemi ma’ jistgħu jkunu kkunsidrati sistemi permessibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Annessi II u III ta-Regolament bażiku, peress li ma kienx hemm sistema ta’ verifika xierqa.

(85)

Barra minn hekk, taħt l-Anness II(II)5 u l-Anness III(II)(3) ta-Regolament bażiku, fejn instab li ma kien hemm l-ebda sistema ta’ verifika xierqa, dan jista’ jkun megħlub permezz ta’ eżaminar ulterjuri tal-pajjiż tal-esportazzjoni sabiex ikun ippruvat jekk sarx pagament żejjed. Billi l-ebda eżaminar simili ma saret qabel iż-żjarat ta’ verifika, kif ukoll ma kienx ippruvat li l-ebda pagament żejjed ma sar, l-argument huwa miċħud.

3.2.4.5.   Konklużjoni

(86)

L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tagħti benefiċċju lill-esportaturi.

(87)

Barra minn hekk, l-ALS/AAS għall-esportazzjoni materjali u l-ALS għall-provvista intermedja huma assoċjati b’mod ċar fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa li jkunu speċifiċi u kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr l-obbligazzjoni li tesporta l-kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi.

(88)

L-ebda miż-żewġ sottoskemi użati fil-każ preżenti, ALS/AAS għall-esportazzjoni materjali u l-ALS għall-provvista intermedja, ma jistgħu jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku.

(89)

Fir-rigward tal-produttur esportatur li għamel użu mill-AAS, l-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti ġodda ta’ verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kienux ittestjati fil-prattika għax il-liċenzji ma kienux magħluqa sal-ħin tal-verifika, u għalhekk ma kienux verifikati konformement mar-regoli preskritti mill-politika EXIM. Għaldaqstant, il-kumpanija ma setgħatx tipprova li l-ebda eżenzjoni żejda ma saret taħt dik il-liċenzja partikolari. L-ammont sħiħ ta’ dazji ffrankati fuq l-importazzjonijiet li saru b’dik il-liċenzja ghandhom għalhekk jitqiesu bħala sussidju.

(90)

Il-GTI ma applikax effettivament is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kien ikkunsmat fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs nfushom ma jistgħux jitqiesu bħala sistema ta’ verifika tal-konsum attwali, għaliex il-materjal impurtat bla dazju bl-użu ta’ awtorizzazzjonijiet/liċenzji b’ġabriet differenti ta’ SIONs huma mħallta fl-istes proċess ta’ produzzjoni tal-oġġett esportat. Dan it-tip ta’ proċess ma jħallix lill-GTI jivverifika b’biżżejjed preċiżjoni liema ammont ta’ materja kienet kkunsmata fil-produzzjoni tal-oġġett esportat u taħt liema kejl tas-SION għandu jkun imqabbel.

(91)

Barra minn hekk, kontroll effettiv mill-GTI bbażat fuq reġistru ta’ konsum attwali miżmum kif suppost jew ma sarx jew għadu mhux komplut. Barra dan, il-GTI ma għamilx eżami addizzjonali bbażat fuq l-oġġetti attwalment użati fil-produzzjoni li kienu involuti, għalkemm dan ikun meħtieġ li jsir normalment fin-nuqqas tal-applikazzjoni effettiva ta’ sistema ta’ verifika (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

(92)

Għalhekk iż-żewġ sottoskemi huma kumpensatorji.

3.2.4.6.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(93)

Fl-assenza ta’ skema permessibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju, il-benefiċċju kumpensatorju huwa t-total tad-dazji tal-importazzjoni eżentati li normalment huma pagabbli mal-importazzjoni tal-materja. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-miżuri kumpensatorji kontra eżenzjonijiet “żejda” tad-dazju. Taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) ta-Regolament bażiku, eżenzjoni żejda tad-dazji biss tista’ tkun ikkumpensata, sakemm il-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku huma milħuqa. Madankollu dawn il-kundizzjonijiet ma kienux milħuqa fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk l-assenza ta’ proċess ta’ monitoraġġ adegwat tkun stabbilita, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għall-iskema ta’ ħlas lura ta dazji mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta’ (dħul mitluf) dazji mhux imħallsa, minflok l-eżenzjoni żejda intenzjonata. Kif stipulat fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku r-responsabilità għal kalkolu tal-eżenzjoni żejda mhijiex fuq l-awtorità li qed tikkonduċi l-investigazzjoni. Bil-kontra ta’ dan, taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku din għandha biss tipprovdi biżżejjed evidenza biex tipprovdi kontra-argumenti dwar il-validità ta’ sistema ta’ verifika ppreżentata bħala tali.

(94)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-dazji tal-importazzjoniji ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) fuq il-materjal importat taħt iż-żewġ sottoskemi użati għall-prodott konċernat matul il-PIR. Taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex tinkiseb il-liċenzja tnaqqsu mill-ammont ta’ sussidju meta saru talbiet iġġustifikati. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni ġenerat mill-prodott konċernat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(95)

Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt l-ALS/AAS kienu sottomessi. Fejn dawn il-kummenti kienu ġustifikati, il-kalkolazzjonijiet kienu modifikati kif meħtieġ.

(96)

Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anke l-benfiċċju tal-ALS/AAS iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ benefiċċju kumpensatorju. Taħt l-ALS/AAS ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta’ benefiċċji għall-importazzjoni bla dazju ta’ materjal użat fil-produzzjoni ta’ prodott speċifiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-benefiċċji kollha tal-ALS/AAS iġġenerati.

(97)

Żewġ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw mill-ALS jew mill-AAS bil-benefiċċju jvarja minn 0,17 % sa 1,74 %.

3.2.5.   Żoni ta’ Proċessar ta’ Esportazzjoni/Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EPZs/EOUs)

(98)

Instab li l-ebda mill-produtturi esportatuti li qegħdin jikkoperaw ma kien lokalizzat f’SEZS jew EPZS, jew ma kellu l-istat ta’ EOU. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li din l-iskema tkun analizzata aktar fil-fond f’din l-investigazzjoni.

3.2.6.   Skema tal-Eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”)

(99)

Taħt din l-iskema l-esportaturi jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni parzjali tat-taxxa fuq id-dħul fuq il-profitti mill-bejgħ bl-esportazzjoni. Il-bażi legali ta’ din l-eżenzjoni kienet stipulata mit-Taqsima 80HHC tal-ITA.

(100)

Id-dispożizzjoni kienet abolita mis-sena ta’ stima 2005-2006 (jiġifieri għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005) ‘il quddiem u għalhekk l-80HHC tal-ITA ma jagħti l-ebda benefiċċji wara l-31 ta’ Marzu 2004. L-ebda mill-produtturi esportaturi li qegħdin jikkoperaw ma bbenefikaw minn din l-iskema waqt il-PIR. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li din l-iskema tkun analizzata aktar fil-fond f’din l-investigazzjoni.

3.2.7.   Skema għall-Ħlas lura tad-Dazju (“DDS”)

3.2.7.1.   Il-bażi legali

(101)

L-iskema hija bbażata fuq Taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, Taqsima 37(2)(xvi) tal-Att tad-Dazju tal-1944 u Taqsimiet 93 A u 94 tal-Att tal-Finanzi 1994.

3.2.7.2.   Eliġibbiltà

(102)

Kull esportatur huwa eleġibbli għal din l-iskema.

3.2.7.3.   Implimentazzjoni prattika

(103)

Hemm żewġ tipi ta’ rati ta’ ħlas lura ta’ dazju mwaqqfa mill-GTI – rati tal-“industrija kollha” huma applikati fuq bażi ta’ somma ta’ darba għall-esportaturi ta’ prodott speċifiku, u rati tad- “ditta” li japplikaw fuq il-bażi ta’ kumpanija għall-prodotti mhux koperti mir-rati tal- “industrija kollha”. L-ewwel tip (rata għall-industrija kollha) huwa dak rilevanti għall-prodott konċernat.

(104)

Ir-rati tal-industrija kollha għall-ħlas lura tad-dazju huma kkalkolati bħala perċentwal tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tal-industrija kollha kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott konċernat. Huma determinati fuq il-bażi ta’ stima tat-taxxi indiretti u l-miżati tal-importazzjoni fuq oġġetti u servizzi wżati fil-proċess ta’ manifattura tal-prodott esportat (dazji tal-importazzjoni, dazju tas-sisa, taxxi fuq is-servizzi, eċċ.), inkluż stima tat-taxxi indiretti u miżati tal-importazzjoni fuq oġġetti u servizzi għall-manifattura tal-komponenti li se jintużaw fil-manifattura tal-prodott esportat, u b’mod li ma jagħtix kas jekk dawn it-taxxi tħallsux jew le. L-ammont ta’ DDS huwa suġġett għal-limitu massimu tal-prodott esportat għal kull unità. Jekk il-kumpanija tista’ tikklejmja lura xi ftit minn dawn id-dazji mis-sistema CENVAT ir-rata ta’ ħlas lura tkun anqas.

(105)

Ir-rati ta’ ħlas lura ta’ dazji fuq il-prodott konċernat kienu riveduti diversi drabi waqt il-PIR. Sal-1 ta’ April 2007 ir-rati applikabbli kienu jvarjaw minn 6,4 % għal 6,9 % konformement mat-tip ta’ prodott, sal-1 ta’ Settembru 2007 minn 9,1 % sa 9,8 %. Fit-13 ta’ Diċembru 2007 jiġifieri wara t-tmiem tal-PIR, ir-rati ta’ ħlas lura kienu miżjuda għal 10,1 % sa 10,3 % u ż-żieda datata b’lura għall-importazzjonijiet mill-1 ta’ Settembru 2007, jiġifieri fil-perjodu tal-PIR.

(106)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. Fil-mument li tkun qed issir l-esportazzjoni, trid issir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS. Sabiex l-oġġetti jkunu esportati, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu, waqt il-proċedura tad-dispaċċ, il-polza tal-esportazzjoni. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont tal-kreditu tad-DDS li jrid jingħata għal dik it-transazzjoni ta’ esportazzjoni. L-esportatur b’hekk ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi u jinkludih fil-kontabilità bħala dħul dovut. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DDS. Ir-rata tad-DDS rilevanti biex ikun ikkalkulat il-benefiċċju hija b’mod ġenerali dik applikata fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. Tkabbir retro-attiv fir-rati tal-ħlas lura ta’ dazju sar fil-perjodu tal-PIR, li kien ikkunsidrat fil-kalkolu tal-ammont tas-sussidju.

3.2.7.4.   Kummenti dwar dak li ġie żvelat

(107)

Ħafna partijiet argumentaw li d-DDS ma setgħetx tkun kumpensatorja f’din l-investigazzjoni billi ma kinitx imsemmija speċifikamanet fil-kwestjonarji ta’ kontra s-sussidju maħruġ fil-bidu tal-investigazzjoni. Dan l-argument huwa miċħud għar-raġunijiet li ġejjin. L-għan ta’ din ir-reviżjoni taħt l-avviż ta’ bidu huwa “l-livell ta’ sussidjar”, li ta benefiċċju lill-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri l-iskemi kollha ta’ sussidju mħaddma mill-GTI.

(108)

Kien argumentat li d-DDS ma kinitx assoċjata mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni minħabba li l-benefiċċju taħt din l-iskema ma huwiex relatat mal-livelli ta’ esportazzjonijiet li jsiru mill-esportaturi. Dan l-argument huwa miċħud, minħabba li l-benefiċċju tad-DDS jista’ biss jintalab jekk il-prodott ikun esportat, li hija kundizzjoni suffiċjenti biex jintlaħaq il-kriterju ta’ assoċjazzjoni mal-esportazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl ta’ din il-konklużjoni, mhuwiex neċessarju jkun analizzat l-argument li d-DDS mhuwiex speċifiku fil-kuntest tal-Artikolu 3 (2) u (3) tar-Regolament bażiku.

(109)

Il-GTI saħaq li d-DDS hija sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, u li l-proċedura għat-twaqqif tar-rati ta’ ħlas lura għall-industrija kollha kienet raġonevoli, effettiva u bbażata fuq prattiċi kummerċjali aċċettati b’mod ġenerali fil-pajjiż tal-esportazzjoni taħt l-Anness II (II) (4) u l-Anness III (II) (2). Kif imsemmi fil-premessa (104) aktar ‘l fuq, din il-proċedura tinvolvi stima tal-materjal użat fil-produzzjoni u d-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi indiretti mħallsa fl-industrija kollha. Madankollu, din il-proċedura ma kinitx preċiża biżżejjed anke konformement mas-sottomissjoni tal-GTI. Il-GTI kkonferma li kien hemm element ta’ teħid ta’ medja, li timplika li l-ammont attwalment mħallas lura kien aktar mid-dazji attwalment imħallsa. Barra dan, il-GTI ma għamilx verifika addizzjonali bbażata fuq l-oġġetti attwalment użati fil-produzzjoni li kienu involuti, għalkemm normalment din tkun meħtieġ li ssir fin-nuqqas tal-applikazzjoni effettiva ta’ sistema ta’ verifika (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3)), u lanqas ipprova li l-ebda eżenzjoni żejda ma ngħatat. L-allegat parallel tal-verifika tat-teknika tat-teħid tal-kampjuni stipulata fir-Regolament bażiku huwa kkunsidrat irrilevanti, minħabba li jirriferi b’mod ċar għal-investigazzjonijiet kontra s-sussidju u mhuwiex parti mill-kriterji stipulati fl-Annessi II u III. Għaldaqstant, dawn l-argumenti huma miċħuda.

(110)

Kien ukoll argumentat li ma setgħet tkun issoponuta l-ebda eżistenza ta’ eżenzjonijiet żejda mill-fatt li l-GTI ma inkludiex it-taxxi indiretti pagabbli fl-Inja fid-DDS, imma biss it-taxxi indiretti ċentrali. Dan l-argument huwa miċħud, għaliex taħt l-Anness II (III) (4) u l-Anness III (II) (2) l-eżenzjonijiet żejda għandhom ikun stmati fil-qafas ta’ skema partikolari ta’ sussidju.

3.2.7.5.   Konklużjoni

(111)

Id-DDS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. L-ammont ta’ ħlas lura ta’ dazju huwa ekwivalenti għad-dħul tal-gvern li kien ċedut u li kieku kien ikun miġbur u mħallas lill-GOI. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DDS fuq l-esportazzjoni huwa ta’ benefiċċju għall-esportatur.

(112)

L-iskema DDS hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(113)

Diversi partijiet għall-proċediment argumentaw li d-DDS hija sistema ta’ ħlas lura kompatibbli mad-dispożizzjonijijet tar-Regolament bażiku u li għalhekk il-benefiċċju li tagħti ma għandux ikun kumpensatorju.

(114)

L-investigazzjoni stabbiliet li din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli għall-eżenzjoni ta’ taxxi indiretti kumulattivi mħallsa qabel jew sistema premissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (h) u (i), fl-Anness II (linji-gwida u konsum ta’ materja prima) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma huwa taħt l-ebda obbligazzjoni li (i) iżomm rendikont tad-dazji u taxxi mħallsa fuq l-importazzjoni/oġġetti mixtrija lokalment jew servizzi inkorporati jew (ii) li attwalment jikkonsma dawn l-oġġetti u servizzi fil-proċess ta’ produzzjoni, u (iii) l-ammont ta’ ħlas lura ma jkunx kalkolat b’relazzjoni mal-materjal użat fil-proċess ta’ produzzjoni mill-esportatur u d-dazju u taxxi attwalment imħallsa.

(115)

Barra dan, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema oġġetti kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas lura żejjed ta’ taxxi domestiċi indiretti fil-kuntest tal-partita (h) tal-Anness I u l-Anness II tar-Regolament bażiku jew ta’ dazji ta’ importazzjoni li saru fil-kuntest tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku.

(116)

Fl-aħħar nett, l-esportatur huwa eliġibbli għall-benfiċċji tad-DIS irrispettivament jekk jimportax jew jixtrix lokalment il-materja prima, u jekk ħallasx dazju jew taxxi fuq dak ix-xiri. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed għal esportatur li sempliċiment jesporta l-merkanzija mingħajr bżonn li juri li xi materja prima kienet impurtata jew li xi materja prima jew servizz kien mixtri lokalment, u li dazji jew taxxi domestiċi indiretti kienu mħallsa. Bħala konsegwenza ta’ dan, ma hemm l-ebda differenza bejn ir-rata ta’ ħlas lura kemm jekk kumpanija hija nvoluta fil-fażijiet kollha ta’ produzzjoni u l-prodott ikkonċernat jew jekk hija biss esportatur.

3.2.7.6.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(117)

Taħt l-Artikoli 2(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji kienu kkalkulati fit-termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih skont dak li jkun eżista matul il-PIR. F’dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-benefiċċju jingħata lil min jirċevih fil-mument meta t-transazzjoni tal-esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. Minn dak il-ħin, il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta’ dazju lura lill-esportatur rispettiv, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DDS li għadu jkun mogħti għal dik it-transazzjoni tal-esportazzjoni, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Barra minn hekk, il-produtturi esportatuti li jikkoperaw ikunu kkunsidraw il-krediti DDS fil-kontabilità tagħhom bħala dħul dovut fil-ħin ta’ kull transazzjoni tal-esportazzjoni.

(118)

Sabiex ikun ikkunsidrat l-impatt taż-żieda fir-rati b’effett b’lura, il-valur tal-kreditu tad-DDS fil-kontabilità għall-esportazzjonijiet bejn l-1 ta’ Settembru u t-30 ta’ Settembru 2007 kien miżjud fejn neċessarju, għaliex il-benefiċċju attwali li l-kumpaniji jkunu intitolati li jirċievu mill-GTI huwa ogħla minn dak dikjarat formalment fil-ħin tal-esportazzjoni.

(119)

Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(120)

Seba’ kumpaniji fil-kampjun ikklejmjaw li għalkemm ibbenefikaw mid-DDS, ma kellhom l-ebda eżenzjonijiet żejda, għaliex it-taxxi jew id-dazji tal-importazzjoni li kienu dovuti kienu akbar mill-ammont ta’ ħlas lura. Kien deċiż li dawn il-klejms ikunu rifjutati. Fil-premessi (113) u (115) kien konkluż li l-GTI ma kellu l-ebda sistema ta’ verifika adegwata kif stipulat fl-Annessi I, II u III tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kumpaniji ma żammew l-ebda reġistri tal-konsum jew sistemi oħra ta’ rappurtaġġ intern biex iżommu kont ta’ eżenzjonijiet żejda possibbli. Dawn ir-rapporti kienu maħluqa mill-kumpaniji waqt il-viżiti ta’ verifika u normalment jinkludu t-taxxi mħallsa mill-kumpaniji b’mod ġenerali.

(121)

Fin-nuqqas ta’ sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema ta’ sostituzzjoni għall-ħlas lura ta’ dazju, il-benefiċċju kumpensatorju huwa l-eżenzjoni tal-ammont sħiħ ta’ ħlas lura li jakkumula taħt id-DDS. Kuntrarju għas-sottomissjonijiet ta’ żvelar mill-GTI, minn Tesprocil u minn xi importaturi, ir-Regolament bażiku ma jipprovidx għall-kumpens ta’ eżenzjonijiet “żejda” ta’ dazju. Taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, eżenzjoni żejda tad-dazji biss tista’ tkun ikkumpensata, sakemm il-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku huma milħuqa. Madankollu dawn il-kundizzjonijiet ma kienux milħuqa fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk l-assenza ta’ proċedura ta’ verifika xierqa tkun stabbilita, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għall-iskema ta’ ħlas lura ta’ dazji mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta’ ħlas lura, minflok l-eżenzjoni żejda intenzjonata. Kif stipulat fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku r-responsabilità għal kalkolu tal-eżenzjoni żejda mhijiex fuq l-awtorità li qed tikkonduċi l-investigazzjoni. Bil-kontra ta’ dan, taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku din għandha biss tipprovdi biżżejjed evidenza biex tipprovdi kontra-argumenti dwar il-validità ta’ sistema ta’ verifika ppreżentata bħala tali. Ta’ min jinnota wkoll, li għanda ssir verifika ulterjuri fi żmien xieraq mill-awtoritajiet Indjani fl-assenza tal-applikazzjoni effettiva ta’ sistema ta’ verifika, jiġifieri normalment qabel verifika fuq il-post fl-investigazzjoni dwar dazju kumpensatorju.

(122)

Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anki l-benfiċċju tad-DDS iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ benefiċċju kumpensatorju. Ma teżisti l-ebda obbligazzjoni taħt id-DDS li tillimita l-benefiċċju għal prodott speċifiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-krediti kollha tad-DDS iġġenerati.

(123)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw mill-iskema DDS matul il-PIR b’marġini ta’ sussidji li jvarjaw minn 1,45 % sa 7,57 %.

3.2.8.   Skema ta’ Fondi għall-Apgrejdjar tat-Teknoloġija (“TUFS”)

3.2.8.1.   Il-bażi legali

(124)

It-TUFS kienet introdotta fuq Riżoluzzjoni tal-Ministeru tat-Tessuti, tal-Gvern tal-Indja, ippubblika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Indja Parti Straordinarja I Taqsima I fil-31 ta’ Marzu 1999 (ir- “Riżoluzzjoni”). L-iskema kient approvata biex tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ April 1999 sal-31 ta’ Marzu 2004. Kienet estiża sal-31 ta’ Marzu 2007 u sussegwentement estiża mill-ġdid sal-aħħar tal-PIR.

3.2.8.2.   Eliġibbiltà

(125)

Il-proċeduri eżistenti jew ġodda fis-settur tal-ipproċessar tal-qoton, tat-tessuti u l-industrija tal-ġuta huma eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema.

3.2.8.3.   Implimentazzjoni prattika

(126)

L-għan ta’ din l-iskema huwa li tipprovdi għajnuna għall-immodernizzar tat-teknoloġija fl-industrija tat-tessuti u tal-ġuta, inklużi unitajiet għall-ipproċessar tal-fibri, ħajt, drapp, ilbiesi u oġġetti maħduma. L-iskema tipprovdi għal diversi tipi ta’ benefiċċju fil-forma ta’ sussidji kapitali, sussidji fuq l-interessi jew koperturi tal-inflazzjoni fir-rati tal-kambju għal self f’valuti ta’ flus barranin. Il-programmi taħt din l-iskema jagħmlu differenza bejn is-setturi tat-tessuti u l-ġuta u s-setturi tal-insiġ bil-magni u dak bl-idejn. It-TUFS tinkludi dawn il-programmi li ġejjin:

(a)

Ir-rimborż ta 5 % tal-interessi normalment miżmuma minn aġenzija tas-self fuq self fit-tul fir-rupee, jew

(b)

Il-kopertura ta’ 5 % tal-inflazzjoni fir-rati tal-kambju (interessi u pagamenti) mir-rata bażi fuq self f’valuti barranin, jew

(ċ)

Sussidju kapitali ta’ 15 % marbut mal-kreditu għas-setturi tat-tessuti u tal-ġuta, jew

(d)

Sussidju kapitali ta’ 20 % marbut mal-kreditu għas-setturi tal-insiġ bil-magni, jew

(e)

Rimborż ta’ 5 % tal-interessi, kif ukoll sussidju kapitali ta’ 10 %, għal makkinarju tal-ipproċessar speċifikat, u

(f)

Sussidju kapitali ta’ 25 % fuq ix-xiri ta’ makkinarju ġdid jew magni għall-operazzjonijiet ta’ qabel jew wara l-insiġ, insiġ bl-idejn/apgrejdjar tal-magni għall-insiġ bl-idejn u apparat għall-ittestjar u l-kontroll tal-kwalità, għall-unitajiet tal-produzzjoni tal-insiġ bl-idejn.

(127)

L-investigazzjoni stabbiliet li żewġ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw taħt it-TUFS għax-xiri ta’ makkinarju użat fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dawk il-kumpaniji wżaw, rispettivament, is-self tar-rimborż tal-interessi (skema (a)) u s-sussidju kapitali ta’ 10 % għall-makkinarju tal-ipproċessar flimkien ma’ rimborż tal-interessi ta’ 5 % (skema (e)).

(128)

Ir-Riżoluzzjoni tipprovdi lista’ ta’ tipi ta makkinarju li x-xira tagħhom huwa sussidjat taħt it-TUFS. Sabiex jibbenefikaw mit-TUFS, il-kumpaniji japplikaw ma’ banek kummerċjali jew aġenziji tas-self, li jagħtu self lill-kumpaniji konformement mal-istima indipendenti tagħhom tal-vijabbiltà tal-kreditu ta’ min qed jissellef. Jekk min qed jissellef huwa eliġibbli għal sussidju fuq l-interessi taħt l-iskema, il-banek kummerċjali jirriferu l-klejm lill- “aġenzija ċentrali” li sussegwentement tirrilaxxa l-ammont tal-benefiċċju lill-bank involut. Il-banek kummerċjali finalment jikkreditaw il-fondi li rċevew fil-kont ta’ kreditur. L-aġenziji ċentrali jieħdu rimborż mill-Ministeru tat-Tessuti, tal-Gvern tal-Indja. Il-Gvern tal-Indja jikkredita l-fondi neċessarji lill-aġenziji ċentrali kull kwart tas-sena.

3.2.8.4.   Kummenti dwar dak li ġie żvelat

(129)

L-ebda kummenti ma kienu rċevuti mill-partijiet interessati dwar din l-iskema.

3.2.8.5.   Konklużjoni

(130)

It-TUFS hija sussidju taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(a)(i) għax tinvolvi trasferiment dirett ta’ fondi mill-gvern fil-forma ta’ għotja. Is-sussidju huwa ta’ benefiċċju għaliex inaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament u tal-interessi għall-akkwist ta’ makkinarju.

(131)

Is-sussidju huwa meqjus speċifiku u għalhekk kumpensatorju taħt l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku billi huwa provdut speċifikament lil industrija jew grupp ta’ industriji, inkluża l-manifattura tal-prodott ikkonċernat.

3.2.8.6.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(132)

L-ammont tas-sussidju fuq il-kapital kien ikkalkulat, taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-ammont iffrankat mill-kumpaniji li jirċievu l-benefiċċju fuq il-makkinarju mixtri, mifrux fuq perjodu li jirrefletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali. Taħt il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li huwa attribwit lill-PIR, kien aġġustat billi jiżdiedu miegħu l-interessi ta’ matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur tal-benefiċċju matul iż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-interessi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni fl-Indja kienet ikkunsidrata xierqa għal dan il-għan. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mit-tessuti matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju ma jkunx mogħti b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(133)

L-ammont tas-sussidju tal-interessi kien kalkulat, taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-ammont attwalment imħallas lura matul il-PIR lill-kumpaniji kkonċernati relatat mal-interessi mħallsa fuq self kummerċjali meħud għax-xiri tal-makkinarju msemmi. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mit-tessuti matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju ma jkunx mogħti b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(134)

Żewġ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema matul il-PIR u kisbu marġini ta’ sussidji li jvarjaw minn 0,01 % sa 0,31 %.

3.2.9.   Skema ta’ Esportazzjoni tal-Kreditu (qabel u wara l-kunsinna) (“ECS”)

3.2.9.1.   Il-bażi legali

(135)

Id-dettalji tal-iskema huma stipulati fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 02/04.02.02/2006-07 (Kreditu tal-Esportazzjoni f’Valuta Barranija), fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 01/04.02.02/2006-07 (Kreditu tal-Esportazzjoni fir-Rupee) u fiċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD.DIR(Exp.)Nru 01/04.02.02/2007-08 (konsolidata kemm għall-kreditu tal-esportazzjoni fir-Rupee u kemm f’valuta barranija) tal-Bank tar-Riserva tal-Indja (“BRI”), li kienet indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja waqt il-PIR. Iċ-Ċirkularijiet Prinċipali huma normalment riveduti u aġġornati.

3.2.9.2.   Eliġibbiltà

(136)

L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti esportaturi huma eliġibbli għal din l-iskema.

3.2.9.3.   Implimentazzjoni prattika

(137)

Taħt din l-iskema, il-BRI jiddefinixxi r-rati ta’ interessi massimi applikabbli għall-krediti tal-esportazzjonijiet, kemm fir-rupee Indjan jew fil-valuta barranija, li l-banek kummerċjali jistgħu jiddebitaw lill-esportatur. L-ECS tikkonsisti f’żewġ sottoskemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni qabel l-Oġġetti Jintbagħtu Barra (“kreditu għall-ippakkjar”), li tkopri kreditu pprovdut lill-esportatur biex jiffinanzja x-xiri, l-ipproċessar, il-manifattura, l-ippakkjar u/jew it-trasport tal-oġġetti qabel ikunu esportati, u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Wara li l-Oġġetti Jintbagħtu Barra, li tipprovdi għal self ta’ kapital ċirkolanti bl-iskop li wieħed jaħdem bih sakemm jirċievi d-dħul pagabbli tal-oġġetti esportati. Il-BRI jordna wkoll lill-banek biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-finanzjament tal-esportazzjoni.

(138)

Bħala riżultat taċ-Ċirkularijiet Prinċipali tal-BRI l-esportaturi jistgħu jiksbu kreditu għall-esportazzjoni b’rati tal-interessi preferenzjali meta mqabbla mar-rati tal-interessi għall-kreditu kummerċjali ordinarji (“kreditu fuq flus”), li huma ffissati purament taħt il-kundizzjonijet tas-suq.

3.2.9.4.   Kummenti dwar dak li ġie żvelat

(139)

Il-GTI saħaq li fir-rigward tal-ECS il-Kummissjoni naqset milli teżamina l-iskema fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Anness I punt (k) tal-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Kumpensatorji (ASCM) u argumenta li l-krediti tal-esportazzjoni, kemm fir-rupee Indjan jew f’muniti barranin, ma kienux kumpensatorji, speċjalment billi fil-każ ta’ self f’munita barranija l-banek kellhom id-dritt li jissellfu fondi b’“rati internazzjonali kompetittivi”.

(140)

Ta’ min jinnota li l-iskemi ta’ krediti tal-esportazzjoni msemmija fil-premessa (135) ma jaqgħux fl-applikazzjoni tal-Anness I punt (k) tal-ASCM, għaliex finanzjament tal-esportazzjoni fuq medda ta sentejn jew aktar biss jista’ normalment jitqies bħala “kreditu tal-esportazzjoni” fil-kuntest ta’ dik id-dispożizzjoni billi din hi d-definizzjoni tal-Arranġament tal-OECD dwar Linji Gwida għall-Krediti tal-Esportazzjoni li huma Appoġġjati Uffiċjalment. Għaldaqstant dan l-argument huwa miċħud.

3.2.9.5.   Konklużjoni

(141)

Ir-rati tal-interess preferenzjali tal-kreditu tal-ECS stipulati miċ-Ċirkularijiet Prinċipali tal-BRI msemmija fil-premessa (135) jistgħu jnaqqsu l-ispiża tal-interessi ta’ esportatur meta kkumparata mal-ispejjeż tal-kreditu kif stipulati mill-kundizzjonijiet tas-suq u f’dan il-każ jagħtu benefiċċju lill-esportatur fil-kuntest tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-finanzjament tal-esportazzjoni per se mhuwiex aktar sikur mill-iffinanzjar domestiku. Dan huwa normalment kkunsidrat aktar riskjuż u l-ammont ta’ sigurtà mitluba għal ċertu kreditu, irrilevanti mill-oġġett finanzjarju, hija purament deċiżjoni kummerċjali tal-bank kummerċjali involut. Id-differenzi fir-rati bejn banek differenti huma r-riżultat tal-metodoloġija tal-BRI li jwaqqaf rati tas-self massimi għal kull bank kummerċjali b’mod individwali. Barra minn hekk, il-banek kummerċjali ma jkunux obbligati li jgħaddu lil min qed jissellef finanzjament għall-esportazzjoni xi rati tal-interessi aktar favorevoli tal-krediti tal-esportazzjoni f’valuta barranija.

(142)

Minkejja li l-krediti preferenzjali taħt l-ECS jingħataw mill-banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li la l-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u lanqas il-Ftehim tad-WTO dwar Sussdiji u Miżuri Kumpensatorji (“ASCM”) ma jirrikjedu miżati fuq il-kontijiet pubbliċi, pereżempju r-rimborż tal-banek kummerċjali mill-GTI, biex iwaqqaf sussidju, iżda direzzjoni tal-gvern biss biex jiġu esegwiti l-funzjonijiet msemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament bażiku. Il-BRI huwa korp pubbliku u għalhekk jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stipulat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. Huwa 100 % tal-gvern, iwettaq miri tal-politika pubblika, pereżempju l-politika monetarja u l-amministrazzjoni tiegħu hija appuntata mill-GTI. Il-BRI jiggwida korpi privati, billi l-banek kummerċjali huma marbuta mill-kundizzjonijiet li huwa jimponi, inter alia dwar ir-rati tal-interessi massimi għall-krediti tal-esportazzjoni stipulati fiċ-Ċirkulari Ġenerali tal-BRI u d-dispożizzjonijiet tal-BRI li l-banek kummerċjali għandhom jipprovdu ċertu ammont ta’ kreditu nett tal-bank għall-finanzjament tal-esportazzjoni. Din il-gwida tobbliga l-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet msemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ self fil-forma ta’ finanzjament preferenzjali tal-esportazzjoni. Dan it-trasferiment dirett ta’ flus fil-forma ta’ self taħt ċerti kundizzjonijiet isir bl-awtorità tal-gvern, u fil-prattika, fl-ebda sens, ma huwa differenti mill-prattiċi normalment segwiti mill-gvernijiet, fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(143)

Dan is-sussidju huwa meqjus li hu speċifiku u kumpensatorju billi r-rati tal-interessi preferenzjali huma relatati mal-iffinanzjar tat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni u għalhekk assoċjati mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.9.6.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(144)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-interessi mħallsa fuq il-kreditu għall-esportazzjoni użat matul il-PIR u l-ammont pagabbli kieku kienu applikati r-rati tal-interessi għall-kreditu kummerċjali ordinarju. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni matul il-PIR taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(145)

Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt l-ECS kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta’ dan.

(146)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ngħataw sussidji minn din l-iskema matul il-PIR b’rati li jvarjaw sa massimu ta’ 1,05 %, filwaqt li għal kumpanija minnhom il-benefiċċju kien kważi bla valur.

3.3.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(147)

L-ammont ta’ sussidji kumpensatorji bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem għall-produtturi esportaturi investigati varja bejn 5,2 % u 9,7 %.

(148)

Bi qbil mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju għall-kumpaniji li qegħdin jikkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, kalkolat fuq il-bażi tal-marġini medju tas-sussidju mwieżen stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li qegħdin jikkoperaw, huwa ta’ 7,7 %. Meta jitqies li l-livell ta’ koperazzjoni totali għall-Indja kien għoli (95 %), il-marġini tas-sussidju ta’ residwu għall-kumpaniji l-oħra kollha ġie mwaqqaf fil-livell tal-kumpanija bil-marġini individwali l-aktar għoli, jiġifieri 9,7 %.

Skema ta’ sussidju →

Kumpanija/Grupp ↓

DEPBS

DFRC/DFIA

EPCGS

ALS/AAS

EPZs/EOUs

ITES

ECS

DDS

TUFS

Total

Anunay Fab. Ltd

0,15  %

2,03  %

 

 

 

 

1,05  %

4,58  %

 

7,8  %

The Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd

N W Exports Limited

Nowrosjee Wadia & Sons Limited

1,65  %

 

1,45  %

1,74  %

 

 

0,11  %

4,15  %

0,31  %

9,4  %

Brijmohan Purusottamdas

Incotex Impex Pvt. Ltd

 

 

 

 

 

 

0,94  %

7,39  %

 

8,3  %

Divya Global Pvt. Ltd

 

0,94  %

 

 

 

 

0,04  %

7,26  %

 

8,2  %

Intex Exports

Pattex Exports

Sunny Made-Ups

 

 

 

 

 

 

0,08  %

7,57  %

 

7,6  %

Jindal Worldwide Ltd

Texcellence Overseas

1,44  %

 

1,25  %

 

 

 

0,76  %

4,57  %

 

8  %

Madhu Industries Ltd.

3,96  %

 

 

 

 

 

negl.

1,45  %

 

5,4  %

Mahalaxmi Fabric Mills Pvt. Ltd

Mahalaxmi Exports

 

 

 

 

 

 

0,07  %

7,41  %

0,01  %

7,5  %

Prakash Cotton Mills Pvt., Ltd

 

1,41  %

1,17  %

 

 

 

0,34  %

6,78  %

 

9,7  %

Prem Textiles

 

 

 

 

 

 

0,88  %

7,48  %

 

8,3  %

Vigneshwara Exports Ltd.

0,5  %

0,09  %

negl.

0,17  %

 

 

0,61  %

3,84  %

 

5,2  %

4.   MIŻURI KUMPENSATORJI

(149)

Konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-bażi ta’ din ir-reviżjoni interim parzjali elenkati taħt punt 3 tal-avviż ta’ bidu, huwa stabbilit li l-livell ta’ sussidju fir-rigward tal-produtturi li qegħdin jikkoperaw inbidel, għalhekk, ir-rata ta’ dazju kumpensatorju, imposta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(150)

Id-dazju definittiv fis-seħħ bħalissa kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġini kumpensatorji, għaliex il-livell ta’ eliminizzjoni tad-dannu kien ogħla. Billi l-marġini ta’ sussidju stabbiliti minn din ir-reviżjoni wkoll ma jaqbżux il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, taħt l-Artikolu 15 (1) tar-Regolament bażiku d-dazji huma determinati fuq il-bażi tal-marġini ta’ sussidju.

(151)

Il-marġini tas-sussidju għall-kumpanija Pasupati Fabrics, li ma tiffurmax parti minn din ir-reviżjoni, kienet miżmuma fil-livell stabbilit fl-investigazzjon oriġinali, għaliex huma nstabu li kienu qed jibbenefikaw minn skema ta’ sussidju li ma kinitx riveduta f’din l-investigazzjoni.

(152)

Il-kumpaniji li nstabu li kienu relatati kien meqjusa bħala entità legali waħda (grupp) għall-fini ta’ ġbir tad-dazju u għalhekk imposti bl-istess dazju kumpensatorju. Il-kwantitajiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR ta’ dawk il-gruppi ntużaw biex jiżguraw tweżin kif suppost.

(153)

Il-kumpanija fil-kampjun Prem Textiles issottomettiet informazzjoni fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni li tindika li hija bidlet l-isem għal “Prem Textiles (International) Pvt. Ltd.”. Wara l-eżaminar tal-informazzjoni u bil-konklużjoni li l-bidla fl-isem bl-ebda mod ma taffettwa l-konklużjonijiet tar-reviżjoni preżenti, kien deċiż li din it-talba tintlaqa’ u jkunu riferuti bħala “Prem Textiles (International) Pvt. Ltd.” f’dan ir-Regolament.

(154)

Meta jitqies li l-livell ta’ koperazzjoni totali għall-Indja kien għoli, (95 %), ir-residwu tad-dazju kumpensatorju għall-kumpaniji l-oħra kollha ġie mwaqqaf fil-livell tal-kumpanija bil-marġini individwali l-aktar għoli, jiġifieri 9,7 %.

(155)

Id-dazji li ġejjin għalhekk japplikaw:

Kumpanija/Grupp

Rata ta’ dazju (%)

Anunay Fab. Limited, Ahmedabad

7,8  %

The Bombay Dyeing & Manufacturing Co. Ltd, Mumbai

N W Exports Limited, Mumbai

Nowrosjee Wadia & Sons Limited, Mumbai

9,4  %

Brijmohan Purusottamdas, Mumbai

Incotex Impex Pvt. Limited, Mumbai

8,3  %

Divya Global Pvt. Ltd., Mumbai

8,2  %

Intex Exports, Mumbai

Pattex Exports, Mumbai

Sunny Made-Ups, Mumbai

7,6  %

Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad

Texcellence Overseas, Mumbai

8  %

Madhu Industries Limited, Ahmedabad

5,4  %

Mahalaxmi Fabric Mills Pvt. Ltd., Ahmedabad

Mahalaxmi Exports, Ahmedabad

7,5  %

Prakash Cotton Mills Pvt., Ltd, Mumbai

9,7  %

Prem Textiles, Indore

8,3  %

Vigneshwara Exports Limited, Mumbai

5,2  %

Kumpaniji li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun

7,7  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,7  %

(156)

Ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni preżenti. Gћalhekk, jirriflettu l-qagħda hekk kif misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tar-rata ta’ dazju medja applikabbli għal kumpaniji fl-Anness I u d-dazju applikabbli madwar il-pajjiż kollu għall- “kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fl-Indja u mmanifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall- “kumpaniji l-oħra kollha”.

(157)

Kull pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ produzzjoni ġdida jew entitajiet ta’ bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni fil-pront bit-tagħrif kollu rilevanti, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta ma’ produzzjoni u bejgħ bl-esportazzjoni assoċjati ma’ pereżempju dak il-bdil fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-elenku tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 74/2004 huwa b’dan sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 1

1.   Huwa b’dan impost dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda ta’ fibri tal-qoton/tajjar, puri jew imħallta b’fibri magħmula mill-bniedem jew bil-kittien (fejn il-kittien ma jkunx il-fibra dominanti), bliċjati, miżbugħa jew stampati, li joriġinaw fl-Indja, bħalissa klassifikabbli bil-kodiċi tan-NM ex 6302 21 00 (kodiċi tat-TARIC 6302210081 u 6302210089), ex 6302 22 90 (kodiċi tat-TARIC 6302229019), ex 6302 31 00 (kodiċi tat-TARIC 6302310090) u ex 6302 32 90 (kodiċi tat-TARIC 6302329019).

2.   Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji li ġejjin għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata ta’ dazju (%)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Anunay Fab. Limited, Ahmedabad

7,8

A902

The Bombay Dyeing & Manufacturing Co. Ltd, Mumbai

9,4

A488

N.W. Exports Limited, Mumbai

9,4

A489

Nowrosjee Wadia & Sons Limited, Mumbai

9,4

A490

Brijmohan Purusottamdas, Mumbai

8,3

A491

Incotex Impex Pvt. Limited, Mumbai

8,3

A903

Divya Global Pvt. Ltd., Mumbai

8,2

A492

Intex Exports, Mumbai

7,6

A904

Pattex Exports, Mumbai

7,6

A905

Sunny Made-Ups, Mumbai

7,6

A906

Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad

8

A494

Texcellence Overseas, Mumbai

8

A493

Madhu Industries Limited, Ahmedabad

5,4

A907

Mahalaxmi Fabric Mills Pvt. Ltd., Ahmedabad

7,5

A908

Mahalaxmi Exports, Ahmedabad

7,5

A495

Pasupati Fabrics, New Delhi

8,5

A496

Prakash Cotton Mills Pvt., Ltd, Mumbai

9,7

8048

Prem Textiles (International) Pvt. Ltd, Indore

8,3

A909

Vigneshwara Exports Limited, Mumbai

5,2

A497

3.   Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji elenkati fl-Anness, għandha tkun ta’ 7,7 % (kodiċi addizzjonali tat-TARIC A498).

4.   Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji mhux speċifikati fil-paragrafi 2 u 3, għandha tkun ta’ 9,7 % (kodiċi addizzjonali tat-TARIC A999).

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat diversament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar dazji doganali.”.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 74/2004 huwa b’dan sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 12, 17.1.2004, p. 1.

(3)  ĠU C 230, 2.10.2007, p. 5.


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi Addizzjonali Taric: A498

Ajit Impex

Mumbai

Alok Industries Limited

Mumbai

Alps Industries Ltd

Ghaziabad

Ambaji Marketing Pvt. Ltd

Ahmedabad

Anglo French textiles

Pondicherry

Anjal Garments

Ghaziabad

Anjani Synthetics Limited

Ahmedabad

Aravali

Jaipur

Ashok Heryani Exports

New Delhi

At Home India Pvt. Ltd

New Delhi

Atul Impex Pvt. Ltd

Dombivli

Balloons

New Delhi

Beepee Enterprise

Mumbai

Bhairav India International

Ahmedabad

Bunts Exports Pvt Ltd

Mumbai

Chemi Palace

Mumbai

Consultech Dynamics

Mumbai

Cotfab Exports

Mumbai

Country House

New Delhi

Creative Mobus Fabrics Limited

Mumbai

Deepak Traders

Mumbai

Dimple Impex (India) Pvt Ltd

New Delhi

Eleganza Furnishings Pvt. Ltd

Mumbai

Emperor Trading Company

Tirupur

Estocorp (India) Pvt. Ltd

New Delhi

Exemplar International

Hyderabad

Falcon Finstock Pvt. Ltd

Ahmedabad

G-2 International Export Ltd

Ahmedabad

Gauranga Homefashions

Mumbai

GHCL Ltd

Gujarat

Good Shepherd Health Education & Dispensary

Tamilnadu

Harimann International Private Limited

Mumbai

Heirloom Collections (P) Ltd

New Delhi

Hemlines Textile Exports Pvt. Ltd

Mumbai

Himalaya Overseas

New Delhi

Home Fashions International

Kerala

Ibats

New Delhi

Indian Arts and Crafts Syndicate

New Delhi

Indian Craft Creations

New Delhi

Indo Euro Textiles Pvt. Ltd

New Delhi

Kabra Brothers

Mumbai

Kalam Designs

Ahmedabad

Kanodia Fabrics (International)

Mumbai

Karthi Krishna Exports

Tirupur

Kaushalya Export

Ahmedabad

Kirti Overseas

Ahmedabad

La Sorogeeka Incorporated

New Delhi

Lalit & Company

Mumbai

Manubhai Vithaldas

Mumbai

Marwaha Exports

New Delhi

Milano International (India) Pvt. Ltd

Chennai

Mohan Overseas (P) Ltd

New Delhi

M/s. Opera Clothing

Mumbai

M/S Vijayeswari Textiles Limited

Coimbatore

Nandlal & Sons

Mumbai

Natural Collection

New Delhi

Oracle Exports Home Textiles Pvt. Ltd

Mumbai

Pacific Exports

Ahmedabad

Petite Point

New Delhi

Pradip Exports

Ahmedabad

Pradip Overseas Pvt. Ltd

Ahmedabad

Punch Exporters

Mumbai

Radiant Expo Global Pvt. Ltd

New Delhi

Radiant Exports

New Delhi

Raghuvir Exim Limited

Ahmedabad

Ramesh Textiles India Pvt. Ltd

Indore

Ramlaks Exports Pvt. Ltd

Mumbai

Redial Exim Pvt. Ltd

Mumbai

S. D. Entreprises

Mumbai

Samria Fabrics

Indore

Sanskrut Intertex Pvt. Ltd

Ahmedabad

Sarah Exports

Mumbai

Shades of India Crafts Pvt. Ltd

New Delhi

Shanker Kapda Niryat Pvt. Ltd

Baroda

Shetty Garments Pvt Ltd

Mumbai

Shivani Exports

Mumbai

Shivani Impex

Mumbai

Shrijee Enterprises

Mumbai

S.P. Impex

Indore

Starline Exports

Mumbai

Stitchwell Garments

Ahmedabad

Sumangalam Exports Pvt. Ltd

Mumbai

Summer India Textile Mills (P) Ltd

Salem

Surendra Textile

Indore

Suresh & Co.

Mumbai

Synergy Lifestyles Pvt. Ltd

Mumbai

Syntex Corporation Pvt. Ltd

Mumbai

Texel Industries

Chennai

Texmart Import export

Ahmedabad

Textrade International Private Limited

Mumbai

The Hindoostan Spinning & Weaving Mills Ltd

Mumbai

Trend Setters

Mumbai

Trend Setters K.F.T.Z.

Mumbai

Utkarsh Exim Pvt Ltd

Ahmedabad

V & K Associates

Mumbai

Valiant Glass Works Private Ltd

Mumbai

Visma International

Tamilnadu

VPMSK A Traders

Karur

V.S.N.C. Narasimha Chettiar Sons

Karur

Welspun India Limited

Mumbai

Yellows Spun and Linens Private Limited

Mumbai”


30.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350/24


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1354/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1682/2004 li jimponi dazju definittiv ta’ kumpens fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1629/2004 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi mhux Membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 u 19 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

I.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri attwali

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 (2), impona dazju definittiv ta’ kumpens fuq importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafita ta’ tip użat għall-ifran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,65 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 6,0 μΩ.m jew anqas, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u nipils użati għal dawn l-elettrodi, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 90 90 kemm jekk importati flimkien kif ukoll separatament, li joriġinaw fl-Indja. Ir-rata ta’ dazju tinsab f’medda ta’ bejn 7,0 % u 15,7 % għal esportaturi msemmija individwalment b’rata residwa ta’ dazju ta’ 15,7 % imposta fuq importazzjonijiet minn esportaturi oħrajn.

(2)

Fl-istess waqt, bir-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (3), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fl-Indja.

II.   Bidu ta’ reviżjoni parzjali interim

(3)

Wara l-impożizzjoni tad-dazju definittiv ta’ kumpens il-Gvern tal-Indja (“GI”) ressaq sottomissjonijiet li ċ-ċirkustanzi fir-rigward taż-żewġ skemi ta’ sussidju (l-Iskema ta’ Kreditu ta’ Dazju bil-Ktieb u l-Eżenzjoni mit-Taxxa tad-Dħul skont it-Taqsima 80 HHC tal-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul) inbidlu u li dawn it-tibdiliet huma ta’ natura permanenti. Bħala konsegwenza, tressaq l-argument li l-livell ta’ sussidju x’aktarx li naqas u għaldaqstant il-miżuri li ġew stabbiliti parzjalment fuq dawn l-iskemi għandhom jiġu riveduti.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza mressqa mill-GI u sabitha suffiċjenti biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidju. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni tat bidu għal reviżjoni parzjali interim ex officio tal-miżuri fis-seħħ b’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(5)

L-għan ta’ din l-investigazzjoni għal reviżjoni parzjali interim huwa li tanalizza l-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emenda tal-miżuri attwali fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji li bbenefikaw mill-iskema jew miż-żewġ skemi mibdula ta’ sussidju inkluż, għal dawk il-kumpaniji, fir-rigward ta’ skemi oħrajn fejn tingħata biżżejjed evidenza skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-avviż ta’ bidu.

III.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(6)

L-investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew il-“PIR”).

IV.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni għarrfet b’mod uffiċjali lill-GI, iż-żewġ produtturi esportaturi Indjani elenkati fl-avviż ta’ bidu ta’ reviżjoni parzjali interim, kif ukoll il-produtturi tal-Komunità, dwar il-bidu tal-investigazzjoni għal reviżjoni parzjali interim. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta. Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet ġew ikkunsidrati u, fejn kien xieraq, ittieħed kont tagħhom.

(8)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil żewġ produtturi esportaturi li jikkooperaw u lill-GI. Waslu tweġibiet kemm mill-produtturi esportaturi li jikkooperaw kif ukoll mill-GI.

(9)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidjar. Saru żjajjar ta’ verifika fil-bini tal-partijiet ikkonċernati li ġejjin:

(1)

Gvern tal-Indja

Ministeru tal-Kummerċ, New Delhi

(2)

Produtturi esportaturi fl-Indja

Graphite India Limited (GIL), Kolkatta

Hindustan Electro Graphite (HEG) Limited, Noida

V.   Informazzjoni dwar dak li nstab u kummenti dwar il-proċedura

(10)

Il-GI u l-partijiet interessati l-oħra ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom kien hemm il-ħsieb li tiġi proposta l-emenda tar-rata ta’ dazju applikabbli għaż-żewġ produtturi Indjani li jikkooperaw u jinżammu l-miżuri eżistenti għall-kumpaniji l-oħra kollha li ma jikkooperawx ma’ din ir-reviżjoni parzjali interim. Ġew mogħtija wkoll żmien raġonevoli biex jikkummentaw. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kollha ttieħdu inkonsiderazzjoni kif jidher hawn taħt.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT

(11)

Il-prodott kopert minn din ir-reviżjoni huwa l-istess prodott bħal dak ikkonċernat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004, jiġifieri elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-ifran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,65 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 6,0 μΩ.m jew anqas, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u nipils użati għal dawn l-elettrodi, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 90 90 kemm jekk importati flimkien kif ukoll separatament, li joriġinaw fl-Indja.

Ċ.   SUSSIDJI

I.   Introduzzjoni

(12)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-GI u l-produtturi esportaturi li jikkooperaw u t-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

(a)

L-iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (magħrufa qabel bħala Skema ta’ Liċenzjar bil-Quddiem),

(b)

L-Iskema ta’ Kreditu ta’ Dazju bil-Ktieb,

(ċ)

L-Iskema ta’ Importazzjoni b’eżenzjoni parzjali jew totali tad-dazju ta’ Beni Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni,

(d)

Eżenzjoni mit-Taxxa tad-Dħul,

(e)

Eżenzjoni ta’ dazju fuq l-elettriku tal-Istat ta’ Madhya Pradesh.

(13)

L-iskemi (a) sa (c) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GI biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Dokument wieħed dwar il-Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni huwa rilevanti għall-PIR ta’ dan il-każ, jiġifieri dak li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009 (“Politika EXIM 04-09”). Barra minn hekk, il-GI jistipula wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika-EXIM 04-09 f’“Manwal ta’ Proċeduri - mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009, Volum I” (“HOP I 04-09”). Il-Manwal ta’ Proċedura jiġi aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

(14)

L-iskema ta’ Eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul speċifikata hawn fuq taħt (d) hija bbażata fuq l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961, li tiġi emendata kull sena mill-Att tal-Finanzi.

(15)

L-iskema ta’ Eżenzjoni ta’ Dazju fuq l-Elettriku speċifikata hawn fuq taħt (e) hija bbażata fuq it-Taqsima 3-B tal-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku ta’ Madhya Pradesh tal-1949.

(16)

Skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidju, il-Kummissjoni stiednet lill-GI għal konsultazzjonijiet addizzjonali fir-rigward kemm ta’ skemi mibdula kif ukoll mhux mibdula bil-ħsieb li tiċċara l-qagħda tal-fatti fir-rigward tal-iskemi allegati u li tasal għal soluzzjoni li jaqblu magħha ż-żewġ naħat. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, u fl-assenza ta’ soluzzjoni li jaqblu magħha ż-żewġ naħat fir-rigward ta’ dawn l-iskemi, il-Kummissjoni inkludiet dawn l-iskemi kollha fl-investigazzjoni tas-sussidju.

II.   Skemi Speċifiċi

1.   Skema ta’ Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme, “AAS”)

(a)   Bażi ġuridika

(17)

Id-deskrizzjoni fid-dettall tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika-EXIM 04-09 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 04-09. Din l-iskema kienet tissejjaħ l-Iskema ta’ Liċenzji bil-Quddiem matul l-investigazzjoni ta’ qabel għal reviżjoni li wasslet għall-impożizzjoni bir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 tad-dazju definittiv ta’ kumpens attwalment fis-seħħ.

(b)   Eliġibilità

(18)

L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritti f’aktar dettall hawn taħt. Dawn is-sottoskemi inter alia huma differenti fl-ambitu ta’ eliġibilità. Il-produtturi esportaturi u n-negozjanti esportaturi “marbuta ma’ ” produtturi sekondarji huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet materjali tal-AAS u għall-AAS għall-ħtieġa annwali. Il-produtturi esportaturi li jfornu l-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Il-kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji “meqjusa għall-esportazzjoni” imsemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika EXIM 04-09, bħall-fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU - Export Oriented Unit”), huma eliġibbli għall-AAS bħala meqjusa għall-esportazzjoni. Eventwalment, il-fornituri intermedji li jfornu lil manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji “meqjusa bħala għall-esportazzjoni” taħt is-sottoskemi Ordni ta’ Rilaxx bil-Quddiem (Advance Release Order - “ARO”) u Ittra Interna ta’ Kreditu ta’ Kumpens.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(19)

Awtorizazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

(i)

Esportazzjonijiet b’mod fiżiku: Din hija s-sottoskema prinċipali. Hija tippermetti l-importazzjoni bla ħlas ta’ dazju ta’ materjal li jidħol fil-produzzjoni ta’ prodott speċifiku li jirriżulta għall-esportazzjoni. “B’mod fiżiku” f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid jitlaq mit-territorju Indjan. Il-permess għall-importazzjoni u l-obbligu ta’ esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott għall-esportazzjoni jkunu speċifikati fil-liċenzja.

(ii)

Ħtieġa annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhix marbuta ma’ prodott speċifiku ta’ esportazzjoni, iżda ma’ grupp usa’ ta’ prodotti (pereżempju prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta’ liċenzja jista’- sa ċertu limitu fil-valur iffissat fuq kif tkun marret l-esportazzjoni fiż-żmien ta’ qabel - jimporta bla ħlas ta’ dazju dak kollu li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kull oġġett li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti. Jista’ jagħżel li jesporta kull prodott li jirriżulta li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti li juża dan il-materjal eżentat mid-dazju.

(iii)

Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkollhom il-ħsieb li jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess tal-produzzjoni. Il-manifattur esportatur jipproduċi l-prodott intermedju. Huwa jista’ jimporta bla ħlas ta’ dazju l-materjal li jidħol fil-prodott u għal din ir-raġuni jista’ jikseb l-AAS għall-provvisti intermedji. L-esportatur finali jwassal fit-tmiem il-produzzjoni u jkun obbligat li jesporta l-prodott lest.

(iv)

Meqjusa għall-esportazzjoni: Din is-sottoskema tippermetti lil kuntrattur prinċipali li jimporta bla ħlas ta’ dazju dak li jkun meħtieġ li jidħol fil-produzzjoni ta’ prodotti li se jinbiegħu bħala “meqjusa għall-esportazzjoni” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2 (b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-politika EXIM 04-09. Skont il-Gvern tal-Indja, meqjusa għall-esportazzjoni tirreferi għal dawk it-transazzjonijiet li fihom il-prodotti fornuti ma joħorġux mill-pajjiż. Għadd ta’ kategoriji ta’ provvista jitqiesu bħala meqjusa għall-esportazzjoni sakemm l-oġġetti jiġu mmanifatturati fl-Indja, pereżempju. provvista ta’ oġġetti lil EOU jew lil kumpanija li tkun tinsab f’żona ekonomika speċjali (“ŻES”).

(v)

ARO: Detentur ta’ AAS li jkollu l-ħsieb li jġib dak li juża fi prodott minn sorsi tal-lokal, minflok ma jimporta direttament, għandu l-għażla li jġibhom b’ARO. F’dawn il-każi l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem ikunu kkonfermati bħala AROs u jkunu endorsjati lill-fornitur lokali mal-kunsinna tal-oġġetti speċifikati fihom. L-endorsjar tal-ARO jintitola l-fornitur lokali għall-benefiċċji bħal dawk meqjusa għall-esportazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri l-AAS għall-provvisti intermedji/meqjusa għall-esportazzjoni, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa għall-esportazzjoni u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu tal-ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondi dawn lill-esportatur finali fil-forma ta’ ħlas lura/rifużjoni ta’ dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/tad-dazji tista’ ssir fuq dak li jidħol fil-prodott kemm jekk dak li jidħol ikun tal-lokal kif ukoll jekk ikun importat.

(vi)

Ittra Interna ta’ Kreditu ta’ Kumpens: Din is-sottoskema għal darba oħra tkopri l-provvisti mil-lokal lid-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista’ javviċina bank biex jiftaħ ittra interna ta’ kreditu ta’ kumpens favur fornitur lokali. L-awtorizzazzjoni titħassar mill-bank għall-importazzjoni diretta, b’konnessjoni biss mal-valur u l-volum ta’ oġġetti miġjuba minn sorsi tal-lokal minflok ma jiġu importati. Il-fornitur lokali jkun intitolat għall-benefiċċji bħal dawk meqjusa għall-esportazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri l-AAS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa għall-esportazzjoni, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa għall-esportazzjoni u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali).

(20)

Ġie stabbilit li matul il-PIR wieħed mill-esportaturi li jikkooperaw kiseb konċessjonijiet taħt l-ewwel sottoskema, jiġifieri esportazzjonijiet b’mod fiżiku AAS. Għalhekk mhux meħtieġ li jiġi stabbilit jekk is-sottoskemi li jifdal jistgħux joffru kumpens.

(21)

Wara l-impożizzjoni bir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 tad-dazju definittiv ta’ kumpens attwalment fis-seħħ, il-GI mmodifika s-sistema ta’ verifika applikabbli għall-AAS. F’termini konkreti, għall-finijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa obbligat legalment li jżomm “rendikont veru u proprju ta’ konsum u utilizzazzjoni ta’ prodotti mingħajr dazju importati/mixtrija lokalment” f’format speċifikat (kapitoli 4.26, 4.30 u Appendiċi 23 HOP I 04-09), jiġifieri reġistru veru tal-konsum. Dan ir-reġistru jrid jiġi vverifikat minn kontabilist estern skedat/kontabilist tal-kosti u x-xogħol li joħroġ ċertifikat li jistqarr li r-reġistri preskritti u d-dokumentazzjoni rilevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni mogħtija skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f’kull rigward. Madankollu, id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel japplikaw biss għal Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa fit-13 ta’ Mejju 2005 jew wara. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem kollha jew Liċenzji bil-Quddiem qabel din id-data, id-detenturi huma mitluba jimxu skont id-dispożizzjonijiet ta’ verifika li kienu japplikaw qabel, jiġifieri li jżommu rendikont veru u proprju ta’ konsum u użu ta’ prodotti importati għal dik li hija liċenzja fil-format speċifikat tal-Appendiċi 18 (kapitolu 4.30 u l-Appendiċi 18 HOP I 02-07).

(22)

Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-PIR mill-produttur esportatur li jikkoopera, jiġifieri dik tal-esportazzjonijiet b’mod fiżiku, kemm il-konċessjoni ta’ importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GI u jiġu dokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra dan, fil-waqt tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-transazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jkunu ddokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum ta’ importazzjonijiet konċessi taħt din l-iskema huwa ddeterminat mill-GI fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (“SIONs” – Standard Input-Output Norms). Is-SIONs jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat u huma ppubblikati fil-HOP II 04-09.

(23)

Il-materjali importati biex jidħlu fil-prodott mhumiex trasferibbli u jridu jintużaw biex jinħadem il-prodott ta’ esportazzjoni li jirriżulta. L-obbligu ta’ esportazzjoni jrid jiġi osservat f’medda ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ sitt xhur kull waħda).

(24)

L-investigazzjoni ta’ reviżjoni stabbilixxit li l-Liċenzji bil-Quddiem użati għall-importazzjoni ta’ materja prima matul il-PIR inħarġet qabel it-13 ta’ Mejju 2005. Għalhekk, ir-rekwiżiti ġodda ta’ verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani fil-HOP I 04-09, kif deskritti fi (21) hawn fuq, kienu għadhom ma ġewx ittestjati fil-prattika. Barra minn hekk, il-kumpanija ma setgħetx turi li kienu nżammu r-reġistri meħtieġa ta’ konsum attwali u ħażna fil-format meħtieġ mill-kapitolu 4.30 u l-Appendiċi 18 tal-HOP I 02-07, kif applikabbli għal-Liċenzji bil-Quddiem maħruġa qabel it-13 ta’ Mejju 2005. Wara li ttieħed kont ta’ din is-sitwazzjoni, qiegħed jitqies li l-esportatur investigat ma kienx f’qagħda li juri li ġew sodisfatti d-dispożizzjonijiet EXIM rilevanti dak iż-żmien.

(d)   Kummenti fuq dak li nstab

(25)

L-esportatur li kkoopera li kien għamel użu mill-AAS matul il-PIR sostna fl-argument tiegħu li kien bagħat b’mod volontarju l-liċenzji bil-quddiem użati, minkejja li kienu ħarġu qabel it-13 ta’ Mejju 2005, għal verifika ta’ kontabilist bil-liċenzja skont ir-rekwiżiti tal-HOP I 04-09, u li dan juri li issa teżisti sistema xierqa ta’ verifika skont id-dispożizzjonijiet ġodda tal-HOP.

(26)

Ċertifikat fil-forma ta’ Appendiċi 23 tal-HOP, iffirmat minn kontabilist bil-liċenzja u bid-data tal-1 ta’ Frar 2008, intbagħat tabilħaqq lis-servizzi tal-Kummissjoni matul il-verifika fil-bini tal-kumpanija. Iżda, peress li l-liċenzji bil-quddiem kellhom id-data ta’ mill-2004, u d-dispożizzjonijiet ġodda tal-HOP ma kinux japplikaw għalihom, il-konklużjoni hija li dan kien eżerċizzju volontarju mill-kumpanija, li ma jippruvax li ġiet fil-fatt implimentata sistema effettiva ta’ verifika mill-GI. Barra minn hekk, ma ġiex ippruvat li r-rifużjoni ta’ dazju żejjed, kif ikkalkolat mill-kontabilist bil-liċenzja, fil-fatt tħallset lura lill-gvern.

(e)   Konklużjoni

(27)

L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GI li tat benefiċċju lill-esportaturi investigati.

(28)

Barra dan, l-AAS għall-esportazzjonijiet b’mod fiżiku hija b’mod ċar kontinġenti fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn ta’ esportazzjoni kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi.

(29)

Is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema ta’ sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GI ma applikax effettivament xi sistema jew proċedura ta’ verifika biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi ta’ sostituzzjoni għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs infushom ma jistgħux jitqiesu bħala sistema ta’ verifika tal-konsum attwali, peress li permezz tagħhom il-GI ma jistax jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ dak li kellu jidħol fil-prodott kienu kkunsmati fil-produzzjoni għall-esportazzjoni. Barra dan, ma sarx kontroll effettiv mill-GI bbażat fuq reġistru tal-konsum miżmum b’mod korrett matul il-PIR. Barra minn hekk, il-GI ma għamilx eżami addizzjonali bbażat fuq l-oġġetti attwalment użati fil-produzzjoni, għalkemm dan jeħtieġ li jsir normalment fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

(30)

Din is-sottoskema hija għalhekk kompensatorja.

(f)   Il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(31)

Fin-nuqqas ta’ sistemi permessi ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi ta’ sostituzzjoni ta’ ħlas lura, il-benefiċċju kompensatorju huwa r-rinunzja tad-dazji totali ta’ importazzjoni normalment dovuti mal-importazzjoni tal-materjali li jidħlu fil-produzzjoni. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jistipulax biss għall-ikkompensar ta’ rinunzja “ta’ eċċess” ta’ dazji. Skont l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku rinunzja ta’ eċċess biss ta’ dazji tista’ tiġi kkumpensata, dejjem jekk il-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu sodisfatti. Iżda, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk jiġi stabbilit nuqqas ta’ proċess xieraq ta’ monitoraġġ, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għal skemi ta’ ħlas lura mhijiex applikabbli u r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta’ (id-dħul ċedut) dazji mhux imħallsa, aktar milli xi rinunzja intenzjonata ta’ eċċess, tapplika. Kif stabbilit fl-Anness II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku l-piż tal-kalkolu ta’ din ir-rinunzja ta’ eċċess mhuwiex qiegħed fuq l-awtorità ta’ investigazzjoni. Għall-kuntrarju, skont l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku hija trid tistabbilixxi biss biżżejjed evidenza biex tikkonfuta kemm hija xierqa sistema ta’ verifika allegata.

(32)

L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur li uża l-AAS ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ dazji ta’ importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat taħt is-sottoskema użata għall-prodott ikkonċernat matul il-PIR (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont ta’ sussidju meta saru talbiet iġġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott ikkonċernat matul il-PIR bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa kontinġenti mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(33)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-produttur ikkonċernat li jikkoopera tammonta għal 0,3 %.

2.   L-Iskema ta’ Kreditu ta’ Dazju bil-Ktieb (“DEPBS” – Duty Entitlement Passbook Scheme)

(a)   Bażi legali

(34)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DEPBS tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-politika EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09.

(b)   Eliġibilità

(35)

Kull produttur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika tad-DEPBS

(36)

Esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li jiġu kkalkulati bħala perċentwali tal-valur ta’ prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tad-DEPBS ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Dawn huma ddeterminati fuq il-bażi tas-SIONs, billi jitqies kontenut importat preżunt ta’ dak li ntuża fil-prodott għall-esportazzjoni u l-inċidenza tad-dazju ta’ importazzjoni fuq dawn l-importazzjonijiet preżunti, mingħajr ma jingħata kas ta’ jekk id-dazji ta’ importazzjoni tħallsux jew le.

(37)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. Fil-mument li tkun qed issir it-tranżazzjoni tal-esportazzjoni, trid issir stqarrija mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li turi li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DEPBS. Biex l-oġġetti jiġu esportati, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu, waqt il-proċedura tad-dispaċċ, polza ta’ esportazzjoni. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta’ kreditu ta’ DEPBS li jrid jingħata għal din it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni. F’dak il-mument, l-esporatur ikun jaf il-benefiċċju li jkun se jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza ta’ esportazzjoni, il-GI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti ta’ kreditu tad-DEPBS. Ir-rata tad-DEPBS rilevanti biex jiġi kkalkulat il-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni.

(38)

Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostakolu u validi għall-perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-ħruġ. Dawn jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti tal-prodotti kollha li jistgħu jkunu importati mingħajr restrizzjoni, ħlief beni kapitali. Il-prodotti importati bis-saħħa ta’ dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għat-taxxa fuq il-bejgħ) jew jintużaw mod ieħor.

(39)

Applikazzjonijiet għal krediti tad-DEPBS jiġu arkivjati elettronikament u jistgħu jkopru ammont bla tmiem ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni. De facto ma jeżistu ebda skadenzi stretti biex wieħed japplika għall-krediti tad-DEPBS. Is-sistema elettronika użata biex titħaddem id-DEPBS ma tħallix barra awtomatikament tranżazzjonijiet li jkunu lilhinn mill-iskadenza tal-perjodi ta’ sottomissjoni msemmija fil-kapitolu 4.47 HOP I 04-09. Barra minn hekk, kif ipprovdut b’mod ċar fil-kapitolu 9.3 HOP I 04-09 l-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza għas-sottomissjonijiet jistgħu wkoll jitqiesu b’impożizzjoni ta’ multa (jiġifieri 10 % fuq id-dritt).

(d)   Kummenti fuq dak li nstab

(40)

Esportatur li kkoopera sostna fl-argument tiegħu li l-krediti DEPBS kollha miksuba mill-kumpanija ntużaw biex jiġu importati materjali użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, minkejja li fil-prinċipju seta’ jużahom għal għanijiet oħra, kif intqal hawn fuq. Dan l-esportatur sostna li għalhekk l-użu tagħhom attwali tad-DEPBS kien, f’dan ir-rigward, konformi ma’ sistema normali ta’ ħlas lura ta’ dazju, u li għalhekk ir-rifużjoni żejda biss, jekk ikun hemm, għandha tiġi kkumpensata. Madankollu, skont l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tal-Anness I(i) tar-Regolament bażiku jekk il-kondizzjonijiet tal-Annessi II u III biss tar-Regolament bażiku huma sodisfatti jista’ jsir kumpens ta’ rifużjoni ta’ dazji. Dawn il-kondizzjonijiet, kif spjegat fil-premessa (43) ma kinux sodisfatti fil-każ attwali. Għalhekk, tapplika r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul ċedut) aktar milli xi rifużjoni intenzjonata.

(e)   Konklużjonjiet dwar id-DEPBS

(41)

Id-DEPBS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-DEPBS huwa kontribut finanzjarju mill-GI, billi l-kreditu jintuża eventwalment biex ipatti għad-dazji ta’ importazzjoni, b’hekk jitnaqqas id-dħul tal-GI mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità.

(42)

Id-DEPBS hija kontinġenti fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk titqies bħala speċifika u kumpensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(43)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema ta’ sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi ta’ sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess ta’ produzzjoni l-prodotti importati bla ħlas ta’ dazju u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat b’konnessjoni mal-prodotti li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra dan, ma titħaddem ebda sistema jew proċedura li tikkonferma liema prodotti huma kkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fil-kuntest tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Finalment, esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPBS mingħajr ma jingħata kas jekk fil-fatt huwa jimportax oġġetti biex jidħlu fil-prodott. Sabiex jikseb il-benefiċċju, ikun biżżejjed għal esportatur li sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma jipprova li kien importat materjal biex jidħol fil-prodott. B’hekk, ukoll l-esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jidħol fil-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-prodott jibqgħu intitolati li jibbenifikaw mid-DEPBS.

(f)   Il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(44)

Skont l-Artikoli 2(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lil min jirċievi, li nstab li jeżisti matul il-PIR. F’dan ir-rigward, tqies li l-benefiċċju jingħata lil min jirċievi fil-mument meta t-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. F’dan il-waqt, il-GI jkun suġġett li jċedi d-dazji ta’ importazzjoni, li jikkostitwixxi kontribut finanzjarju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Malli l-awtoritajiet doganali jirrilaxxjaw polza ta’ esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPBS li jrid jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GI ma għandu ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix jew le s-sussidju u ma għandu ebda diskrezzjoni dwar l-ammont tas-sussidju. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi li jikkooperaw ipprenotaw il-krediti DEPBS fuq bażi ta’ akkumulu bħala dħul fl-istadju tat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni.

(45)

Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat kollu ta’ esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa kontinġenti mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(46)

Ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-produtturi kkonċernati li jikkooperaw jammontaw għal 62 % u 57 %.

3.   L-Iskema tal-Beni Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (Export Promotion Capital Goods Scheme - “EPCGS”)

(a)   Bażi ġuridika

(47)

Id-deskrizzjoni fid-dettall tal-EPCGS tinsab fil-paragrafu 5 tal-politika EXIM 04-09 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 04-09.

(b)   Eliġibilità

(48)

Manifatturi-esportaturi, negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi sekondarji u fornituri ta’ servizzi huma eliġibli għal din l-iskema.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(49)

Taħt il-kundizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpanija titħalla timporta beni kapitali (ġodda u – minn April 2003 – beni kapitali diġà użati mhux eqdem minn 10 snin) b’rata mnaqqsa ta’ dazju. Għal dan il-għan il-GI, wara applikazzjoni u ħlas ta’ dritt, joħroġ liċenzja EPCGS. Sal-31 ta’ Marzu 2000, kien hemm rata ta’ dazju effettiva ta’ 11 % (inkluż ħlas barrani ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ valur għoli kienet tapplika rata ta’ dazju ta’ żero. Minn April 2000, l-iskema tipprovdi għal rata ta’ dazju ta’ importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-beni kapitali kollha importati taħt l-iskema. Biex jiġi sodisfatt l-obbligu ta’ esportazzjoni, il-beni kapitali importati jridu jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta’ prodotti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu.

(50)

Id-detentur ta’ liċenzja EPCGS jista’ wkoll ifittex il-beni kapitali minn pajjiżu stess. F’dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta’ beni kapitali jista’ japprofitta ruħu mill-benefiċċju ta’ importazzjoni ħielsa mid-dazju ta’ komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ dawn il-beni kapitali. B’mod alternattiv, il-manifattur indiġenu jista’ jitlob il-benefiċċju ta’ prodotti meqjusa bħala esportazzjoni fir-rigward tal-provvista ta’ beni kapitali lid-detentur tal-liċenzja EPCGS.

(d)   Konklużjoni fuq l-iskema tal-EPCG

(51)

L-EPCGS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju, li kieku kien ikun dovut lilu. Barra dan, it-tnaqqis fid-dazju jagħti benefiċċju lill-esportaturi, għaliex id-dazji ffrankati waqt l-importazzjoni jtejbu l-likwidità.

(52)

Barra minn hekk, l-EPCGS hija kontinġenti fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għaldaqstant, titqies bħala speċifika u kumpensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(53)

Eventwalment, din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema ta’ sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-beni kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għaliex mhumiex ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni.

(e)   Il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(54)

L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq il-beni kapitali importati mifrux fuq perjodu li jirrefletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn il-beni kapitali. Skont il-prassi stabbilita, l-ammont ikkalkolat b’dan il-mod, li huwa attribwibbli lill-PIR, ġie aġġustat biż-żieda ta’ imgħax matul dan il-perjodu biex jirrifletti l-valur sħiħ tal-benefiċċju tul iż-żmien. Ir-rata ta’ imgħax kummerċjali fuq medda ta’ żmien twil matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni fl-Indja tqies xieraq għal dan il-għan. Fejn saru talbiet iġġustifikati, tnaqqsu d-drittijiet imħallsa kif meħtieġ biex jinkiseb is-sussidju skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex jintlaħaq l-ammont tas-sussidju bħala numeratur. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa kontinġenti mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(55)

Ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-produtturi li jikkooperaw jammontaw għal 0,7 % u 0,3 %.

(f)   Kummenti dwar dak li nstab

(56)

Esportatur minn dawk li kkooperaw ġibed l-attenzjoni għal żball fil-metodoloġija li ntużat fil-bidu għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-EPCG, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammont ta’ imgħax applikat. Dan l-iżball, li affettwa ż-żewġ esportaturi li kkooperaw, ġie rranġat.

4.   Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax Exemption Scheme - “ITES”)

Taqsima 80HHC tal-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul 1961 (Income Tax Act - “Ita”)

(57)

Skont din l-iskema l-esportaturi setgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni parzjali mit-taxxa fuq id-dħul fuq profitti ġejjin mill-bejgħ tal-esportazzjoni. Il-bażi legali għal din l-eżenzjoni ġiet stabbilita bit-Taqsima 80HHC tal-ITA.

(58)

Din id-dispożizzjoni ġiet abolita mis-sena ta’ stima 2005-2006 (jiġifieri għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005) ’il quddiem u għalhekk l-80HHC tal-ITA ma tagħti ebda benefiċċju wara l-31 ta’ Marzu 2004. Il-produtturi esportaturi li jikkooperaw ma bbenefikawx minn xi benefiċċji taħt din l-iskema matul il-PIR. Bħala konsegwenza ta’ dan, billi l-iskema ġiet irtirata, mhix se jkollha għalhekk kumpens, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament.

Taqsima 80IA tal-ITA

(a)   Bażi ġuridika

(59)

L-iskema hija bbażata fuq it-Taqsima 80 I A tal-ITA. Din id-dispożizzjoni ddaħlet fl-ITA permezz tal-Att Finanzjarju tal-2001.

(b)   Eliġibilità

(60)

It-Taqsima 80 I A tal-ITA tapplika għall-kumpaniji impenjati fit-twaqqif ta’ faċilitajiet ta’ infrastruttura, inklużi l-produzzjoni u t-tqassim tal-enerġija, fi kwalunkwe parti tal-Indja.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(61)

Skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 80 I A tal-ITA, somma li tikkorrispondi għall-qligħ prodott mill-attivitajiet li jipproduċu l-enerġija hija eżentata mit-taxxa fuq il-qligħ, għal għaxar snin konsekuttivi fl-ewwel 15-il sena ta’ tħaddim tal-unità ta’ produzzjoni. L-unità kkonċernata trid tkun ġdida u bdiet titħaddem fl-1 ta’ April 2003 jew wara u sal-31 ta’ Marzu 2010.

(62)

Il-kalkolu tat-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul jifforma parti mid-denunzja tat-taxxa annwali, u jidħol fil-verifika tal-kontijiet flimkien mal-ħruġ u d-dħul u dikjarazzjonijiet finanzjarji oħra. Irid ikun konformi mar-regoli stipulati fl-ITA, jiġifieri li l-evalwazzjoni ta’ kontabilità tal-elettriku prodott trid tirrifletti l-valur tiegħu fis-suq. Huwa xogħol l-awtoritajiet tat-Taxxa tad-Dħul li jivverifikaw jekk il-kalkolu tat-tnaqqis tat-taxxa tad-dħul huwiex skont ir-regoli tal-ITA u l-kontabilità vverifikata tal-kumpaniji. L-investigazzjoni tat xhieda li l-awtoritajiet ivverifikaw fil-prattika l-kalkolu u għamlu tibdil fil-kalkoli meta kien iġġustifikat.

(63)

L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ produtturi esportaturi investigati waqqfu impjanti tal-elettriku għall-konsum tagħhom stess bħala parti mill-unitajiet tagħhom ta’ produzzjoni tal-grafita. Għaldaqstant huma talbu t-tnaqqis korrispondenti fit-taxxa tad-dħul, skont id-dispożizzjonijiet tal-ITA.

(d)   Konklużjoni dwar l-ITES skont it-Taqsima 80 I A tal-ITA

(64)

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul hija sussidju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribut finanzjarju tal-GI li ta benefiċċju lill-esportaturi investigati.

(65)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-aċċess għall-ITES skont it-Taqsima 80 I A tal-ITA mhuwiex limitat għal ċerti intrapriżi fil-kuntest tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku. Din l-iskema tidher li hija disponibbli għall-kumpaniji kollha fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi. Ma nstabet lanqas xi evidenza oħra f’dan il-każ li l-iskema hija speċifika.

(66)

Barra minn hekk, hija marbuta ma’ prodott (l-elettriku) li mhuwiex il-prodott ikkonċernat u l-benefiċċji skont l-iskema għalhekk jiġu fuq il-bażi ta’ attività li mhijiex il-produzzjoni ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat. F’dawn iċ-ċirkostanzi, qiegħed jitqies li xi benefiċċji li jakkumulaw għall-esportaturi kkonċernati taħt din l-iskema ma għandhomx jiġu kkumpensati.

5.   Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (Electricity Duty Exemption - “EDE”)

(67)

Skont il-Politika għall-Promozzjoni tal-Industrija tal-2004, l-Istat ta’ Madhya Pradesh (“MP”) joffri eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku lill-kumpaniji industrijali li jinvestu fil-produzzjoni tal-elettriku għall-konsum tagħhom stess.

(a)   Bażi ġuridika

(68)

Id-deskrizzjoni tal-iskema ta’ eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku applikata mill-Gvern tal-MP tinsab fit-Taqsima 3-B tal-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku tal-1949.

(b)   Eliġibilità

(69)

Kull industrija li tinsab fil-ġurisdizzjoni tal-Gvern tal-MP li tinvesti f’impjanti ġodda ta’ elettriku għall-konsum tagħha stess.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(70)

Skont notifika tad-29 ta’ Settembru 2004 tal-Gvern tal-MP, kumpaniji jew persuni li jinvestu f’impjanti ġodda ta’ elettriku għall-konsum tagħhom stess ta’ kapaċità ta’ aktar minn 10 KW jistgħu jiksbu mill-Ispettorat għall-Elettriku tal-MP ċertifikat ta’ eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku. L-eżenzjoni tingħata biss għal elettriku prodott għall-awtokonsum, u biss jekk l-impjant ġdid ta’ elettriku għall-awtokonsum ma jkunx biex jieħu post impjant qadim. L-eżenzjoni tingħata għal perjodu ta’ ħames snin.

(71)

Notifika mill-Gvern tal-MP bid-data tal-5 ta’ April 2005 eżentat l-impjant ġdid ta’ elettriku stabbilit minn wieħed mill-produtturi esportaturi li jikkooperaw f’din l-investigazzjoni mid-dazju fuq l-elettriku għal perjodu ta’ għaxar snin.

(d)   Kummenti fuq dak li nstab

(72)

Esportatur li kkoopera li ngħatatlu eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku sostna li l-iskema EDE mhijiex speċifika, u hija applikata mingħajr diskriminazzjoni lill-kumpaniji kollha eliġibbli. Skont dan l-esportatur, il-politika inizjali ta’ għoti ta’ eżenzjoni għal ħames snin ġiet riveduta sussegwentement mill-Gvern ta’ Madhya Pradesh biex tingħata eżenzjoni ta’ għaxar snin. Madankollu, ebda notifika ppubblikata ma ntbagħtet dwar din il-bidla ta’ politika la mill-esportatur li jikkoopera lanqas mill-GI fit-tweġibiet tagħhom.

(e)   Konklużjoni dwar l-iskema tal-EDE

(73)

Din l-iskema hija sussidju fil-kuntest tal-Artikoli 2(1)(a)(i) u 2(2) tar-Regolament bażiku. Hija tikkostitwixxu kontribut finanzjarju mill-Gvern tal-MP peress li dan l-inċentiv inaqqas id-dħul tal-Istat li kien ikollu jitħallas. Barra minn hekk, tagħti benefiċċju lill-kumpanija li tirċevih.

(74)

Għalkemm il-Politika għall-Promozzjoni tal-Industrija tal-2004 u n-notifika tal-Gvern tal-MP tad-29 ta’ Settembru 2004 jipprevdu perjodu ta’ eżenzjoni ta’ ħames snin, il-produttur esportatur ikkonċernat ingħata eżenzjoni ta’ għaxar snin. Għalhekk, dan l-inċentiv ma jidhirx li ngħata skont kriterji u kondizzjonijiet stabbiliti b’mod ċar b’liġi, regolament jew xi dokument uffiċjali ieħor.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(75)

Il-benefiċċju għall-produttur esportatur ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont ta’ dazju fuq l-elettriku li normalment jitħallas matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni iżda li baqa’ ma tħallasx taħt din l-iskema. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie mbagħad allokat fuq il-bejgħ kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni (denominatur), għaliex huwa marbut mal-bejgħ kollu, domestiku u għall-esportazzjoni, u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(76)

Marġini ta’ sussidju ta’ 0,7 % ġie b’hekk stabbilit għal kumpanija waħda li rċiviet benefiċċji skont l-EDE.

III.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(77)

Ta’ min ifakkar li fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji, espressi ad valorem, instab li kien 15,7 % u 7 % rispettivament għaż-żewġ produtturi esportaturi li jikkooperaw mar-reviżjoni parzjali interim attwali.

(78)

Matul din ir-reviżjoni parzjali interim l-ammonti ta’ sussidji kumpensatorji, espressi ad valorem, instabu li kienu kif jidhru hawn taħt:

Kumpanija

ALS

DEPB

EPCG

EDE

Total

Graphite India Ltd.

xejn

6,2  %

0,1  %

xejn

6,3  %

HEG Ltd.

0,3  %

5,7  %

0,5  %

0,7  %

7,2  %

IV.   Miżuri kompensatorji

(79)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku anti-sussidju u r-raġunijiet ta’ din ir-reviżjoni interim parzjali msemmija fil-punt 3 tal-avviż ta’ bidu, huwa stabbilit li l-livell ta’ sussidju fir-rigward tal-produtturi li jikkooperaw inbidel u għaldaqstant ir-rata ta’ dazju kompensatorju impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 trid tiġi emendata skont dan.

(80)

Id-dazju kompensatorju li qed jiġi rivedut huwa r-riżultat ta’ investigazzjonijiet paralleli anti-sussidju u anti-dumping (“l-investigazzjonijiet oriġinali”). Skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunitajiet Ewropej (5), id-dazji anti-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 ġew aġġustati sal-punt li l-ammonti ta’ sussidju u l-marġini ta’ dumping ħarġu mill-istess sitwazzjoni.

(81)

L-iskemi ta’ sussidju investigati u misjuba li kienu kompensatorji fil-proċediment tar-reviżjoni attwali, għajr għall-EDE, ikkostitwixxew sussidji fuq l-esportazzjoni fil-kuntest tal-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(82)

Huwa għalhekk xieraq li d-dazju anti-dumping jiġi aġġustat mill-ġdid biex jirrifletti l-livelli ġodda ta’ sussidju misjuba f’din ir-reviżjoni, għal dawk li huma sussidji fuq l-esportazzjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, il-livell ta’ dazji kompensatorji ma għandux ikun ogħla mill-marġini tat-tneħħija tal-ħsara misjub fl-investigazzjoni oriġinali. Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, billi l-livell ta’ kooperazzjoni kien għoli (100 %) il-marġini ta’ sussidju li baqa’ ġie ssettjat fil-livell tal-kumpanija bl-ogħla marġini individwali.

(83)

Skont dan, il-livelli ta’ dazji kompensatorji u anti-dumping għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ sussidju

Marġni ta’ dumping

Marġni ta tneħħija ta’ ħsara

Dazju kompensatorju

Dazju anti-dumping

Graphite India Ltd.

6,3  %

31,1  %

15,7  %

6,3  %

9,4  %

HEG Ltd.

7,2  %

24,4  %

7,0  %

7,0  %

0  %

L-oħrajn kollha

7,2  %

31,1  %

15,7  %

7,2  %

8,5  %

(84)

Esportatur li kkoopera sostna li billi r-reviżjoni parzjali attwali kienet limitata għal-livell ta’ sussidjar, id-dazji ta’ anti-dumping ma għandhomx jiġu modifikati.

(85)

F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li fl-avviż ta’ inizjazzjoni tar-reviżjoni attwali kien mistqarr li “għal dawk il-kumpaniji li huma suġġetti kemm għal miżuri ta’ anti-dumping kif ukoll ta’ kumpens, il-miżura ta’ anti-dumping tista’ tiġi aġġustata skont dan, jekk ikun hemm tibdil fil-miżura ta’ kumpens.” It-tibdil fid-dazji ta’ anti-dumping mhux riżultat ta’ xi konklużjonijiet ġodda dwar il-livell ta’ dumping, iżda konsegwenza awtomatika tal-fatt li l-marġinijiet oriġinali ta’ dumping ġew aġġustati biex jirriflettu l-livell ta’ sussidji fuq l-esportazzjoni misjub, u li dawn tal-aħħar issa ġew riveduti.

(86)

Ir-rati individwali ta’ dazju kompensatorju tal-kumpaniji speċifikati f’dan ir-Regolament jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt ir-reviżjoni parzjali interim. Għalhekk, huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat magħmul minn dawn il-kumpaniji. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet marbuta ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(87)

Kull talba biex ikunu applikati dawn ir-rati ta’ dazju kompensatorju individwali (eż wara bidla fl-isem tal-entità jew wara li jkunu stabbiliti entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ) għandha tkun indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (6) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikulari kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta ma’ produzzjoni, bejgħ domestiku jew esportazzjoni, marbuta, ngħidu aħna, ma’ din il-bidla fl-isem jew din il-bidla f’dawk l-entitajiet ta’ produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, u wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat ta’ Konsulenza, il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li temenda r-Regolament skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1628/2004 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-rata tad-dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett bla ħlas fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti tal-kumpaniji li ġejjin, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta — 700016, West Bengal

6,3  %

A530

Hindustan Electro Graphite (HEG) Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector- 1, Noida — 201301, Uttar Pradesh

7,0  %

A531

L-oħrajn kollha

7,2  %

A999 ”

Artikolu 2

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1629/2004 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-rata tad-dazju ta’ anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett bla ħlas fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għall-prodotti tal-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta — 700016, West Bengal

9,4  %

A530

Hindustan Electro Graphite (HEG) Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector- 1, Noida — 201301, Uttar Pradesh

0  %

A531

L-oħrajn kollha

8,5  %

A999 ”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4.

(3)  ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10.

(4)  ĠU C 230, 2.10.2007, p. 9.

(5)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(6)  Il-Kummissjoni Ewropea – Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ – Id-Direttorat H – Uffiċċju N-105 4/92, 1049 Brussell, Il-Belġju.


30.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350/35


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1355/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   MIŻURI PROVVIŻORJI

(1)

Fl-20 ta’ Ottubru 2007 il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-bidu ta’ proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjoni fil-Komunità ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat u ppriżervat (principalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) (2). Fl-4 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 642/2008 (3) (“ir-Regolament provviżorju”) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina mir-RPĊ.

(2)

Il-proċedura nbdiet b’riżultat ta’ ilment imressaq fis-6 ta’ Settembru 2007 mill-Federazzjoni Nazzjonali Spanjola tal-Assoċjazzjonijiet tal-Frott u l-Ħaxix Ipproċessat (FNACV) (“l-entità li għamlet l-ilment”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw 100 % tat-total tal-produzzjoni tal-Komunità ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin eċċ.). L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott konċernat u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, u li tqieset biżżejjed biex tkun iġġustifikata l-bidu ta’ proċedura.

(3)

Kif ġie stabbilit fil-premessa 12 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 (“PI”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta Ottubru 2002 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

(4)

Fid-9 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjoni tal-istess prodott li joriġina fir-RPĊ suġġetta għal reġistrazzjoni bir-Regolament (KE) Nru 1295/2007 (4).

(5)

Qed jiġi mfakkar li miżuri ta’ salvagwardja kienu fis-seħħ kontra l-istess prodott sat-8 ta’ Novembru 2007. Il-Kummissjoni imponiet miżuri provviżorji ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) bir-Regolament (KE) Nru 1964/2003 (5). Il-miżuri definittivi ta’ salvagwardja ġew segwiti bir-Regolament (KE) Nru 658/2004 (ir-“Regolament tas-Salvagwardji”) (6). Kemm il-miżuri provviżorji kif ukoll definittivi ta’ salvagwardja kienu jikkonsistu minn kwota ta’ rata ta’ tariffa jiġifieri dazju kien dovut meta l-volum tal-importazzjonijiet mingħajr dazju jkun ġie eżawrit.

B.   PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(6)

Wara l-impożizzjonijiet ta’ dazji anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina mir-RPĊ, diversi partijiet interessati ressqu kummenti bil-miktub. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu.

(7)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għall-konklużjonijiet definittivi tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni spiċċat l-investigazzjoni fejn qieset l-aspetti ta’ interess Komunitarju. F’dan ir-rigward, saru spezzjonijiet ta’ verifika fil-bini tal-importaturi indipendenti fil-Komunità li ġejjin:

Wünsche Handelsgesellschaft International (GmbH & Co KG), Hamburg, il-Ġermanja –,

Hüpeden & Co (GmbH & Co.), Hamburg, il-Ġermanja –,

I. Schroeder KG. (GmbH & Co.), Hamburg, il-Ġermanja –,

Zumdieck GmbH, Paderborn, il-Ġermanja –

Gaston spol. s r.o., Zlin, ir-Repubblika Ċeka –

(8)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina fil-PRĊ u l-ġbir definittiv ta’ ammonti miġbura bħala dazju provviżorju. Ingħataw wkoll perjodu ta’ żmien li fih setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

(9)

Ċerti importaturi pproponew laqgħa flimkien mal-partijiet interessati, skond l-Artikolu 6(6) tar-Regolament Bażiku; madankollu t-talba ma ġietx aċċettata minn wieħed minnhom.

(10)

Il-kummenti verbali u bil-miktub imressqa mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u, fejn xieraq, ittieħed rendikont tagħhom.

C.   PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(11)

Żewġ importaturi indipendenti tal-KE qalu li ċerti tipi ta’ mandolin għandhom jiġu eżentati mid-definizzjoni tal-prodott konċernat kemm minħabba l-livell tal-ħlewwa tagħhom jew minħabba l-ippakkjar tagħhom meta esportati. F’dan ir-rigward, hu nnotat li dawn it-talbiet ma kellhomx magħhom xi tip ta’ informazzjoni li tista’ tiġi vverifikata u dejta li tipprova li dawn it-tipi għandhom karatteristiċi li jagħmluhom differenti mill-prodott konċernat. Hu nnotat ukoll li d-differenzi fl-ippakkjar ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala element kritiku meta jiġi ddefinit il-prodott konċernat, speċjalment meta l-formati tal-ippakkjar kienu diġà kkunsidrati meta ġie ddefinit il-prodott konċernat kif stiplulat fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju. Dawn l-argumenti huma għalhekk rrifjutati.

D.   TEĦID TA’ KAMPJUNI

1.   Teħid ta’ kampjuni għal produtturi li jesportaw fir-RPĊ

(12)

Żewġ importaturi indipendenti tal-KE argumentaw li l-produtturi esportaturi Ċiniżi magħżula għall-kampjun irrappreżentaw 60 % tal-esportazzjonijiet totali lejn il-Komunità. Madankollu, ma kinux kapaċi jipprovdu informazzjoni li tista’ tiġi vverifikata li setgħet timmina l-preċiżjoni tal-informazzjoni tat-teħid tal-kampjuni ppreżentata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw u b’mod wiesa’ kkonfermata matul aktar investigazzjoni. Dan l-argument hu għalhekk miċħud.

(13)

Tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw li ppreżentaw rappreżentazzjonijiet qalu li l-kumpaniji relatati tagħhom kienu produtturi esportaturi tal-prodott konċernat u għalhekk kellhom jiġu inklużi fl-Anness tal-produtturi esportaturi li qed jikkoperaw. Dawn it-talbiet kienu kkunsidrati ġġustifikati u kien deċiż li jiġi rivedut l-Anness rilevanti skond dan. Importatur indipendenti tal-KE argumenta li l-esportazzjonijiet lejn il-KE permezz ta’ negozjanti kellhom awtomatikament jitħallew jibbenefikaw mill-miżuri applikabbli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. F’dan ir-rigward, hu nnotat li l-miżuri anti-dumping huma imposti fuq prodotti mmanifatturati minn produtturi esportaturi fil-pajjiż li qed ikun investigat li qed jesportaw lejn il-KE (irrispettivament mil-liema kumpanija tikkommerċjalizzahom) u mhux fuq entitajiet kummerċjali involuti biss f’attivitajiet kummerċjali. Il-pretensjoni kienet għalhekk miċħuda.

E.   DUMPING

1.   It-trattament ta’ ekonomija tas-suq (MET)

(14)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, ebda kumment ma kien ippreżentat mill-produttur esportatur Ċiniż li kkopera fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-MET. Fin-nuqqas ta’ kummenti rilevanti, il-premessi (29) sa (33) tar-Regolament provviżorju huma hawn hekk konfermati.

2.   It-trattament individwali

(15)

Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti rilevanti, il-premessi (34) sa (37) tar-Regolament provviżorju li jirrigwardaw it-trattament individwali huma b’dan konfermati.

3.   Il-valur normali

(16)

Qed jiġi mfakkar li d-determinazzjoni tal-valur normali kienet ibbażata fuq dejta pprovduta mill-Industrija Komunitarja. Din id-dejta ġiet ivverifikata fil-bini tal-kumpaniji tal-produtturi Komunitarji li kkoperaw.

(17)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kkoperaw u ż-żewġ importaturi indipendenti tal-KE kellhom dubju dwar l-użu ta’ prezzijiet tal-Industrija Komunitarja għall-kalkolu tal-valur normali. Kien ippreżentat li l-valur normali missu ġie kkalkulat abbażi tar-rendikont tal-ispejjes tal-produzzjoni tar-RPĊ meħud għal kull aġġustament xieraq relatat mad-differenzi bejn is-swieq tal-KE u tar-RPĊ. F’dan ir-rigward hu nnotat li l-użu ta’ informazzjoni minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq u b’mod partikolari minn kumpaniji li ma ngħatawx il-MET imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Dan l-argument hu għalhekk miċħud. Intqal ukoll li d-dejta dwar il-prezzijiet mill-pajjiżi importaturi l-oħra kollha jew l-informazzjoni rilevanti ppubblikata setgħet intużat bħala rendikont raġonevoli tas-soluzzjoni meħud min-nuqqas ta’ koperazzjoni ta’ pajjiż analogu. Madankollu, informazzjoni ġenerali ta’ din ix-xorta, meta mqabbla mad-dejta użata mill-Kummissjoni ma setgħetx tiġi vverifikata u ċċekkjata b’mod inkroċċjat fir-rigward tal-eżattezza skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(8) tar-Regolament bażiku. Dan l-argument hu għalhekk miċħud. Ebda argument ieħor ma kien ippreżentat li seta’ tefa’ dubju fuq il-fatt li l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni ma kinitx skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u, b’mod partikolari, il-fatt li din tikkostitwixxi f’dan il-każ partikolari l-unika bażi raġjonevoli li baqa’ biex jiġi kkalkulat il-valur nominali.

(18)

Minħabba li m’hemm ebda kummenti oħra, il-premessi (38) sa (45) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

4.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(19)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkopera li ntuża fil-kampjun issottometta li l-prezz tiegħu għall-esportazzjoni kellu jiġi aġġustat biex jiġu kkunsidrati ċerti elementi ta’ spejjeż (b’mod partikolari it-trasport oċean tal-merkanzija). F’dan ir-rigward hu nnotat li din il-kwistjoni ġiet ittrattata matul il-verifika fuq il-post kemm fir-rigward ta’ din il-kumpanija kif ukoll fir-rigward tal-kumpaniji l-oħra f’dan il-kampjun. F’din l-okkażjoni, kull kumpanija ppreżentat informazzjoni fir-rigward tal-ispejjeż in kwistjoni. L-ammont li attwalment qed jintalab mill-kumpanija hu konsiderevolment ogħla mill-ammont oriġinarjament irrapportat. Hu nnotat li din it-talba l-ġdida hi bbażata sempliċiment fuq dikjarazzjoni minn wieħed li jgħaddi t-trasport tal-merkanzija u ma tirriflettix id-dejta relatata ma’ transazzjoni vera. Ebda wieħed mill-produtturi esportaturi l-oħra li ntużaw fil-kampjun ma ddubita ċ-ċifri użati fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija fl-oċean. Madankollu, minħabba li l-preżentazzjoni ngħatat tard, din it-talba ma’ tista’ tiġi vverifikata. B’mod partikolari, l-aġġustament mitlub ma għandux x’jaqsam ma’ dejta li diġà tinsab fil-fajl. Wara din it-talba l-Kummissjoni madankollu analizzat mill-ġdid l-ammont tal-ispiża in kwistjoni tar-rendikont meħud tal-importanza ta’ din l-ispiża partikolari għat-transazzjonijiet ta’ esportazzjoni tal-KE irrapportati mill-kumpanija. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li kien aktar xieraq li tintuża l-ispiża medja tat-trasport oċean tal-merkanżija vverifikat fil-post għall-kumpaniji kollha Ċiniżi li ntużaw fil-kampjun. Konsegwentement, il-prezz ta’ esportazzjoni tal-kumpanija kien aġġustat skond dan.

(20)

Produttur esportatur Ċiniż ieħor li kkopera li ntuża fil-kampjun enfasizza żewġ żbalji ta’ komputazzjoni dwar il-kalkolu tal-prezz tiegħu ta’ esportazzjoni relatat mal-listi ppreżentati ta’ esportazzjoni. It-talba tqieset li kienet iġġustifikata u l-prezz rilevanti ta’ esportazzjoni tal-produttur ġie rrivedut skond dan.

(21)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessa (46) tar-Regolament provviżorju hija b’dan konfermata.

5.   Paragun

(22)

Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti f’dan ir-rigward, il-premessi (47) u (48) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

6.   Il-marġni tad-dumping

(23)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-marġini tad-dumping definittivi riveduti, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang 139,4 %

Huangyan No.1 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang,86,5 %

Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang u l-produttur relatat magħha Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd, Dangyang City, Hubei Province 136,3 %

Il-produtturi esportaturi li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun 131 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha 139,4 %.

F.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni Komunitarja u l-industrija Komunitarja

(24)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ssostanzjati, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (52) sa (54) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

2.   Il-konsum Komunitarju

(25)

Waħda mill-partijiet esportaturi qalet li kien hemm diskrepanza bejn il-livell tal-konsum stabbilit fir-Regolament ta’ salvagwardja Nru 658/2004 u l-livell stabbilit fir-Regolament provviżorju. Qed jiġi enfasizzat li d-differenza fil-livell tal-konsum seħħet bażikament minħabba l-iskop differenti tal-prodott fl-investigazzjoni korrenti u minħabba l-għadd differenti ta’ Stati Membri f’dawn iż-żewġ investigazzjonijiet. Ebda informazzjoni ssostanzjata ġdida ma waslet f’dan ir-rigward. Il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (55) u (57) tar-Regolament provviżorju hu għaldaqstant konfermat. B’mod korollarju, il-partijiet sussegwenti tal-analiżi li straħet fuq il-konsum huma wkoll konfermati f’dan ir-rigward.

3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat

(a)   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-prodott konċernat;

(26)

Fir-rigward tas-sehem mis-suq ċerti partijiet interessati opponew l-istqarrija tal-Kummissjoni stabbilita fil-premessa (58) li indikat żieda tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet iddampjati. Huma qalu li għall-kuntrarju tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu. Il-valutazzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ bħala volum u bħala sehem mis-suq kienet ivverifikata. Kif iddefinit fil-premessa (58) tar-Regolament provviżorju kien hemm sena waħda biss fejn is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu. Għall-bqija tal-perjodu eżaminat is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina baqa’ konsistentament għoli. Għalhekk il-konklużjonijiet ippreżentati fl-istadju provviżorju huma kkonfermati.

(27)

Xi partijiet qalu li l-volumi li saru wara l-PI għandhom jiġu wkoll eżaminati biex jiġi vvalutat jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi humiex qed jiżdiedu. Għandu jiġi nnotat li kienu vvalutati t-tendenzi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina għall-perjodu 2002/2003 sa 2006/2007 u kienet osservata żieda ċara. Skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, il-fatti ta’ wara l-PI ma jitqisux, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Fi kwalunkwe każ, kif iddikjarat hawn taħt fil-premessa (48) kien eżaminat il-livell tal-importazzjonijiet ta’ wara l-PI u nsab li kien sinifikanti.

(b)   Undercutting fil-prezz

(28)

Tliet produtturi esportaturi li kkoperaw ikkontestaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-undercutting. Wieħed minnhom ikkontesta l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-undercutting u talab aġġustament biex jiġu riflessi l-ispejjeż li saru min-negozjanti għall-bejgħ indirett tagħhom. Fejn iġġustifikat, il-kalkoli kienu addattati. It-tqabbil irrivedut wera li, waqt il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat inbiegħu fil-Komunità bi prezzijiet li jitbaxxew taħt il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja f’firxa ta’ 18,4 % sa 35,2 % bbażata fuq id-dejta li ġiet sottomessa mill-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkoperaw.

4.   Il-qagħda tal-industrija Komunitarja

(29)

Żewġ importaturi u l-assoċjazzjoni tal-importaturi kkontestaw id-dewmien tal-istaġun tal-ippakkjar indikat fil-premessa (79) tar-Regolament provviżorju. Huma qalu li l-istaġun tal-ippakkjar fi Spanja jdum biss tliet xhur minflok erba’ sa ħames xhur kif indikat fir-Regolament provviżorju. Madankollu din l-allegazzjoni hi marbuta mal-prodott (varjabbli min-natura) u mal-kwantità prodotta u fi kwalunkwe każ ma għandhiex impatt fuq il-fatturi ta’ ħsara kif analizzati mis-servizzi tal-Kummissjoni.

(30)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni jew argument ssostanzjat ieħor rigward is-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja, il-premessi (63) sa (86) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

5.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(31)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, ċerti importaturi u ċerti produtturi esportaturi qalu, b’referenza għall-premessi (83) sa (86) tar-Regolament provviżorju, li d-dejta użata mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit il-livell tal-ħsara ma kinitx la korretta u lanqas ivvalutata b’mod oġġettiv. Huma qalu li kważi l-indikaturi kollha relatati mal-ħsara wrew tendenzi pożittivi u li għalhekk ma tista’ tinstab ebda evidenza ta’ ħsara.

(32)

F’dan ir-rigward, hu nnotat li anke jekk ċerti indikaturi juru xi titjib żgħir, is-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja kellha tkun ivvalutata b’mod sħiħ u billi jitqies il-fatt li l-miżuri ta’ salvagwardja kienu fis-seħħ sal-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni. Din il-kwistjoni kienet studjata fit-tul fil-premessi (51) sa (86) tar-regolament provviżorju. Il-proċess profond ta’ ristrutturazzjoni li ppermettew dawn il-miżuri, li rriżulta fi tnaqqis kbir fil-produzzjoni u l-kapaċità, f’ċirkostanzi normali kien iwassal għal titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ġenerali tal-produtturi Komunitarji, inklużi l-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, id-divrenzjalitajiet bejn il-prezz u l-ispiża. Minflok, l-indikaturi tal-volum baqgħu dgħajfa, l-ħażniet żdiedu b’mod sostanzjali u l-indikaturi finanzjarji komplew li juru kellhom jagħtu aktar milli jieħdu - b’xi wħud anki jiħżienu.

(33)

Abbażi ta’ dan, il-konklużjonijiet rigward il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja kif stabbilit fir-Regolament provviżorju baqgħu l-istess. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni jew argumenti oħra ssostanzjati, dawn hu għalhekk definitivvament konfermati.

G.   KAWŻALITÀ

1.   L-effett tal-importazzjonijiet iddampjati

(34)

Ċerti partijiet qalu li l-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien stabbli mill-1982 u li għalhekk dawn ma setgħux ikkawżaw ħsara kif spjegat fir-Regolament provviżorju (ara premessa 58). Fil-fatt, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (26), l-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu eżaminat żdiedu b’mod sinifikanti għad-detriment tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-UE. Barra minn hekk, l-argument jirreferi għat-tendenza fl-importazzjonijiet li jaqbżu ferm aktar mill-perjodu in kwistjoni għalhekk l-argument qed jiġi miċħud.

(35)

Kif issemma fil-premessa (28) hawn fuq, hu definittivament konkluż li matul il-PI, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun li kkoperaw raħħsu l-prezzijiet Komunitarji medji b’perċentwali b’firxa bejn 18,4 % sa 35,2 %. Ir-reviżjoni tal-marġni tal-undercutting ma taffettwax il-konklużjonijiet tal-effett tal-importazzjonijiet iddampjati stipulati fil-premessi (100) u (101) tar-Regolament provviżorju.

2.   Iċ-ċaqliq fir-rata tal-kambju

(36)

Wara l-impożizzjoni tad-dazji proviżjorji ċerti importaturi komplew jisħqu dwar l-influwenza negattiva tar-rata tal-kambju fuq il-livell tal-prezzijiet. Huma qalu li l-livell tar-rata tal-kambju hu l-fattur prinċipali li kkawża l-ħsara. Madankollu, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tirreferi biss għal differenza bejn il-livelli tal-prezzijiet bla ebda ħtieġa li jiġu analizzati l-fatturi li jaffettwaw il-livell ta’ dawn il-prezzijiet. Konsegwentement instabet konnessjoni ċara ta’ kkawżar bejn il-livell għoli ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja u għalhekk jista’ jkunu kkonfermati l-premessi (95) tar-Regolament provviżorju.

3.   Il-provvista u l-prezz tal-materja prima

(37)

Ċerti partijiet interessati qalu li l-ħsara mhix ikkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati iżda pjuttost bil-provvista skarsa ta’ frott frisk jiġifieri l-materja prima għall-mandolin tal-bott.

(38)

Madankollu, id-dejta uffiċjali mill-Ministeru tal-Agrikultura Spanjol tikkonferma li l-kwantità disponibbli għall-industrija tat-tqegħid fil-bottijiet hi aktar mill-suffiċjenti biex tiġi koperta l-kapaċità kollha tal-produzzjoni tal-produtturi Spanjoli.

(39)

Il-produtturi jikkompetu sa ċertu punt għal frott frisk mas-suq dirett ta’ prodott frisk għall-konsumaturi. Madankollu, din il-kompetizzjoni ma tiksirx din il-konnessjoni ta’ kkawżar. Raġuni ċara, sinifikanti għall-produzzjoni, il-bejgħ u s-sehem mis-suq relattivament baxxa tal-industrija Komunitarja pjuttost hi l-pressjoni ta’ importazzjonijiet massivi miċ-Ċina bi prezzijiet ferm baxxi. F’din is-sitwazzjoni, u meta jitqies li l-prezz tas-suq hu ddettat mill-importazzjonijet li jkopru aktar minn 70 % tas-suq, li jipparteċipaw fl-undercutting tal-prezzijiet, soppressjoni u depressjoni, ma jkunx ekonomiku li jkun ipproduċut aktar mingħajr aspettattivi raġonevoli għal bejgħ tal-prodott bi prezzijiet li jippermettu profitt normali. Għalhekk l-industrija Spanjola tista’ raġonevolament tipprovdi kwantitajiet b’mod sinifikanti ogħla bil-kundizzjoni li l-prezz tas-suq ma jippenalizzax ir-riżultati ekonomiċi tagħhom.

(40)

Fatt ieħor li jikkonferma din l-analiżi hu l-eżistenza konsistenti ta’ ammont sinifikanti ta’ ħażniet mill-produtturi tal-Komunità, li jenfasizzaw li s-sitwazzjoni ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja seħħet mhux biss minħabba produzzjoni insuffiċjenti, iżda minħabba produzzjoni li ma tistax tinbiegħ minħabba l-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(41)

Bħala prodott agrikolu, il-prezz tal-materja prima hu soġġett għal varjazzjonijiet staġunali minħabba n-natura agrikola tiegħu. Madankollu, fil-perjodu ta’ ħames snin analizzati, li inkludew ħsad bi prezzijiet aktar baxxi u ogħla, il-Kummissjoni tosserva li l-ħsara (jiġifieri b’forma ta’ telf finanzjarju) isseħħ irrispettivament minn dawn il-varjazzjonijiet u għalhekk ir-riżultati ekonomiċi tal-industrija Komunitarja mhumiex direttament korrelatati ma’ varjazzjonijiet staġjonali ta’ din ix-xorta.

4.   Id-differenzi fil-kwalità

(42)

Ċerti partijiet qalu li l-prodott Ċiniż kien ta’ kwalità ogħla mill-produzzjoni Komunitarja. Madankollu, kull differenza fil-prezz li tirriżulta minn dan ma kinitx issostanzjata b’mod suffiċjenti, u ma kienx hemm evidenza li l-preferenza allegata tal-konsumatur għal prodotti Ċiniżi kellha tkun tant intensiva li tkun il-kawża tas-sitwazzjoni ddeterjorata tal-industrija Komunitarja. Fi kwalunkwe każ differenzi allegati ta’ prezzijiet bħal dawn kellhom jiffavorixxu lill-prodott Ċiniż, iżidu l-livell ta’ undercutting/underselling. Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni jew argument ssostanzjat ġdid, il-premessa (99) tar-Regolament provviżorju hi b’dan konfermata.

5.   Iż-żidiet tal-ispejjeż

(43)

Ċerti partijiet qalu li ż-żidiet tal-ispejjeż ta’ ċerti produtturi kienu l-kawża tal-ħsara. Dawn l-allegazzjonijiet ma kinux issostanzjati b’mod suffiċjenti. L-analiżi tal-Kummissjoni ma sabitx fatti bħal dawn li setgħu jibdlu l-valutazzjoni tal-kawżalità jew jaffettwaw il-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara.

(44)

Ċerti partijiet ippreżentaw kummenti dwar l-ispejjeż miżjuda tal-produzzjoni u l-inabbiltà tal-industrija Komunitarja li tnaqqashom. Ċerti punti ta’ spejjeż (bħalma hi l-enerġija) żdiedu, iżda l-impatt tagħhom mhux tant li jkisser il-konnessjoni tal-ikkawżar f’kuntest fejn ammont tassew sinifikanti ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi ddampjati qed jitfa’ lura l-bejgħ u l-produzzjoni (biex b’hekk jikbru l-unitajiet tal-ispejjeż Komunitarji) u jissopprimaw u jiddeprimaw il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja.

6.   L-iskemi ta’ għajnuna

(45)

Kien allegat li l-iskemi ta’ għajnuna tal-KE kkawżaw tkabbir artifiċjali ta’ pproċessar fl-KE u mbagħad inkoraġġixxew livelli mnaqqsa ta’ provvista ta’ materja prima għall-prodott konċernat. Din l-allegazzjoni kienet ta’ natura ġenerali u ma kinitx issostanzjata b’mod suffiċjenti. Fi kwalunkwe każ, l-iskemi in kwistjoni kienu mmodifikati fl-1996 meta l-għajnuna ngħatat lill-bdiewa minflok lil dawk li jipproċessaw il-prodott konċernat. L-analiżi tal-Kummissjoni ma sabitx effetti residwali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li setgħet tkisser il-konnessjoni tal-ikkawżar. Fir-rigward tal-provvista, qed issir referenza għal premessi (40) u (41) hawn fuq.

7.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(46)

Fin-nuqqas ta’ aktar informazzjoni jew argumenti ssostanzjati ġodda, il-premessi (87) sa (101) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

(47)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejba provviżorja ta’ eżistenza ta’ konnessjoni kawżali bejn il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja u l-importazzjonijiet Ċiniżi ddampjati hija kkonfermata.

H.   INTERESS KOMUNITARJU

1.   L-iżviluppi wara l-perjodu ta’ investigazzjoni

(48)

Mid-9 ta’ Novembru 2007 l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu soġġetti għar-reġistrazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2007 tal-5 ta’ Novembru 2007 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għal reġistrazzjoni (“ir-Regolament tar-Reġistrazzjoni”) (7). Dan sar bl-għan ta’ impożizzjoni retroattiva possibbli ta’ dazji anti-dumping. Konsegwentement u eċċezzjonalment, l-iżviluppi wara l-PI ġew ukoll analizzati. Id-dejta tal-Eurostat tikkonferma li l-importazzjonijiet miċ-Ċina għandhom sinifikanti u din kienet ikkorroborata minn ċerti importaturi. Il-volum għall-aħħar 10 xhur wara l-PI laħaq livell ta’ 74 000 tunnellata fi prezzijiet baxxi stabbli.

2.   L-abbiltà tal-produtturi Komunitarji biex jiġi fornut is-suq Komunitarju

(49)

Għadd ta’ partijiet ikkummentaw dwar il-livell baxx tal-produzzjoni Spanjola, li huma qalu mhix kapaċi li tforni b’mod sħiħ is-suq Komunitarju. Filwaqt li hu korrett li jiġi ddikjarat li fis-sitwazzjoni preżenti l-industrija Komunitarja ma tfornix is-suq ġenerali tal-UE, għandu jkun innotat li dan il-fatt hu konness mall-effett tal-importazzjonijiet ta’ ħsara, kif spjegat hawn fuq. Fi kwalunkwe każ, l-effett maħsub tal-miżuri mhux li jingħalaq is-suq Komunitarju għall-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping dannuż. Minħabba fost affarijiet oħra, l-eżistenza ta’ żewġ sorsi biss ta’ provvista ta’ dawn il-prodotti, hu meqjus li f’każ li jiġu imposti miżuri definittivi, il-prodotti Ċiniżi se jkomplu jgawdu minn talba sinifikanti fil-Komunità.

3.   L-interess tal-industrija u l-fornituri Komunitarji

(50)

Waħda mill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi allegat li miżuri anti-dumping mingħajr limitazzjonijiet ta’ kwantitajiet ma kinux se jgħinu biex tiġi protetta l-industrija Spanjola iżda kienu se joħolqu b’mod awtomatiku attivitajiet illegali ta’ kummerċ. Dan hu argument li jindika pjuttost il-ħtieġa għall-istituzzjonijiet li jiżguraw monitoraġġ xieraq għall-inforzar tal-miżuri, pjuttost milli kontra l-benefiċċji li l-miżuri jista’ jkollhom għall-produtturi Komunitarji.

(51)

Importatur ieħor qal li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma kinitx se ttejjeb is-sitwazzjoni tal-produtturi Spanjoli, minħabba l-eżistenza ta’ ħażniet kbar akkumulati mill-importarturi fl-UE, li jistgħu jissodisfaw id-domanda tas-suq fil-futur ġejjieni. Id-daqs tal-ħażniet u tal-fenomenu tal-akkumulazzjoni tal-ħażniet kienu appoġġati minn importatur ieħor. Dawn il-kummenti jikkonfermaw l-analiżi tal-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju u fi bnadi oħra f’dan ir-Regolament. Madankollu, qed jitfakkar li l-miżuri maħsuba biex jipprovdu serħan minn dumping dannuż matul perjodu ta’ ħames snin – mhux waħda biss.

(52)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni jew argument issostanzjat ġdid f’dan ir-rigward, il-konklużjoni meħuda fil-premessi (103) sa (106) u (115) tar-Regolament provviżorju dwar l-interess tal-industrija Komunitarja huma b’dan konfermati.

4.   L-interess ta’ importaturi/negozjanti indipendenti fil-Komunità

(53)

Importaturi li kkoperaw esprimew interess ġenerali fiż-żamma ta’ żewġ sorsi ta’ provvista tal-prodott konċernat, prinċipalment Spanja u ċ-Ċina, biex tinżamm is-sigurtà tal-provvista bi prezzijiet kompetittivi.

(54)

Madankollu l-maġġoranza tal-importaturi, li kieku kellhom jiġu imposti miżuri definittivi, kienu jippreferu miżura li jkollha wkoll elementi kwantitattivi. Din mhix meqjusa adegwata, kif spjegat hawn taħt fil-premessa (68).

(55)

Id-dejta mill-importaturi fil-kampjun li kkoperaw kienet ivverifikata u kkonfermat li s-settur tal-mandolin tal-bottijiet jirrappreżenta anqas minn 6 % tal-fatturat totali u li dawn iwettqu, bħala medja, livell ta’ profittabilità li taqbeż l-10 % matul kemm il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu tal-2004-2008.

(56)

Dak li ntqal hawn fuq jenfasizza li, wara li jitqies kollox, l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq l-importaturi/negozjanti ma kellux ikun disproporzjonat għall-effetti pożittivi li joriġinaw minnhom.

5.   L-interess tal-utenti/il-bejjiegħa bl-imnut

(57)

Utent, li jirrappreżenta anqas minn 1 % tal-konsum, ippreżenta kummenti ġeneriċi dwar id-disponibilità mnaqqsa tal-mandolin fl-UE u dwar il-kwalità superjuri tal-prodott Ċiniż. Hu kien mistieden biex jikkopera aktar billi jipprovdi dejta individwali iżda ma aċċettax u ma ssostanzjax l-allegazzjonijiet tiegħu. Bejjiegħ bl-imnut ieħor, membru tal-assoċjazzjoni prinċipali tal-importaturi, oppona b’mod ġenerali żieda fil-prezz. Ebda preżentazzjoni oħra li tikkonċerna l-interess tal-utenti/bejjiegħ bl-imnut ma twasslet matul l-investigazzjoni. F’din is-sitwazzjoni u fin-nuqqas ta’ kummenti ssostanzjati minn utenti/bejjiegħa bl-imnut, il-konklużjonijiet meħuda fil-premessi (109) sa (112) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

6.   L-interess tal-konsumaturi

(58)

Għall-kuntrarju ta’ dak li kien intqal minn wieħed mill-importaturi, tqies l-interess tal-konsumaturi f’dan l-istadju provviżorju. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni nġabru fil-qosor fil-premessi (113) u (114) tar-Regolament provviżorju. Partijiet oħra ssuġġerixxew li l-impatt fuq il-konsumaturi kellu jkun sinifikanti. Madankollu, ebda informazzjoni ma kienet ipprovduta u dan seta’ jitfa’ dubju fuq il-konklużjonijiet fil-premessi msemmija hawn fuq. Anki jekk dazji kellhom iwasslu għal żieda fil-prezzijiet għall-konsumatur, ebda parti ma ħaditha kontra l-fatt li dan il-prodott kien parti ferm żgħira tan-nefqa għall-ikel domestiku. Għalhekk fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kummenti mill-konsumaturi u ta’ aktar informazzjoni ġdida u ssostanzjata dawn il-premessi huma kkonfermati.

7.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(59)

L-analiżi addizzjonali ta’ hawn fuq dwar l-interess inkwistjoni ma bidlitx il-konklużjonijiet provviżorji f’dan ir-rigward. Id-dejta tal-importaturi fil-kampjun li kkoperaw kient ivverifikata u kkonfermat li s-settur tal-mandolin tal-bottijiet jirrappreżentalhom anqas minn 6 % tal-fatturat totali u li huma wettqu, b’termini medji riżultat komdu matul kemm il-perjodu ta’ investigazzjoni kif ukoll matul il-perjodu eżaminat tal-2004-2008, għalhekk l-impatt tal-miżuri fuq l-importaturi kien se jkun minimu. Kien ukoll aċċertat li l-impatt finanzjarju fuq il-konsumatur finali kellu jkun neġliġibbli, meta jitqies li jinxtraw kwantitajiet marġinali per capita fil-pajjiżi konsumaturi. Jitqies li l-konklużjonijiet rigward l-interess Komunitarju kif stabbilit fir-Regolament provviżorju baqgħu l-istess. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, dawn il-konklużjonijiet iddefiniti fir-Regolament provviżorju huma għalhekk konfermati b’mod definittiv.

I.   MIŻURI DEFINITTIVI

1.   Il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara

(60)

Importatur wieħed qal li l-marġni ta’ profitt fil-livell ta’ 6,8 % użat bħala referenza fl-istadju provviżorju kien ikkalkulat aktar milli kien. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-istess livell intuża u kien aċċettat għal miżuri ta’ salvagwardja bħala l-profitt attwali mwettaq mill-industrija Komunitarja fil-perjodu 1998/99 sa 2001/02. Dan jirreferi għall-profitti tal-produtturi Komunitarji f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet li wasslu għall-ħsara fl-industrija. Għaldaqstant l-argument ma jistax jiġi aċċettat.

(61)

Il-produtturi Komunitarji qalu li d-dazji provviżorji ma kkunsidrawx is-sitwazzjoni irregolari tas-suq tal-mandolin tal-bottijiet, fejn il-produzzjoni hi kkonċentrata f’pajjiż wieħed biss u l-parti l-kbira tal-bejgħ u tal-importazzjonijiet huma kkonċentrati f’pajjiż Ewropew ieħor. Minħabba dan intalab li l-kalkoli finali jikkunsidraw l-ispiża tat-trasport mill-pajjiż produttur lejn il-pajjiż konsumatur. Din it-talba kienet iġġustifikata u raġonevoli u kienu adattati kalkoli skond dan biex tiġi riflessa l-konċentrazzjoni tal-bejgħ fiż-żoni rilevanti tal-Komunità.

(62)

Parti waħda għamlet kummenti dwar il-kalkolu tal-undercutting u l-underselling. Fejn kien raġonevoli saru aġġustamenti fi stadju definittiv.

(63)

Il-marġni li rriżultaw tal-ħsara, li qiesu, meta raġonevoli, it-talbiet mill-partijiet interessati, espressi bħala perċentwali tal-valur totali tal-KAT (kost, asssigurazzjoni, tagħbija) waqt l-importazzjoni ta’ kull esportatur Ċiniż fil-kampjun kienu anqas mill-marġni ddampjati misjuba, kif ġej:

Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang 100,1 %

Huangyan No. 1 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang 48,4 %

Zhejiang Xinshiji Food Co., Ltd, u l-produttur relatat tagħha Hubei Xinshji Foods Co.,Ltd., Sanmen 92,0 %

Il-produtturi esportaturi li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun 90,6 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha 100,1 %

2.   Ir-retroattività

(64)

Kif speċifikat fil-premessa (4), fid-9 ta’ Novembru 2007 il-Kummissjoni ġiegħlet lill-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat li joriġina mir-RPĊ ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni abbażi tat-talba tal-industrija Komunitarja. Din it-talba ġiet irtirata u għalhekk il-kwistjoni ma tkomplitx tiġi eżaminata.

3.   Il-miżuri definittivi

(65)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa dwar id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess Komunitarju, u b’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fil-livell tal-marġnijiet l-aktar baxxi ta’ dumping u ta’ ħsara misjuba, skond ir-regola tal-inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita skond dan fil-livell tal-ħsara misjuba

(66)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq u skond il-corrigendum ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali L 258 (8) id-dazju definittiv għandu jammonta kif ġej:

Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang 531,2 EUR/tunnellata

Huangyan No.1 Canned Food Factory Huangyan, Zhejiang, 361,4 EUR/tunnellata

Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang u l-produttur relatat tagħha HubeiXinshiji Foods Co., Ltd, Dangyang City, Hubei Province 490,7 EUR/tunnellata

Produtturi esportaturi li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun 499,6 EUR/tunnellata

Il-kumpaniji l-oħra kollha 531,2 EUR/tunnellata

4.   Il-forma tal-miżuri

(67)

Għadd ta’ partijiet talbu miżuri li ġabru flimkien elementi ta’ prezzijiet u ta’ kwantità, filwaqt li għal volum inizjali ta’ importazzjoni ma jitħallas ebda dazju jew tnaqqis ta’ dazju. F’ċerti każijiet, dan kien konness mas-sistema tal-liċenzji.

(68)

Din l-għażla tqieset iżda ma kinitx aċċettata, b’mod partikolari, għar-raġunijiet li ġejjin. Dazji anti-dumping kienu imposti għax il-prezz tal-esportazzjoni hu aktar baxx mill-valur normali. L-ammonti esportati lill-Komunità huma rilevanti għall-analiżi jekk importazzjonijiet iddampjati jikkawżaw ħsara. Madankollu, dawn l-ammonti huma, normalment, irrilevanti għal-livell tad-dazju li kellu jiġi impost. Fi kliem ieħor, jekk jinsab li importazzjonijiet iddampjati jikkawżaw ħsara, id-dumping jista’ jkun ikkumpensat b’dazju li japplika mill-ewwel kunsinna importata wara d-dħul fis-seħħ tad-dazju. Finalment, safejn jinsab li hu fl-interess tal-Komunità li matul ċertu perjodu, il-prodotti jistgħu jiġu importati mingħajr ma jiġu imposti dazji anti-dumping, l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku jippermetti sospensjoni taħt ċerti kundizzjonijiet.

(69)

Ċerti partijiet allegaw li kull forma ta’ miżuri mingħajr limitazzjoni kwantitattiva se jwasslu għall-ħrib mid-dazju. Il-partijiet irreferew għal darb’oħra għall-akkumulazzjoni tal-ħażniet li seħħew wara t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. L-analiżi tas-servizzi tal-Kummissjoni kkonfermat li dan kien tentattiv ċar biex jiġu evitati d-dazji. Minħabba dawn l-istqarrijiet u minħabba l-fatti deskritti fir-regolament provviżorju fil-premessi (123) u (125), il-Kummissjoni se tissorvelja l-iżviluppi biex tieħu l-azzjonijiet neċessarju ħalli tiżgura l-infurzar xieraq tal-miżuri.

(70)

Partijiet oħra argumentaw li l-miżuri kellhom jeskludu l-volumi li huma diġà soġġetti għall-kuntratti eżistenti ta’ bejgħ. Fil-prattika dan kellu jammonta għal eżenzjoni mid-dazji li setgħu jimminaw l-effetti rimedjali tal-miżuri, u għalhekk dan ma kienx aċċettat. Qed issir ukoll referenza għal premessi (51) u (52) hawn fuq.

(71)

Ir-Regolament provviżorju impona dazju anti-dumping b’forma ta’ dazju speċifiku għal kull kumpanija li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni tal-eliminazzjoni tal-ħsara lill-prezzijiet tal-esportazzjoni użati fil-kalkolu tad-dumping matul il-PI. Din il-metodoloġija hi kkonfermata fil-livell tal-miżuri definittivi.

5.   L-impenji

(72)

Fi stadju tard tal-investigazzjoni diversi produtturi esportaturi fir-RPĊ offrew impenji ta’ prezzijiet. Dawn ma tqisux li kienu aċċettabbli minħabba l-volatilità sinifikanti tal-prezzijiet ta’ dan il-prodott, ir-riskju ta’ evitar u ħrib ta’ dazju għal dan il-prodott (ara l-premessi (124) u (125) tar-regolament provviżorju), u l-fatt li, ma kien hemm ebda garanziji fl-offerti mill-parti tal-awtoritajiet Ċiniżibiex jippermettu monitoraġġ adegwat fil-kuntest ta’ kumpaniji li ma kinux mogħtija trattament ta’ ekonomija tas-suq

J.   ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVVIŻORJU

(73)

Fid-dawl tal-kobor tal-marġni tad-dumping misjub u minħabba l-livell tal-ħsara kkaġunata lill-industrija Komunitarja, jitqies meħtieġ li l-ammonti assigurati permezz tad-dazju provviżorju ta’ anti-dumping impost mir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-limitu tal-ammont ta’ dazji provviżorji imposti. Fil-każ tal-produtturi esportaturi li għalihom id-dazju definittiv hu kemm kemm ogħla mid-dazju provviżorju, l-ammonti provviżorji assigurati għandhom jinġabru fil-livell iddeterminat fir-Regolament provviżorju, skond l-Artikolu 10(3) tar-Regolament bażiku.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa b’dan impost dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ mandolin ippreparat u ppriżervat (inklużi t-tanġerin u s-satsumas), il-klementina, il-wilkings u frott taċ-ċitru ibridu ieħor simili, li mhux miżjud b’alkoħol, kemm jekk fih zokkor jew materja ta’ ħlewwa oħra u kemm jekk le, u kif iddefinit fl-intestatura tan-NM 2008, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jaqa’ fil-parametri tal-kodiċi tan-NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90 (il-kodiċi TARIC 2008309061, 2008309063, 2008309065, 2008309067, 2008309069).

2.   L-ammont tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 manifatturati mill-kumpaniji hawn taħt għandu jkun kif ġej:

Kumpanija

EUR/tunnellata

prodott b’piżnett

TARIC kodiċiaddizzjonali

Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang

531,2

A886

Huangyan No.1 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang,

361,4

A887

Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang u l-produttur relatat tagħha Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd, Dangyang City, Hubei Province

490,7

A888

Il-produtturi esportaturi li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun kif imfassal fl-Anness

499,6

A889

Il-kumpaniji l-oħra kollha

531,2

A999

Artikolu 2

1.   F’każijiet fejn il-merkanziji ġarrbu ħsara qabel ma ddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u għalhekk, il-prezz li tħallas attwalment jew li għandu jitħallas hu mqassam għad-determinazzjoni tal-valur tad-dazju skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (9), l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-Artikolu 1 hawn fuq, irid jitnaqqas b’perċentwali li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz imħallas attwalment jew li għandu jitħallas.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 3

1.   L-ammonti assigurati permezz ta’ dazju provviżorju ta’ anti-dumping skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2008 għandhom jinġabru b’mod definittiv bir-rata ta’ dazju provviżorju.

2.   Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw li skorrettament ma kinux elenkati fl-Anness ta’ produtturi esportaturi li kkoperaw għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2008, prinċipalment Ningbo Pointer Canned Foods Co., Ltd, Xiangshan, Ningbo, Ninghai Dongda Foodstuff Co., Ltd, Ningbo, Zhejiang u Toyoshima Share Yidu Foods Co., Ltd, Yidu, Hubei, l-ammonti assigurati li huma aktar mid-dazju provviżorju applikabbli għall-produtturi li kkoperaw li mhumiex inklużi mal-kampjun għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 246, 20.10.2007, p. 15.

(3)  ĠU L 178, 5.7.2008, p. 19

(4)  ĠU L 288,, 6.11.2007, p. 22.

(5)  ĠU L 290, 8.11.2003, p. 3.

(6)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 67.

(7)  ĠU L 288, 6.11.2007, p. 22.

(8)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 74

(9)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Produtturi esportaturi li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun (TARIC kodiċi addizzjonali A889)

 

Hunan Pointer Foods Co., Ltd, Yongzhou, Hunan

 

Ningbo Pointer Canned Foods Co., Ltd, Xiangshan, Ningbo

 

Yichang Jiayuan Foodstuffs Co., Ltd, Yichang, Hubei

 

Ninghai Dongda Foodstuff Co., Ltd, Ningbo, Zhejiang

 

Huangyan No.2 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang

 

Zhejiang Xinchang Best Foods Co., Ltd, Xinchang, Zhejiang

 

Toyoshima Share Yidu Foods Co., Ltd, Yidu, Hubei

 

Guangxi Guiguo Food Co., Ltd, Guilin, Guangxi

 

Zhejiang Juda Industry Co., Ltd, Quzhou, Zhejiang

 

Zhejiang Iceman Group Co., Ltd, Jinhua, Zhejiang

 

Ningbo Guosheng Foods Co., Ltd, Ninghai

 

Yi Chang Yin He Food Co., Ltd, Yidu, Hubei

 

Yongzhou Quanhui Canned Food Co., Ltd, Yongzhou, Hunan

 

Ningbo Orient Jiuzhou Food Trade & Industry Co., Ltd, Yinzhou, Ningbo

 

Guangxi Guilin Huangguan Food Co., Ltd., Guilin, Guangxi

 

Ningbo Wuzhouxing Group Co., Ltd, Mingzhou, Ningbo


30.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1356/2008

tat-23 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 593/2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 216/2008 tal-20 ta' Frar 2008 dwar ir-regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 (1) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni,

Billi:

(1)

Ir-regoli biex jiġu kkalkolati l-miżati u l-ħlasijiet mniżżla fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni (2) għandhom jiġu riveduti perjodikament sabiex jiġi żgurat li l-ammont tal-miżati u l-ħlasijiet dovuti mill-applikant jirrifletti l-kumplessità tal-kompitu mwettaq mill-Aġenzija u l-ammont proprju ta' xogħol involut. Emendi futuri ta' dan ir-Regolament se jirfinaw dawn ir-regoli, fuq il-bażi wkoll tad-dejta li se tkun disponibbli ġewwa l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni (minn hawn ′il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) wara l-implimentazzjoni tas-sistema għall-Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi.

(2)

Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 12 (1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu jservi ta' bażi għall-evalwazzjoni tax-xogħol attwali involut fiċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti minn pajjiżi terzi. Fil-prinċipju, il-proċess ta' validazzjoni mill-Aġenzija ta ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità għandha ftehim xieraq, huwa spjegat f'dan il-ftehim u għandu jirriżulta f'ammont ta' xogħol differenti mill-proċess meħtieġ mill-Aġenzija għall-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni

(3)

Filwaqt li jiżguraw il-bilanċ bejn in-nefqa globali magħmula mill-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni u d-dħul globali mill-miżati u l-ħlasijet li timponi, ir-regoli biex jiġu kkalkolati l-miżati u l-ħlasijiet għandhom jibqgħu effettivi u ġusti fil-konfront ta' kull applikant. Dan irid japplika wkoll għall-kalkolu tal-ispejjeż ta' vjaġġar barra mit-territorju tal-Istati Membri. Il-formula attwali għandha tiġi rfinata sabiex jiġi żgurat li hi qed tirreferi b'mod esklussiv għall-ispejjeż diretti magħmula minħabba dawk il-vjaġġi.

(4)

L-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 593/2007 wriet li hu neċessarju li jiġi speċifikat meta l-Aġenzija tkun tista' titlob il-ħlas dovut u li jiġi stabbilit metodu biex jiġi kkalkulat l-ammont li għandu jitrodd f'każ li jiġi interrott kompitu ta' ċertifikazzjoni. Għandhom jingħataw regoli simili f'każ li ċertifikat jiġi rtirat jew sospiż.

(5)

Għal raġunijiet tekniċi, il-bidliet għandhom jiġu introdotti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 593/2007 sabiex itejbu xi definizzjonijiet jew klassifikazzjonijiet.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Bla ħsara għall-Artikolu 4, fejn isir kompitu ta' ċertifikazzjoni, b'mod sħiħ jew parzjali, barra t-territorji tal-Istati Membri il-miżata fatturata lill-applikant għandha tinkludi l-ispejjeż korrispondenti tal-ivjaġġar li saru barra minn dawk it-territorji, skond il-formula:

d = f + v + h – e

fejn:

d

=

il-ħlasijiet dovuti

f

=

il-ħlasijiet li jikkorispondu għall-kompitu mwettaq, kif stipulat fl-Anness

v

=

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar

h

=

il-ħin li ħadu l-esperti fil-meżżi tat-trasport, fatturat bi prezz fis-siegħa kif stipulat ġewwa l-Parti II

e

=

l-ispejjeż medji tal-ivjaġġar ġewwa t-territorji tal-Istati Membri li jinkludu l-ħin medju użat fil-meżżi tat-trasport ġewwa t-territorji tal-Istati Membri mmultiplikat bil-prezz fis-siegħa kif stipulat ġewwa l-Parti II.”

(2)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-ħruġ, il-preservazzjoni jew l-emendar ta' ċertifikat għandhom ikunu suġġetti għal pagament minn qabel tal-ammont totali dovut tal-miżata, ħlief jekk isir ftehim differenti bejn l-Aġenzija u l-applikant. L-Aġenzija tista' tiffattura l-miżata f'parti waħda wara li tkun irċeviet l-applikazzjoni jew fil-bidu tal-perjodu annwali jew dak ta' sorvelljanza. F'każ li ma jsirx il-pagament, l-Aġenzija tista' tirrifjuta li toħroġ jew tirrevoka ċ-ċertifikat relevanti wara li tkun tat twissija formali lill-applikant.”

(b)

il-paragrafu 3 jitħassar.

(ċ)

il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.   Jekk kompitu ta' ċertifikazzjoni jkollu jiġi interrott mill-Aġenzija minħabba li l-applikant ma għandux riżorsi suffiċenti jew minħabba li jonqos li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, jew għax l-applikant iddeċieda li jtemm l-applikazzjoni tiegħu jew li jippostponi l-proġett tiegħu, il-bilanċ ta' kwalunkwe ħlasijiet dovuti, ikkalkulati bi prezz fis-siegħa għall-perjodu ta' tnax-il xahar iżda li ma jaqbiżx il-miżata fissa applikabbli, għandu jitħallas kompletament fil-mument li l-Aġenzija tieqaf taħdem, flimkien ma' kwalunke ammont ieħor dovut f'dak il-mument. In-numru relevanti ta' sigħat għandhom jiġu fatturati bi prezz fis-siegħa kif stipulat fil-Parti II tal-Anness. Meta, fuq talba tal-applikant, l-Aġenzija terġa′ tibda kompitu ta' ċertifikazzjoni li kien ġie interrott qabel, dan il-kompitu għandu jiġi ddebitat bħal li kieku kien proġett ġdid.”

(d)

jiżdiedu l-paragrafi 8 u 9 li ġejjin:

“8.   Jekk id-detentur taċ-ċertifikat iċedi ċ-ċertifikat korrispondenti jew jekk l-Aġenzija tirrevoka ċ-ċertifikat, il-bilanċ ta' kwalunkwe ħlas dovut, ikkalkulat kull siegħa iżda li ma jaqbiżx il-miżata fissa applikabbli, għandu jitħallas fil-mument li sseħħ il-konċessjoni jew ir-revoka, flimkien ma' kwalunkwe ammonti oħrajn dovuti sa dak iż-żmien. In-numru relevanti ta' sigħat għandhom jiġu fatturati bi prezz fis-siegħa kif stipulat fil-Parti II tal-Anness.

9.   Jekk l-Aġenzija tissospendi ċertifikat,il-bilanċ ta' kwalunkwe ħlasijiet dovuti, ikkalkulati fuq il-bażi ta' pro-rata temporis jitħallsu kollha fil-ħin tas-sospenjoni, flimkien ma' kwalunkwe ammonti oħra sa dak iż-żmien. Jekk sussegwentament iċ-ċeritifikat jerġa′ jiġi riattivat, minn din id-data, jerġa′ jibda perjodu ġdid ta' tnax-il xahar.”

(3)

Fl-Artikolu 12, jitħassar il-ħames paragrafu.

(4)

Fl-Artikolu 14, jitħassar il-paragrafu 3.

(5)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009.

Huwa għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżati murija fit-Tabelli 1 sa 5 tal-Parti I tal-Anness għandhom japplikaw għal kull applikazzjoni ta' kompitu ta' ċertifikazzjoni li tasal wara l-1 ta' Jannar 2009;

(b)

il-miżati murija fit-Tabella 6 tal-Parti I tal-Anness għandhom japplikaw għall-miżati annwali imposti wara l-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 3.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 593/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

In-nota spjegattiva 7 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(7)

‘Id-derivattiv’ tfisser Ċertifikat tat-Tip emendat kif defenit u kif applikat għalih mid-Detentur taċ-Ċertifikat tat-Tip.”

(2)

In-nota spjegattiva 9 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(9)

Fit-Tabelli 3 u 4 ta' Parti I, ‘Sempliċi’, ‘Standard’ u ‘Kumpless’ jirreferu għal li ġej:

 

Sempliċi

Standard

Kumplessi

Ċertifikat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni (EASA) tat-tip supplimentari (STC)

EASA il-bidliet prinċipali fid-disinn

EASA tiswijiet prinċipali

STC, il-bidla prinċipali fid-disinn, u fit-tiswija,, li tinvolvi biss metodi ta' ġustifikazzjoni kurrenti u li diġa ġew ippruvati b'mod tajjeb, li għalihom hemm ġabra sħiħa ta' dejta (deskrizzjoni, lista ta' verifika ta' konformità u dokumenti ta' konformità) li tkun tista' tiġi kkomunikata fil-ħin tal-applikazzjoni, u li għaliha l-applikant ikun wera esperjenza, u li tkun tista' tiġi evalwata biss mill-maniġer taċ-ċertifikazzjoni tal-proġett, jew bil-parteċipazzjoni limitata ta' speċjalista fid-dixxiplina.

Kull bidliet prinċipali oħra, fid-disinn jew tiswijiet tal-STC.

Sinifikanti (*) STC jew bidla prinċipali fid-disinn

STC ivvalidat bi ftehim bilaterali

Bażiku (**)

Mhux bażiku (**)

STC mhux bażiku (**) meta l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni (**) tkun immarkat il-bidla bħala ‘sinifikanti’ (*)

Bidla ta' disinn prinċipali ivvalidat bi ftehim bilaterali

Level 2 (**) Bidliet prinċipali fid-disinn meta ma jiġux aċċettati awtomatikament (***).

Level 1 (**)

Level 1 (**) bidla prinċipali fid-disinn meta l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni (**) tkun immarkat il-bidla bħala ‘sinifikanti’ (*)

Tiswija prinċipali ivvalidata bi ftehim bilaterali

M/A

(aċċettazzjoni awtomatika

Tiswijiet ta' komponenti kritiċi (**)

M/A

(3)

Fil-Parti I, tabelli 1 sa 6 huma mibdula b’li ġej:

“Tabella 1:   Iċ—Ċertifikati tat-Tip u ċ-Ċertifikati tat-Tip Ristretti (li hemm referenza għalihom fis-sottoparti B u sottoparti O tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (1))

(EUR)

 

Miżata fissa

Ajruplani bi ġwienaħ fissi.

Aktar minn 150 000 kg

2 600 000

Aktar minn 50 000  kg sa 150 000  kg

1 330 000

Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg

1 060 000

Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg

410 000

Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg

227 000

sa 2 000 kg

12 000

Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ

6 000

Ajruplan bl-iskrajjen

Kbar

525 000

Medji

265 000

Żgħar

20 000

Oħrajn

Blalen tal-Ajru

6 000

Propulsjoni:

Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq. 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW

365 000

Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom sa 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW

185 000

Magni mingħajr turbina

30 000

Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B

15 000

Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW

10 250

Skrun għall-użu fuq ajruplani sa 5 700 kg MTOW

2 925

Partijiet

Valur aktar minn EUR 20 000

2 000

bejn 2 000 u EUR 20 000

1 000

Valur taħt EUR 2 000

500


Tabella 2:   Derivattivi taċ-Ċertifikati tat-Tip jew Certifikati tat-Tip Ristrett

(EUR)

 

Miżata fissa (2)

Ajruplani bi ġwienaħ fissi.

Aktar minn 150 000 kg

1 000 000

Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg

500 000

Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg

400 000

Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg

160 000

Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg

80 000

sa 2 000 kg

2 800

Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ

2 400

Ajruplan bl-iskrajjen

Kbar

200 000

Medji

100 000

Żgħar

6 000

Oħrajn

Blalen tal-Ajru

2 400

Propulsjoni:

Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq. 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW

100 000

Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom sa 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW

50 000

Magni mingħajr turbina

10 000

Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B

5 000

Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW

2 500

Skrun għall-użu fuq ajruplani sa 5 700 kg MTOW

770

Partijiet

Valur aktar minn EUR 20 000

1 000

bejn EUR 2 000 u EUR 20 000

600

Valur taħt EUR 2 000

350


Tabella 3:   Iċ-Ċertifikati tat-Tip Supplimentali (irreferuti għalihom fis-subparti E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

(EUR)

 

Miżata fissa (3)

Kumplessi

Standard

Sempliċi

Ajruplani bi ġwienaħ fissi.

Aktar minn 150 000 kg

25 000

6 000

3 000

Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg

13 000

5 000

2 500

Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg

8 500

3 750

1 875

Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg

5 500

2 500

1 250

Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg

3 800

1 750

875

sa 2 000 kg

1 600

1 000

500

Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ

250

250

250

Ajruplan bl-iskrajjen

Kbar

11 000

4 000

2 000

Medji

5 000

2 000

1 000

Żgħar

900

400

250

Oħrajn

Blalen tal-Ajru

800

400

250

Propulsjoni:

Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq. 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW

12 000

5 000

2 500

Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom sa 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW

5 800

2 500

1 250

Magni mingħajr turbina

2 800

1 250

625

Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B

1 400

625

300

Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW

2 000

1 000

500

Skrun għall-użu fuq ajruplani sa 5 700 kg MTOW

1 500

750

375


Tabella 4:   Il-bidliet prinċipali u t-tiswijiet prinċipali (li għalihom saret referenza fis-subparti D u M tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

(EUR)

 

Miżata fissa (4)  (5)

Kumplessi

Standard

Sempliċi

Ajruplani bi ġwienaħ fissi.

Aktar minn 150 000 kg

20 000

6 000

3 000

Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg

9 000

4 000

2 000

Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg

6 500

3 000

1 500

Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg

4 500

2 000

1 000

Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg

3 000

1 400

700

sa 2 000 kg

1 100

500

250

Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ

250

250

250

Ajruplan bl-iskrajjen

Kbar

10 000

4 000

2 000

Medji

4 500

2 000

1 000

Żgħar

850

400

250

Oħrajn

Blalen tal-Ajru

850

400

250

Propulsjoni:

Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq. 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW

5 000

2 000

1 000

Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom sa 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW

2 500

1 000

500

Magni mingħajr turbina

1 300

600

300

Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B

600

300

250

Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW

250

250

250

Skrun għall-użu fuq ajruplani sa 5 700 kg MTOW

250

250

250


Tabella 5:   Il-bidliet minuri u t-tiswijiet minuri (li għalihom saret referenza fis-subparti D u M tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

(EUR)

 

Miżata fissa (6)  (7)

Ajruplani bi ġwienaħ fissi.

Aktar minn 150 000 kg

500

Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg

500

Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg

500

Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg

500

Aktar minn 2 000 kg sao 5 700 kg

250

sa 2 000 kg

250

Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ

250

Ajruplan bl-iskrajjen

Kbar

500

Medji

500

Żgħar

250

Oħrajn

Blalen tal-Ajru

250

Propulsjoni:

Magni bit-turbina

500

Magni mingħajr turbina

250

Skrun

250


Tabella 6:   Miżata annwali għad-detenturi ta' Ċertifikati tat-Tip u Ċertifikati ta' Tip Ristrett u Ċertifikati ta' Tip meqjusin aċċettabli taħt ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002

(EUR)

 

Miżata fissa (8)  (9)  (10)

 

Id-Disinn tal-UE

Id-Disinn mhux tal-UE

Ajruplani bi ġwienaħ fissi.

Aktar minn 150 000 kg

270 000

90 000

Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg

150 000

50 000

Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg

80 000

27 000

Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg

17 000

5 700

Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg

4 000

1 400

sa 2 000 kg

2 000

670

Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ

900

300

Ajruplan bl-iskrajjen

Kbar

65 000

21 700

Medji

30 000

10 000

Żgħar

3 000

1 000

Oħrajn

Blalen tal-Ajru

900

300

Propulsjoni:

Magni bit-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom aktar minn 25 KN jew ħruġ ta' saħħa għat-tluq aktar minn 2 000 kW

40 000

13 000

Magni bit-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom aktar minn 25 KN jew ħruġ ta' saħħa għat-tluq mhux aktar minn 2 000 kW

6 000

2 000

Magni mingħajr turbina

1 000

350

Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B

500

250

Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW

750

250

Partijiet

Valur aktar minn EUR 20 000

2 000

700

bejn EUR 2 000 u EUR 20 000

1 000

350

Valur taħt EUR 2 000

500

250

(4)

Fil-Parti II, il-punt 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:.

“(2)

Abbażi ta' siegħa skont il-kompiti konċernati:

Demostrazzjoni tal-kapaċità tad-disinn bil-meżżi ta' proċeduri alternattivi

In-numru attwali ta' sigħat,

Produzzjoni mingħajr approvazzjoni

In-numru attwali ta' sigħat,

Metodi Alternattivi ta' Konformità mal-AD′s

In-numru attwali ta' sigħat,

Is-support ta validazzjoni (li jiġu aċċettati ċ-ċertifikati tal-EASA minn awtoritajiet barranin)

In-numru attwali ta' sigħat,

Assisstenza teknika mitluba mill-awtoritajiet barranin

In-numru attwali ta' sigħat,

L-aċċettazzjoni tal-EASA tar-rapporti tal-MRB

In-numru attwali ta' sigħat,

Transferiment taċ-ċertifikati

In-numru attwali ta' sigħat,

L-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' titjir għall-Permess biex ittir

3 sigħat

L-amministrazzjoni rigward il-ħarġa tad-dokumenti

Siegħa

Iċ-ċertifikat ta' esportazzjoni tal-airworthiness (E-CoA) għall-ajruplan CS 25

6 sigħat

Iċ-ċertifikat ta' esportazzjoni tal-airworthiness (E-CoA) għal ajruplan ieħor

Sagħtejn”


(*)  ‘Sinifikanti’ hi defenita f'paragrafu 21A.101 (b) fl-Anness ta' Regolament (KE) Nru 1702/2003.

(**)  Għad-definizzjoni ta' ‘bażiku’, ‘mhux bażiku’, ‘livell 1’, ‘livell 2’, ‘komponenti kritiċi’ u ‘L-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni’, ara l-ftehim bilaterali applikabbli li fih isseħħ il-validazzjoni.

(***)  Kriterja t'aċċettazzjoni awtomatika mill EASA għal 2 bidliet prinċipali mfissra fid-Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv 2004/04/CF, jew fil-ftehim bilaterali applikabbli li fih isseħħ il-valudazzjoni.”

(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(2)  Għad-Derivattivi li jinvolvu Bidla/Bidliet Sostanzjali fit-Tip ta' Disinn, kif iddefinit fis-Subparti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, il-ħlas taċ-Ċertifikat tat Tip rispettiv jew iċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett, kif ddefinit fit-Tabella 1, se japplika.

(3)  Għaċ-Ċertifikati tat-Tip Supplimentali li jinvolvu Bidla/Bidliet Sostanzjali, kif iddefinit fis-Subparti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, il-ħlas taċ-Ċertifikat tat Tip rispettiv jew iċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett, kif ddefinit fit-Tabella 1, se japplika.

(4)  Għal bidliet prinċipali sinifikanti li jinvolvu Bidla/Bidliet Sostanzjali, kif iddefinit fis-Subparti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, il-ħlas rispettiv taċ-Ċertifikat tat Tip jew iċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett , kif ddefinit fit-Tabella 1, se japplika.

(5)  Bidliet u tiswiiet fuq Unita ta' Qawwa Awżiljarju (APU) ser ikollhom jitħallsu bħall-bidliet u t-tiswijiet fuq magni ta'l-istess qawwa.

(6)  Il-ħlasijiet imfassla f'din it-Tabella mhux ser japplikaw għall-Bidliet u Tiswijiet imwettqa minn Organiżżazzjonijiet ta' Disinn skont il-Parti 21A.263(c)(2) tas-Subparti J tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.

(7)  Bidliet u tiswijiet fuq Unitajiet ta' Qawwa Awżiljarji (APU) ser ikollhom jitħallsu bħall-bidliet u t-tiswijiet fuq magni tal-istess rati ta' qawwa.

(8)  Għall-verżjonijiet ta’ ajruplani għall-ġarr ta' merkanzija li jkollhom iċ-ċertifikat tat-tip tagħhom, huwa applikat koeffiċjent ta' 0,85 għall-miżata għall-verżjoni ekwivalenti ta' ajruplani għall-passieġġieri.

(9)  Għall-detenturi ta'Ċertifikati tat-Tip multipli u/jew Ċertifikati tat-Tip Ristrett, tiġi applikata miżata annwali għat-tieni Ċertifikat tat-Tip u dawk sussegwentament, jew Ċertifikati tat-Tip Ristrett, fl-istess kategorija ta' prodotti kif muri fit-tabella li ġejja:

Prodotti f'kategorija identika

Tnaqqis applikat għall-miżata fissa

L-1

0  %

It-2

10  %

It-3

20  %

Ir-4

30  %

Il-5

40  %

Is-6

50  %

Is-7

60  %

It-8

70  %

Id-9

80  %

L-10

90  %

Il-11 u prodotti sossegwenti

100  %

(10)  L-ajruplan li bħalu hemm irreġistrat inqas minn 50 eżempju madwar id-dinja, attivitajiet ta' airworthiness kontinwi ser jiġu imposti fuq bażi ta' kull siegħa, bil-miżata ta' kull siegħa stipulata fil-Parti II tal-Anness, sal-livell tal-miżata tal-kategorija tal-prodott tal-ajruplan relevanti. Għall-prodotti, partijiet u apparat li ma humiex ajruplani, il-limitazzjoni tikkonċerna in-numru tal-ajruplan li fuqhu hu installat il-prodott, il-parti jew l-apparat fil-kwistjoni.”


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

30.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350/56


DEĊIŻJONI Nru 1357/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 149(4) u 150(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 (3) stabbilixxiet il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja għall-perjodu 2007-2013.

(2)

L-Artikolu 9(2), tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE, jistipula li l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programm minbarra dawk li huma elenkati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(3) ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri skond il-proċedura konsultattiva stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4).

(3)

Dan il-kliem tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE jirriżulta b’mod partikolari f'li deċiżjonijiet oħra ta’ għażla li mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 9(1) jkunu soġġetti għall-proċedura konsultattiva u għad-dritt ta’ skrutinju mill-Parlament Ewropew.

(4)

Dawn il-modalitajiet ta’ proċedura jżidu minn xahrejn sa tliet xhur fil-proċess ta’ allokazzjoni tas-sussidji lill-kandidati. Dawn iwasslu għal ħafna dewmien għall-benefiċjarji, jitfgħu piż sproporzjonat fuq l-amministrazzjoni tal-programm u ma jiġġenerawx valur miżjud meta titqies in-natura tas-sussidji mogħtija.

(5)

Biex tkun possibbli implimentazzjoni aktar mgħaġġla u aktar effikaċi tad-deċiżjonijiet ta’ għażla, huwa meħtieġ li l-proċedura konsultattiva tiġi sostitwita minn obbligu fuq il-Kummissjoni li mingħajr dewmien tinforma lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew dwar miżuri biex tiġi implimentata d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE mingħajr l-għajnuna ta' kumitat,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 9(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 u lill-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet l-oħra kollha ta' selezzjoni li ħadet dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, fi żmien jumejn ta' xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjonijiet involuti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjonijiet u analiżi ta' l-applikazzjonijiet irċevuti, deskrizzjoni tal-proċedura ta' selezzjoni u ta' evalwazzjoni, u l-listi kemm tal-proġetti proposti għal finanzjament kif ukoll ta' dawk li ġew rifjutati.”;

(2)

L-Artikolu 10(3) għandu jitħassar.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt ta’ din id-Deċiżjoni sat-30 ta' Ġunju 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 115.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 (għadha mhix ippubbliakta fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008.

(3)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


30.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350/58


DEĊIŻJONI Nru 1358/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm “Europe for Citizens” li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u notevolment l-Artikoli 151 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 (2) stabbilixxiet il-programm “Europe for Citizens” għall-perjodu 2007-2013.

(2)

L-Artikolu 8(3), tad-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE, jistipula li l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programm minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, jiġifieri skond il-proċedura konsultattiva stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (3).

(3)

Dawn il-kliem tad-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE jirriżultaw f’li deċiżjonijiet oħra ta’ selezzjoni li mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Deċiżjoni jiġu soġġetti għall-proċedura konsultattiva u għad-dritt ta’ skrutinju mill-Parlament Ewropew.

(4)

Madanakollu dawn il-deċiżjonijiet ta’ selezzjoni jikkonċernaw prinċipalment għotjiet żgħar u ma jinvolvux teħid ta’ deċiżjonijiet li jkunu politikament sensittivi.

(5)

Dawn il-modalitajiet ta’ proċedura jżidu minn xahrejn sa tliet xhur fil-proċess ta’ allokazzjoni tas-sussidji lill-kandidati. Dawn iwasslu għal ħafna dewmien vis-à-vis il-benefiċjarji ta’ l-allokazzjonijiet, jitfgħu piż disproporzjonat fuq l-amministrazzjoni tal-programm u ma jiġġenerawx valur miżjud meta titqies in-natura tal-għotjiet mogħtija.

(6)

Sabiex tkun possibbli implimentazzjoni aktar mgħaġġla u aktar effikaċi tad-deċiżjonijiet ta’ għażla, huwa meħtieġ li l-proċedura konsultattiva tiġi sostitwita minn obbligu fuq il-Kummissjoni li mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE mingħajr l-għajnuna ta' kumitat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej;

“3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 u lill-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet l-oħra kollha ta' selezzjoni li tkun ħadet dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, fi żmien jumejn ta' xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjonijiet involuti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjonijiet u analiżi ta' l-applikazzjonijiet irċevuti, deskrizzjoni tal-proċedura ta' selezzjoni u ta' evalwazzjoni, u l-listi kemm tal-proġetti proposti għal finanzjament kif ukoll ta’ dawk li jkunu ġew rifjutati.”

(2)

L-Artikolu 9(3) għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lil-Parlament Ewropew u lil-Kunsill dwar l-impatt ta’ din id-Deċiżjoni sat-30 ta' Ġunju 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strażburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008.

(2)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.

(3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

30.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350/60


DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2008/977/ĠAI

tas-27 ta’ Novembru 2008

dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 30, 31 u 34 (2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea għamlitu bħala l-objettiv tagħha li żżomm u tiżviluppa l-Unjoni bħala spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih għandu jiġi pprovdut livell għoli ta’ sigurtà permezz ta’ azzjoni komuni fost l-Istati Membri fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali.

(2)

Azzjoni komuni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija skond l-Artikolu 30(1)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u azzjoni komuni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali skond l-Artikolu 31 (1)(a) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jimplikaw ħtieġa ta’ pproċessar ta’ informazzjoni rilevanti li għandu jkun soġġett għal dispożizzjonijiet xierqa dwar il-protezzjoni tad-data personali.

(3)

Il-leġislazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandha trawwem kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali fir-rigward ta’ l-effiċjenza tagħha kif ukoll il-leġittimità u l-konformità tagħha mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali. Standards komuni fir-rigward ta’ l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali pproċessata biex tiġi evitata u miġġielda l-kriminalità jikkontribwixxu biex jintlaħqu ż-żewġ għanijiet.

(4)

Il-Programm ta’ l-Aja dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-4 ta’ Novembru 2004, enfasizza l-ħtieġa għal approċċ innovattiv għall-iskambju transkonfinali ta’ l-informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi taħt l-osservazzjoni stretta tal-kondizzjonijiet ewlenin fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u stieden lill-Kummissjoni tissottometti proposti f’dan ir-rigward sa mhux aktar tard minn tmiem l-2005. Dan kien rifless fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni li jimplimenta l-Programm ta’ The Hague dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (2).

(5)

L-iskambju ta’ data personali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, notevolment taħt il-prinċipju ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni kif stabbilit fil-Programm ta’ l-Aja, għandu jkun appoġġat b’regoli ċari li jtejbu l-fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti u jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti hi protetta b’mod li jeskludi kwalunkwe diskriminazzjoni fir-rigward ta’ tali kooperazzjoni bejn l-Istati Membri waqt li jirrispetta b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali ta’ l-individwi. Strumenti eżistenti fil-livell Ewropew mhumiex biżżejjed; id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3) ma tapplikax għall-ipproċessar ta’ data personali matul attività li taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, bħal dawk previsti mit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u lanqas, fi kwalunkwe każ, għal operazzjonijiet ta’ pproċessar li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà ta’ l-istat jew l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali.

(6)

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika biss għad-data miġbura jew ipproċessata mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali. Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tħalli lill-Istati Membri biex jiddeterminaw aktar preċiżament fil-livell nazzjonali liema finijiet oħra għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux kompatibbli mal-fini li għalih id-data personali kienet oriġinarjament miġbura. B’mod ġenerali, aktar ipproċessar għal finijiet storiċi, ta’ l-istatistika jew xjentifiċi m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala kompatibbli mal-fini oriġinali ta’ l-ipproċessar.

(7)

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas huwa limitat għall-ipproċessar ta’ data personali trasmessa jew magħmula disponibbli bejn l-Istati Membri. L-ebda konklużjoni m’għandha tkun dedotta minn din il-limitazzjoni fir-rigward tal-kompetenza ta’ l-Unjoni biex tadotta atti li jirrelataw mal-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali fil-livell nazzjonali jew l-espedjenza għall-Unjoni biex tagħmel dan fil-futur.

(8)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-skambji ta’ data fl-Unjoni, l-Istati Membri bi ħsiebhom jiżguraw li l-istandard ta’ protezzjoni ta’ data milħuq fl-ipproċessar nazzjonali ta’ data jaqbel ma’ dak previst f’din id-Deċiżjoni Qafas. Rigward l-ipproċessar nazzjonali ta’ data, din id-Deċiżjoni Qafas ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jipprovdu salvagwardji għall-protezzjoni ta’ data personali ogħla minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni Qafas.

(9)

Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex tapplika għal data personali li Stat Membru jkun kiseb fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni Qafas u li oriġinat f’dak l-Istat Membru.

(10)

L-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri m’għandhiex tirriżulta f’xi tnaqqis tal-protezzjoni tad-data li jipprovdu iżda għandha, għall-kuntrarju, tfittex li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni fi ħdan l-Unjoni.

(11)

Hu meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tal-protezzjoni tad-data fil-qafas ta’ l-attivitajiet tal-pulizija u ġudizzjarji u li jiġu stabbiliti regoli dwar il-legalità ta’ l-ipproċessar tad-data personali biex jiġi żgurat li kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi skambjata tkun ġiet ipproċessata legalment u skond il-prinċipji fundamentali dwar il-kwalità tad-data. Fl-istess waqt l-attivitajiet leġittimi tal-pulizija, tad-dwana, ta’ l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħrajn m’għandhom bl-ebda mod jitpoġġew f’periklu.

(12)

Il-prinċipju ta’ l-eżattezza tad-data għandu jiġi applikat billi jittieħed kont tan-natura u l-fini ta’ l-ipproċessar ikkonċernat. Per eżempju, partikolarment fi proċedimenti ġudizzjarji d-data hija bbażata fuq il-perċezzjoni soġġettiva ta’ individwi u f’xi każijiet hija totalment mhux verifikabbli. Konsegwentement, ir-rekwiżit ta’ l-eżattezza ma jistax jappartieni għall-eżattezza ta’ dikjarazzjoni iżda biss għall-fatt li tkun saret dikjarazzjoni speċifika.

(13)

L-arkivjar f’sett separat ta’ data għandu jkun permissibbli biss jekk id-data ma tkunx aktar meħtieġa u użata għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali. L-arkivjar f’sett separat ta’ data għandu jkun permissibbli wkoll jekk id-data arkivjata tkun maħżuna f’database ma’ data oħra b’tali mod li din ma tkunx tista’ tintuża aktar għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali. Kemm perijodu ta’ arkivjar ikun xieraq għandu jiddependi fuq il-finijiet ta’ l-arkivjar u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data. Fil-każ ta’ arkivjar għal finijiet storiċi jista’ jiġi previst perijodu twil ħafna.

(14)

Data tista’ titħassar ukoll bil-qerda tal-mezz tad-data.

(15)

Rigward data mhux preċiża, mhux kompluta jew li m’għadhiex aġġornata, trasmessa jew magħmula disponibbli lil Stat Membru ieħor u pproċessata ulterjorment minn awtoritajiet kważi-ġudizzjali, jiġifieri awtoritajiet b’setgħat li jieħdu deċiżjonijiet legalment vinkolanti, ir-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar tagħha għandu jitwettaq skond il-liġi nazzjonali.

(16)

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-data personali ta’ individwi jinħtieġu dispożizzjonijiet komuni biex tiġi ddeterminata l-legalità u l-kwalità tad-data pproċessata minn awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn.

(17)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti fil-livell Ewropew il-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jitħallew jittrasmettu jew jagħmlu disponibbli data riċevuta minn Stati Membri oħrajn lill-awtoritajiet u partijiet privati fl-Istati Membri. F’ħafna każijiet it-trasmissjoni ta’ data personali mill-ġudikatura, il-pulizija jew id-dwana lil partijiet privati hija meħtieġa għall-prosekuzzjoni ta’ reat jew biex ikun evitat theddid immedjat u serju għas-sigurtà pubblika jew tiġi evitata ħsara serja għad-drittijiet ta’ individwi, per eżempju, bil-ħruġ ta’ allerti dwar falsifikar ta’ titoli ta’ sigurtà lil banek u istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew, fil-qasam tal-kriminalità fir-rigward ta’ vetturi, bil-komunikazzjoni ta’ data personali lil kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni sabiex ikun impedut it-traffikar illeċitu f’vetturi bil-mutur misruqin jew biex jitjiebu l-kondizzjonijiet għall-irkupru ta’ vetturi bil-mutur misruqin minn barra. Dan mhux ugwali għat-trasferiment ta’ kompiti tal-pulizija jew ġudizzjarji lil partijiet privati.

(18)

Ir-regoli f’din id-Deċiżjoni Qafas dwar it-trasmissjoni ta’ data personali mill-ġudikatura, il-pulizija jew id-dwana lil partijiet privati ma japplikawx għall-iżvelar ta’ data lil partijiet privati (bħall-avukati difensuri u l-vittmi) fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali.

(19)

L-ipproċessar ulterjuri tad-data personali rċevuta, jew li ssir disponibbli, mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, b’mod partikolari li tkompli tintbagħat jew issir disponibbli tali data, għandu jkun soġġett għal regoli komuni f’livell Ewropew.

(20)

Fejn data personali tista’ tkun ipproċessata ulterjorment wara li jkun ta l-kunsens tiegħu l-Istat Membru li minnu nkisbet id-data, kull Stat Membru għandu jkun jista’ jiddetermina l-modalitajiet ta’ tali kunsens, inkluż, per eżempju, permezz ta’ kunsens ġenerali għal kategoriji ta’ informazzjoni jew kategoriji ta’ ipproċessar ulterjuri.

(21)

Fejn data personali tistà tkun ipproċessata ulterjorment għal proċedimenti amministrattivi, dawn il-proċedimenti jinkludu wkoll attivitajiet minn korpi regolatorji u superviżorji.

(22)

L-attivitajiet leġittimi tal-pulizija, id-dwana, l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jeħtieġu li d-data tintbagħat lill-awtoritajiet fi Stati terzi jew korpi internazzjonali li għandhom obbligi għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

(23)

Meta tiġi ttrasferita data personali minn Stat Membru lil Stati terzi jew korpi internazzjonali, din id-data għandha, fil-prinċipju, tgawdi minn livell adegwat ta’ protezzjoni.

(24)

Meta tiġi ttrasferita data personali minn Stat Membru lil Stati terzi jew korpi internazzjonali, tali trasferiment għandu, fil-prinċipju, iseħħ biss wara li l-Istat Membru li minnu nkisbet id-data jkun ta l-kunsens tiegħu. Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jiddetermina l-modalitajiet ta’ tali kunsens, inkluż, per eżempju, permezz ta’ kunsens ġenerali għal kategoriji ta’ informazzjoni jew għal Stati terzi speċifiċi.

(25)

L-interessi ta’ kooperazzjoni effiċjenti ta’ infurzar tal-liġi jeħtieġu li meta n-natura ta’ theddida lis-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew Stat terz hija tant immedjata li tirrendi l-kisba ta’ kunsens minn qabel fi żmien debitu impossibbli, l-awtorità kompetenti għandha tkun tista’ tittrasferixxi d-data personali rilevanti lill-Istat terz ikkonċernat mingħajr tali kunsens minn qabel. L-istess jista’ japplika meta huma kkonċernati interessi essenzjali oħrajn ta’ Stat Membru ta’ importanza indaqs, per eżempju meta infrastruttura kritika ta’ Stat Membru tista’ tkun is-suġġett ta’ theddida immedjata u serja jew meta s-sistema finanzjarja ta’ Stat Membru tista’ tkun serjament imfixkla.

(26)

Jista’ jkun meħtieġ li s-suġġetti tad-data jkunu infurmati dwar l-ipproċessar tad-data tagħhom, speċjalment fejn ikun hemm invażjoni partikolarment serja tad-drittijiet tagħhom bħala riżultat ta’ miżuri sigrieti għall-ġbir tad-data, sabiex ikun żgurat li s-suġġetti tad-data jkun jista’ jkollhom protezzjoni legali effettiva.

(27)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data jkun informat li d-data personali tista’ jew qed tinġabar, tiġi proċessata jew trasmessa lil Stat Membru ieħor għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali. Il-modalitajiet tad-dritt tas-suġġett tad-data li jiġi infurmat u l-eċċezzjonijiet għalih għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali. Dan jista’ jieħu s-sura ta’ forma ġenerali, per eżempju, permezz ta’ liġi jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ l-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

(28)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tad-data personali mingħajr ma jkunu ipperikolati l-interessi ta’ stħarriġ kriminali, huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti d-drittijiet tas-suġġett tad-data.

(29)

Xi Stati Membri pprevedew id-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-data f’materji kriminali permezz ta’ sistema, fejn l-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni, minflok is-suġġett tad-data, għandha aċċess għad-data personali kollha relatata mas-suġġett tad-data mingħajr kwalunkwe restrizzjoni u tista’ wkoll tirrettifika, tħassar jew taġġorna data mhux preċiża. F’każ bħal dan ta’ aċċess indirett, il-liġi nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri tista’ tipprevedi li l-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni tinforma lis-suġġett tad-data biss li seħħew il-verifiki kollha meħtieġa. Madankollu, dawk l-Istati Membri jipprevedu wkoll għal possibiltajiet ta’ aċċess dirett għas-suġġett tad-data f’każijiet speċifiċi, bħal aċċess għal reġistri ġudizzjarji, sabiex jinkisbu kopji tar-reġistri kriminali proprji jew ta’ dokumenti relatati ma’ smigħ proprju mis-servizzi tal-pulizija.

(30)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ l-ipproċessar, dwar ir-responsabbiltà u l-pieni għal użu illegali minn awtoritajiet kompetenti u dwar ir-rimedji ġudizzjarji disponibbli għas-suġġett tad-data. Madankollu, hu f’idejn kull Stat Membru biex jiddetermina n-natura tar-regoli tiegħu dwar l-indennizz għal ħsara u dwar il-pieni applikabbli għall-vjolazzjonijiet ta’ dispożizzjonijiet interni dwar il-protezzjoni tad-data.

(31)

Din id-Deċiżjoni Qafas tippermetti l-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali biex jittieħdu fil-kont meta jiġu implimentati l-prinċipji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni Qafas.

(32)

Meta jkun meħtieġ li tiġi protetta data personali relatata ma’ proċessar li, minħabba d-daqs jew it-tip tippreżenta riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, per eżempju pproċessar b’mezzi ta’ teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, ikun xieraq li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali superviżorji jiġu kkonsultati qabel l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ arkivjar immirati għall-ipproċessar ta’ din id-data.

(33)

Il-ħolqien fl-Istati Membri ta’ awtoritajiet superviżorji, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja bejn l-Istati Membri.

(34)

L-awtoritajiet superviżorji diġà stabbiliti fl-Istati Membri skond id-Direttiva 95/46/KE għandhom ikunu jistgħu wkoll jassumu r-responsabbiltà għall-kompiti li jridu jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni li jiġu stabbiliti taħt din id-Deċiżjoni Qafas.

(35)

Tali awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom il-mezzi neċessarji biex iwettqu d-doveri tagħhom, inkluż poteri ta’ investigazzjoni u intervent, b’mod partikolari f’każijiet ta’ lmenti minn individwi, jew poteri biex jimpenjaw ruħhom fi proċedimenti legali. Dawn l-awtoritajiet superviżorji għandhom jgħinu biex jiżguraw trasparenza ta’ pproċessar fl-Istati Membri li għandhom ġurisdizzjoni fuqhom. Madankollu, is-setgħat tagħhom m’għandhomx jinterferixxu ma’ regoli speċifiċi mniżżlin għall-proċedimenti kriminali jew l-indipendenza tal-ġudikatura.

(36)

L-Artikolu 47 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipola li xejn fih m’għandu jaffettwa t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej jew it-Trattati u l-Atti sussegwenti li jimmodifikawhom jew jissupplimentawhom. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni Qafas ma taffettwax il-protezzjoni tad-data personali skond il-liġi Komunitarja, b’mod partikolari kif prevista fid-Direttiva 95/46/KE, fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4) u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (5).

(37)

Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għar-regoli rigward l-aċċess illeċitu għad-data mniżżlin fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI ta’ l-24 ta’ Frar 2005 dwar attakki kontra s-sistemi ta’ l-informazzjoni (6).

(38)

Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu u impenn li jorbot lill-Istati Membri jew lill-Unjoni bis-saħħa ta’ strumenti ta’ ftehim bilaterali u/jew multilaterali ma’ Stati terzi. Strumenti ta’ ftehim futuri għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar skambji ma’ Stati terzi.

(39)

Diversi atti, adottati abbażi tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fihom dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni ta’ data personali skambjata jew ipproċessata mod ieħor skond dawk l-atti. F’xi każijiet dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu sett ta’ regoli komplet u koerenti li jkopri l-aspetti rilevanti kollha tal-protezzjoni tad-data (prinċipji tal-kwalità tad-data, regoli dwar is-sigurtà tad-data, regolazzjoni tad-drittijiet u s-salvagwardji tas-suġġetti tad-data, organizzazzjoni tas-superviżjoni u r-responsabbiltà) u huma jirregolaw dawn il-materji f’aktar dettall minn din id-Deċiżjoni Qafas. Is-sett rilevanti tad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data ta’ dawk l-atti, partikolarment dawk li jirregolaw il-funzjonament ta’ l-Europol, l-Eurojust, is-SIS u s-CIS, kif ukoll dawk li jintroduċu aċċess dirett lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għal ċerti sistemi tad-data ta’ Stati Membri oħrajn, m’għandhomx ikunu affettwati minn din id-Deċiżjoni Qafas. L-istess japplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw it-trasferiment awtomatizzat bejn l-Istati Membri tal-profili tad-DNA, id-data dattiloskopika u d-data tar-reġistrazzjoni nazzjonali tal-vetturi skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (7).

(40)

F’każijiet oħrajn id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data fl-atti, adottati abbażi tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huma aktar limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni. Dawn spiss jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi għall-Istat Membru li jirċievi l-informazzjoni li jkun fiha data personali minn Stati Membri oħrajn dwar il-finijiet li għalihom jista’ juża dik id-data, iżda għal aspetti oħrajn tal-protezzjoni tad-data jirreferu għall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward ta’ l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tat-28 ta’ Jannar 1981 jew għal-liġi nazzjonali.

(41)

Sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-atti li jimponu kondizzjonijiet fuq l-Istati Membri riċeventi fir-rigward ta’ l-użu jew tat-trasferiment ulterjuri tad-data personali huma aktar restrittivi minn dawk li jinsabu fid-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, dawn ta’ l-ewwel għandhom jibqgħu mhux affettwati. Madankollu, għall-aspetti l-oħrajn kollha r-regoli mniżżla f’din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu applikati. Din id-Deċiżjoni Qafas ma taffettwax il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward ta’ l-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali, il-Protokoll Addizzjonali għal dik il-Konvenzjoni tat-8 ta’ Novembru 2001, jew il-konvenzjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.

(42)

Billi l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jiġifieri d-determinazzjoni tar-regoli komuni għall-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq il-livell ta’ l-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u msemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, din id-Deċiżjoni Qafas ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(43)

Ir-Renju Unit qed jieħu sehem f’din id-Deċiżjoni Qafas, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 8 (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi disposizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (8).

(44)

L-Irlanda qed tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni Qafas skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 6 (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (9).

(45)

Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni Qafas tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (10), li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti H u I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (11).

(46)

Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni Qafas tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (12), li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti H u I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (13) dwar il-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea.

(47)

Fir-rigward ta’ Liechtenstein, din id-Deċiżjoni Qafas tikkonstitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti H u I tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/262/ĠAI dwar l-iffirmar ta’ dak il-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea (14).

(48)

Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea (15). Din id-Deċiżjoni Qafas tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-drittijiet ta’ privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali riflessi fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:

Artikolu 1

Fini u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Il-fini ta’ din id-Deċiżjoni Qafas hu li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi, u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza, fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali, prevista mit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li jkun ggarantit livell għoli ta’ sigurtà pubblika.

2.   B’konformità ma’ din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri għandhom jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi, u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza meta, għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali, id-data personali:

(a)

tintbagħat jew intbagħtet jew issir disponibbli bejn l-Istati Membri,

(b)

tintbagħat jew intbagħtet jew issir disponibbli mill-Istati Membri lill-awtoritajiet jew lil sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti abbażi tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew

(ċ)

tintbagħat jew intbagħtet jew issir disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri minn awtoritajiet jew sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

3.   Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali b’mod intier jew parzjalment b’mezzi awtomatiċi, u għall-ipproċessar b’mezzi mhux awtomatiċi, ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ arkivjar jew hija intiżi biex tagħmel parti minn sistema ta’ arkivjar.

4.   Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għal interessi essenzjali ta’ sigurtà nazzjonali u attivitajiet speċifiċi ta’ intelligence fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali.

5.   Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jipprovdu, għall-protezzjoni ta’ data personali miġbura jew ipproċessata fil-livell nazzjonali, salvagwardji ogħla minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas:

(a)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna identifikabbli hija waħda li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha;

(b)

“ipproċessar ta’ data personali” u “pproċessar” jfissru kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet imwettqa fuq data personali, kemm jekk b’mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħal ġbir, reġistrar, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew alterazzjoni, irkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar permezz ta’ trasmissjoni, disseminazzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’mod ieħor, allinjament jew kombinazzjoni, imblukkar, tħassir jew qerda;

(ċ)

“imblukkar” tfisser l-immarkar ta’ data personali maħżuna bl-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-futur;

(d)

“sistema ta’ arkivjar ta’ data personali” u “sistema ta’ arkivjar” tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ data personali li hija aċċessibbli skond kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika;

(e)

“proċessur” tfisser kwalunkwe korp li jipproċessa data personali f’isem il-kontrollur;

(f)

“destinatarju” tfisser kull korp li lilu jiġi żvelat data;

(g)

“il-kunsens tas-suġġett tad-data” tfisser kwalunkwe indikazzjoni speċifika u infurmata tax-xewqat tiegħu mogħtija liberament mis-suġġett tad-data li biha juri l-qbil tiegħu li tiġi pproċessata d-data personali relatata miegħu;

(h)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser aġenziji jew korpi stabbiliti b’atti legali adottati mill-Kunsill skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-pulizija, id-dwana, l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħrajn ta’ l-Istati Membri li huma awtorizzati mil-liġi nazzjonali biex jipproċessaw data personali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas;

(i)

“kontrollur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika, l-awtorità pubblika, l-aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali;

(j)

“referenzjar” tfisser l-immarkar ta’ data personali maħżuna mingħajr l-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-futur;

(k)

“tagħmel anonomu” tfisser il-modifika ta’ data personali b’tali mod li d-dettalji dwar ċirkostanzi personali jew materjali ma jkunux jistgħu jiġu aktar attribwiti jew ikunu jistgħu jiġu attribwiti biss b’investiment sproporzjonat ta’ ħin, nefqa u xogħol lil persuna fiżika identifikata jew identifikabbli.

Artikolu 3

Prinċipji ta’ legalità, proporzjonalità u fini

1.   Id-data personali tista’ tinġabar biss mill-awtoritajiet kompetenti għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi fil-qafas tal-kompiti tagħhom u tista’ tiġi biss ipproċessata għall-istess fini li għalih tkun inġabret id-data. L-ipproċessar ta’ data għandu jkun legali u adegwat, rilevanti u mhux eċċessiv f’relazzjoni mal-finijiet li għalihom tinġabar.

2.   Aktar ipproċessar għal fini ieħor għandu jkun permess biss jekk:

(a)

ma jkunx inkompatibbli mal-finijiet li għalih tkun inġabret id-data;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti huma awtorizzati jipproċessaw tali data għal tali fini ieħor skond id-dispożizzjonijiet legali applikabbli; u

(ċ)

l-ipproċessar huwa meħtieġ u proporzjonat għal dak il-fini l-ieħor.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jipproċessaw ulterjorment id-data personali trasmessa għal finijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi, sakemm l-Istati Membri jipprovdu salvagwardji adatti, bħal li d-data ssir anonima.

Artikolu 4

Rettifika, tħassir u mblukkar

1.   Data personali għandha tiġi rettifikata jekk mhux preċiża u, fejn dan huwa possibbli u meħtieġ, kompletata jew aġġornata.

2.   Id-data personali għandha titħassar jew issir anonima meta mhux aktar meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun inġabret leġittimament jew leġittimament ipproċessata aktar. L-arkivjar ta’ dik id-data f’sett ta’ data separat għall-perijodu xieraq skond il-liġi nazzjonali m’għandux jiġi affettwat b’din id-dispożizzjoni.

3.   Data personali għandha tiġi mblukkata minflok ma titħassar jekk hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-tħassir jista’ jaffettwa l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data. Id-data mblukkata għandha tiġi pproċessata biss għall-fini li impedixxa t-tħassir tagħha.

4.   Meta d-data personali tkun tinsab f’deċiżjoni jew reġistru ġudizzjarju relatat mal-ħruġ ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ir-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar għandhom jitwettqu skond ir-regoli nazzjonali dwar proċedimenti ġudizzjarji.

Artikolu 5

Stabbiliment ta’ limiti taż-żmien għat-tħassir u r-reviżjoni

Għandhom jiġu stabbiliti limti taż-żmien adatti għat-tħassir ta’ data personali jew reviżjoni perjodika tal-ħtieġa ta’ ħażna tad-data. Miżuri proċedurali għandhom jiżguraw li dawn il-limiti taż-żmien jiġu osservati.

Artikolu 6

Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data

L-ipproċessar ta’ data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade unions u l-ipproċessar ta’ data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun permess biss meta dan ikun strettament meħtieġ u meta l-liġi nazzjonali tipprevedi salvagwardji adegwati.

Artikolu 7

Deċiżjonijiet individwali awtomatizzati

Deċiżjoni li tipproduċi effett legali ħażin għas-suġġett tad-data jew li taffettwah b’mod konsiderevoli u li hija bbażata unikament fuq ipproċessar ta’ data awtomizzat maħsub biex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-data għandha tkun permessa biss jekk tkun awtorizzata minn liġi li tistabbilixxi wkoll miżuri għas-salvagwardja ta’ l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data.

Artikolu 8

Verifika tal-kwalità ta’ data li tintbagħat jew issir disponibbli

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jipprevedu li d-data personali li ma tkunx preċiża, mhux kompleta jew mhux aktar aġġornata ma tkunx trasmessa jew issir disponibbli. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sa fejn ikun prattikabbli, jivverifikaw il-kwalità tad-data personali qabel ma din tintbagħat jew issir disponibbli. Sa fejn huwa possibbli, fit-trasmissjonijiet kollha ta’ data, għandha tiżdied l-informazzjoni disponibbli li tippermetti lill-Istat Membru destinatarju jevalwa l-grad ta’ preċiżjoni, kompletezza, aġġornament u affidabbiltà. Jekk data personali tkun intbagħtet mingħajr ma ġiet mitluba l-awtorità destinatarja għandha tivverifika mingħajr dewmien jekk din id-data hix meħtieġa għall-fini li għalih kienet intbagħtet.

2.   Jekk jirriżulta li ġiet trasmessa data mhux preċiża, jew ġiet trasmessa data b’mod illegali, id-destinatarju għandu jiġi nnotifikat mingħajr dewmien. Id-data għandha tiġi rettifikata, imħassra jew imblukkata mingħajr dewmien skond l-Artikolu 4.

Artikolu 9

Limiti taż-żmien

1.   Mat-trasmissjoni tad-data jew malli d-data ssir disponibbli, l-awtorità li tittrasmetti tista’ f’konformità mal-liġi nazzjonali u skond l-Artikoli 4 u 5, tindika l-limiti taż-żmien għaż-żamma tad-data, u ma’ l-iskadenza tagħhom id-destinatarju għandu jħassar jew jimblokka d-data jew jirrevedi jekk għadhomx meħtieġa jew le. Dan l-obbligu m’għandux japplika jekk, fil-ħin ta’ l-iskadenza ta’ dawn il-limiti taż-żmien, id-data tkun meħtieġa għal investigazzjoni attwali, prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew infurzar ta’ pieni kriminali.

2.   Meta l-awtorità li tittrasmetti ma tkunx indikat limitu taż-żmien skond il-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-limiti taż-żmien msemmija fl-Artikoli 4 u 6 għaż-żamma tad-data previsti skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru destinatarju.

Artikolu 10

Reġistrazzjoni u dokumentazzjoni

1.   It-trasmissjonijiet kollha ta’ data personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta’ verifika tal-legalità ta’ l-ipproċessar tad-data, l-awto-monitoraġġ u li tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data.

2.   Ir-reġistri jew id-dokumentazzjoni mħejjijin skond il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati fuq talba lill-awtorità superviżorja kompetenti għall-kontroll tal-protezzjoni tad-data. L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tuża din l-informazzjoni biss għall-kontroll tal-protezzjoni tad-data u sabiex ikunu żgurati l-ipproċessar adatt tad-data kif ukoll l-integrità u s-sigurtà tad-data.

Artikolu 11

Proċessar ta’ data personali rċevuta jew li ssir disponibbli mingħand Stat Membru ieħor

Id-data personali rċevuta jew li ssir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tista’, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(2), tiġi pproċessata ulterjorment biss għall-finijiet li ġejjin minbarra dawk li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli:

(a)

il-prevenzjoni, l-istħarriġ, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali minbarra dawk li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli;

(b)

proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi oħrajn relatati direttament mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(ċ)

il-prevenzjoni ta’ theddid serju u immedjat għas-sigurtà pubblika; jew

(d)

kwalunkwe fini ieħor bil-kunsens biss minn qabel ta’ l-Istat Membru li jittrasmetti jew bil-kunsens tas-suġġett tad-data, mogħti f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jipproċessaw ulterjorment id-data personali trasmessa għal finijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi, sakemm l-Istati Membri jipprovdu salvagwardji adatti, bħal per eżempju, li d-data ssir anonima.

Artikolu 12

Konformità ma’ restrizzjonijiet ta’ pproċessar nazzjonali

1.   Fejn, skond il-liġi ta’ l-Istat Membru li jittrasmetti, japplikaw restrizzjonjiet speċifiċi ta’ pproċessar f’ċirkostanzi speċifiċi għal skambji ta’ data bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan dak l-Istat Membru, l-awtorita li tittrasmetti għandha tinforma lid-destinatarju b’tali restrizzjonijiet. Id-destinatarju għandu jiżgura li dawn ir-restrizzjonijiet ta’ pproċessar huma sodisfatti.

2.   Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri m’għandhomx japplikaw restrizzjonijiet dwar trasmissjonijiet ta’ data lil Stati Membri oħrajn jew lil aġenziji jew korpi stabbiliti skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ħlief dawk applikabbli f’trasmissjonijiet simili ta’ data nazzjonali.

Artikolu 13

Trasferiment lil awtoritajiet kompetenti fi Stati terzi jew lil korpi internazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-data personali trasmessa jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tista’ tiġi trasferita lil Stati terzi jew korpi internazzjonali biss jekk:

(a)

tkun meħtieġa għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali,

(b)

l-awtorità destinatarja fl-Istat terz jew il-korp internazzjonali destinatarju huma responsabbli għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali,

(ċ)

L-Istat Membru li mingħandu nkisbet id-data ta l-kunsens tiegħu għat-trasferiment f’konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu, u

(d)

l-Istat terz jew il-korp internazzjonali kkonċernat jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għall-ipproċessar maħsub ta’ data.

2.   It-trasferiment mingħajr kunsens minn qabel skond il-paragrafu 1(c) għandu jkun permess biss jekk it-trasferiment tad-data jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew Stat terz jew għall-interessi essenzjali ta’ Stat Membru u l-kunsens minn qabel ma jistax jinkiseb fi żmien debitu. L-awtorità responsabbli għal għoti ta’ kunsens għandha tkun infurmata mingħajr dewmien.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1(d), id-data personali tista’ tiġi ttrasferita jekk:

(a)

il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru li jittrasferixxi d-data hekk jipprevedi minħabba:

(i)

l-interessi leġittimi speċifiċi tas-suġġett tad-data, jew

(ii)

l-interessi leġittimi prevalenti, speċjalment interessi pubbliċi importanti, jew

(b)

l-Istat terz jew il-korp internazzjonali destinatarju jipprevedi għal salvagwardji li huma meqjusa xierqa mill-Istat Membru kkonċernat skond il-liġi nazzjonali tiegħu.

4.   L-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni msemmi fil-paragrafu 1(d) għandha tkun ivvalutata fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-data jew sett ta’ operazzjonijiet ta’ trasferimenti tad-data. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data, il-fini u tul ta’ l-operazzjoni jew operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data, l-Istat ta’ l-oriġini u l-Istat jew il-korp internazzjonali tad-destinazzjoni finali tad-data, ir-regoli tal-liġi, kemm ġenerali u settorjali, fis-seħħ fl-Istat terz jew il-korp internazzjonali kkonċernat u r-regoli professonali u l-miżuri ta’ sigurtà li japplikaw.

Artikolu 14

Trasmissjoni lil partijiet privati fl-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li data personali riċevuta minn jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tista’ tiġi trasmessa lil partijiet privati biss jekk:

(a)

l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn tkun inkisbet id-data tkun tat ilkunsens tagħha għat-trasmissjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha,

(b)

ebda interessi leġittimi speċifiċi tas-suġġett tad-data ma jipprevjenu t-trasmissjoni u

(ċ)

f’każijiet partikolari t-trasferiment ikun essenzjali għall-awtorità kompetenti li tkun qed tittrasmetti d-data lil parti privata għal:

(i)

it-twettiq ta’ kompitu li jkun ġie assenjat lilha legalment;

(ii)

għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(iii)

għall-prevenzjoni ta’ theddid serju u immedjat għas-sigurtà pubblika, jew

(iv)

għall-prevenzjoni ta’ ħsara serja lid-drittijiet ta’ individwi.

2.   L-awtorità kompetenti li tkun qed tittrasmetti d-data lil parti privata għandha tinforma lil din ta’ l-aħħar bil-finijiet li għalihom id-data tista’ tintuża b’mod esklużiv.

Artikolu 15

Informazzjoni fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti

Id-destinatarju għandu, fuq talba, jinforma lill-awtorità kompetenti li tkun ittrasmettiet jew għamlet disponibbli d-data personali dwar l-ipproċessar tagħha.

Artikolu 16

Informazzjoni għas-suġġett tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa infurmat bil-ġbir jew bl-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, skond il-liġi nazzjonali.

2.   Meta data personali tkun ġiet trasmessa jew tkun saret disponibbli bejn l-Istati Membri, kull Stat Membru jista’, skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tiegħu msemmijin fil-paragrafu 1, jitlob li l-Istat Membru l-ieħor ma jinfurmax lis-suġġett tad-data. F’dan il-każ l-Istat Membru ta’ l-aħħar m’għandux jinforma lis-suġġett tad-data mingħajr kunsens minn qabel mill-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 17

Dritt ta’ aċċess

1.   Kull suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb, wara talbiet magħmula f’intervalli raġonevoli, mingħajr limitazzjoni u mingħajr dewmien jew spiża:

(a)

mill-inqas konferma mill-kontrollur jew mill-awtorità nazzjonali superviżorji jekk data relatata miegħu jew le ġietx trasmessa jew magħmula disponibbli u informazzjoni dwar id-destinatarji jew kategoriji ta’ destinatarji li lilhom ġiet żvelata d-data u komunikazzjoni tad-data għaddejja minn ipproċessar; jew

(b)

mill-inqas, konferma mill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni li seħħew il-verifiki kollha meħtieġa.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġislattivi li jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni skond il-paragrafu 1(a), fejn tali restrizzjoni, b’kont debitu ta’ l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata:

(a)

biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)

biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(ċ)

biex tipproteġi s-sigurtà pubblika;

(d)

biex tipproteġi s-sigurtà nazzjonali;

(e)

biex tipproteġi s-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

3.   Kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni għall-aċċess għandha ssir bil-miktub lis-suġġett tad-data. Fl-istess ħin, ir-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni għandhom ukoll ikunu kkomunikati lilu. Din il-komunikazzjoni ta’ l-aħħar tista’ titħalla barra fejn teżisti raġuni skond il-paragrafu 2(a) sa (e). F’dawn il-każijiet kollha s-suġġett tad-data għandu jkun avżat li hu jista’ jappella lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ superviżjoni lil awtorità ġudizzjarja jew lil qorti.

Artikolu 18

Dritt għal rettifika, tħassir jew imblukkar

1.   Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jistenna li l-kontrollur jissodisfa d-doveri tiegħu skond l-Artikoli 4, 8 u 9 dwar ir-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar ta’ data personali li toħroġ minn din id-Deċiżjoni Qafas. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jekk is-suġġett tad-data jistax jasserixxi dan id-dritt direttament kontra l-kontrollur jew permezz ta’ l-intermedjarju ta’ l-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni kompetenti. Jekk il-kontrollur jirrifjuta r-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar, ir-rifjut għandu jiġi kkomunikat bil-miktub lis-suġġett tad-data li għandu jiġi infurmat dwar il-possibbiltajiet previsti fil-liġi nazzjonali għall-ippreżentar ta’ lment jew biex jitfittex rimedju ġudizzjarju. Ma’ l-eżami ta’ l-ilment jew ir-rimedju ġudizzjarju, is-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat dwar jekk il-kontrollur aġixxiex b’mod korrett jew le. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li s-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat li tkun seħħet reviżjoni mill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni kompetenti.

2.   Jekk l-eżattezza dwar punt ta’ data personali tiġi kontestata mis-suġġett tad-data u l-eżattezza jew l-ineżattezza tagħha ma tistax tkun aċċertata, jista’ jseħħ referenzjar għal dak il-punt ta’ data.

Artikolu 19

Dritt għall-kumpens

1.   Kwalunkwe persuna li sofriet dannu b’riżultat ta’ operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew ta’ kwalunkwe att inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Deċiżjoni Qafas għandha tkun intitolata li tirċievi kumpens għad-dannu soffert mill-kontrollur jew awtorità kompetenti oħra skond il-liġi nazzjonali.

2.   Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tkun ittrasmettiet data personali, id-destinatarju ma jistax, fil-kuntest tar-responsabbiltà tiegħu viv-à-vis il-parti milquta b’mod konformi mal-liġi nazzjonali, isemmi bħala difiża li d-data trasmessa ma kinitx eżatta. Jekk id-destinatarju jħallas kumpens għal dannu kkaġunat bl-użu ta’ data mhux trasmessa korrettament, l-awtorità kompetenti li tittrasmetti għandha tirrifondi lid-destinatarju l-ammont imħallas f’danni, b’kont meħud ta’ kwalunkwe żball li jista’ jkun hemm min-naħa tad-destinatarju.

Artikolu 20

Rimedji ġudizzjarji

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv li għalih jista’ jsir provvediment qabel ma ssir referenza lill-awtorità ġudizzjarja, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju għall kwalunkwe ksur tad-drittijiet garantiti lilu mil-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 21

Kunfidenzjalità ta’ l-ipproċessar

1.   Kwalunkwe persuna li għandha aċċess għal data personali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas tista’ tipproċessa biss jekk dik il-persuna hija membru ta’, jew taġixxi fuq l-istruzzjonijiet ta’, l-awtorità kompetenti, sakemm ma tkunx meħtieġa biex tagħmel dan bil-liġi.

2.   Il-persuni li jaħdmu għal awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandhom ikunu marbutin bir-regoli kollha għall-protezzjoni tad-data li japplikaw għall-awtorità kompetenti in kwistjoni.

Artikolu 22

Sigurtà ta’ l-ipproċessar

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jipproteġu d-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf aċċidentali, l-alterazzjoni, l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari meta l-ipproċessar jinvolvi t-trasmissjoni fuq netwerk jew id-disponibbiltà bl-għoti ta’ aċċess awtomatizzat dirett, u kontra kull sura illegali oħra ta’ pproċessar, waqt li jitqiesu b’mod partikolari r-riskji rrappreżentati bl-ipproċessar u n-natura tad-data li ser tiġi protetta. Waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-ispiża ta’ l-implimentazzjoni tagħhom, tali miżuri għandhom jiżguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rrappreżentati bl-ipproċessar u n-natura tad-data li ser tiġi protetta.

2.   Fir-rigward ta’ l-ipproċessar awtomatizzat tad-data kull Stat Membru għandu jimplimenta miżuri mfasslin sabiex:

(a)

jiċħdu l-aċċess minn persuni mhux awtorizzati għat-tagħmir li jipproċessa d-data użat għall-ipproċessar ta’ data personali (kontroll ta’ l-aċċess għat-tagħmir);

(b)

jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-medja tad-data (kontroll tal-medja tad-data);

(ċ)

jimpedixxu d-dħul mhux awtorizzat ta’ data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ data personali maħżuna (kontroll tal-ħażna);

(d)

jimpedixxu l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar ta’ data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll ta’ l-utent);

(e)

jiżguraw li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta’ pproċessar ta’ data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (kontroll ta’ l-aċċess għad-data);

(f)

jiżguraw li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi ntbagħtet jew saret disponibbli jew tista’ tintbagħat jew issir disponibbli data personali bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(g)

jiżguraw li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f’sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar tad-data u meta u minn min iddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);

(h)

jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ data personali waqt it-trasferiment tad-data personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-medja tad-data (kontroll tat-trasport);

(i)

jiżguraw li s-sistemi installati jistgħu, f’każ ta’ interruzzjoni, jiġu rranġati (irkupru);

(j)

jiżguraw li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu, li s-sejbien ta’ żbalji fil-funzjonijiet jiġi rrappurtat (affidabbiltà) u li d-data maħżuna ma tistax tiġi korrotta permezz ta’ funzjonament ħażin tas-sistema (integrità).

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-proċessuri jinħatru biss jekk jiggarantixxu li josservaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi rikjesti skond il-paragrafu 1 u jikkonformaw ma’ l-istruzzjonijiet skond l-Artikolu 21. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja lill-proċessur f’dawk l-aspetti.

4.   Id-data personali tista’ tkun ipproċessata minn proċessur biss abbażi ta’ att legali jew kuntratt bil-miktub.

Artikolu 23

Konsultazzjoni minn qabel

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni kompetenti jkunu kkonsultati qabel l-ipproċessar ta’ data personali li tkun tagħmel parti minn sistema ġdida ta’ arkivjar li tkun ser tinħoloq fejn:

(a)

iridu jiġu pproċessati kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 7, jew

(b)

it-tip ta’ pproċessar, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jinvolvi riskji speċifiċi mod ieħor għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u partikolarment il-privatezza, tas-suġġett tad-data.

Artikolu 24

Pieni

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas u għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi li jiġu imposti fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 25

Awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jagħmel provvediment sabiex awtorità pubblika waħda jew aktar ikunu responsabbli sabiex jagħtu pariri u jimmonitorjaw l-applikazzjoni fit-territorju tiegħu tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Istat Membru skond din id-Deċiżjoni Qafas. Dawn l-awtoritajiet għandhom jaġixxu b’indipendenza sħiħa meta jwettqu l-funzjonijiet fdati lilhom.

2.   Kull awtorità għandu b’mod partikolari tingħata:

(a)

setgħat investigattivi, bħal ma huma setgħat ta’ aċċess għad-data li hija s-suġġett ta’ l-operazzjonijiet ta’ pproċessar u setgħat ta’ ġbir ta’ l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha ta’ superviżjoni;

(b)

setgħat effettivi ta’ intervent, bħal, per eżempju, dik li tagħti opinjonijiet qabel ma jitwettqu operazzjonijiet ta’ pproċessar, u li tiżgura l-pubblikazzjoni adegwata ta’ dawk l-opinjonijiet, li tordna l-imblukkar, it-tħassir jew il-qerda tad-data, li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar, li twissi jew twiddeb lill-kontrollur, jew li tirreferi l-kwistjoni lill-parlamenti nazzjonali jew istituzzjonijiet politiċi oħrajn;

(ċ)

is-setgħa li tidħol fi proċedimenti legali meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni Qafas ikunu nkisru jew li tressaq dan il-ksur għall-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet ġudizzjarji. Id-deċiżjonijiet ta’ l-awtorità superviżorja li jwasslu għal ilmenti jista’ jsir appell kontrihom permezz tal-qrati.

3.   Kull awtorità superviżorja għandha tisma’ t-talbiet li jitressqu minn kwalunkwe persuna fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tiegħu dwar l-ipproċessar ta’ data personali. Il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata dwar ir-riżultat tat-talba.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri u l-persunal ta’ l-awtorità superviżorja huma marbutin bid-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data applikabbli lill-awtorità kompetenti in kwistjoni u, ukoll wara li jintemm l-impjieg tagħhom, huma jkunu soġġetti għad-dmir ta’ segretezza professjonali rigward l-informazzjoni kunfidenzjali li għandhom aċċess għaliha.

Artikolu 26

Relazzjoni ma’ Strumenti ta’ ftehim ma’ Stati terzi

Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu u impenn li jorbot lill-Istati Membri jew lill-Unjoni bis-saħħa ta’ strumenti ta’ ftehim bilaterali u/jew multilaterali ma’ Stati terzi li jeżistu fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas.

Fl-applikazzjoni ta’ dawn l-istrumenti ta’ ftehim, it-trasferiment lil Stat terz ta’ data personali miksuba minn Stat Membru ieħor, għandu jitwettaq filwaqt li jkun irrispettat l-Artikolu 14(1)(c) jew (2), kif xieraq.

Artikolu 27

Evalwazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Novembru 2013 dwar il-miżuri nazzjonali li jkunu adottaw biex jiżguraw konformità sħiħa ma’ din id-Deċiżjoni Qafas, u partikolarment rigward dawk id-dispożizzjonijiet li diġà jrid ikun hemm konformità magħhom meta tinġabar id-data. Il-Kummissjoni għandha teżamina b’mod partikolari l-implikazzjonijiet ta’ dawk id-dispożizzjoni għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas kif imniżżel fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sena dwar l-eżitu ta’ l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u għandha takkumpanja r-rapport tagħha bi kwalunkwe proposti xierqa għal emendi għal din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 28

Relazzjoni ma’ atti ta’ l-Unjoni adottati preċedentement

Fejn f’atti, adottati skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni Qafas u li jirregolaw l-iskambju ta’ data personali bejn l-Istati Membri jew l-aċċess ta’ l-awtoritajiet maħtura ta’ l-Istati Membri għas-sistemi ta’ l-informazzjoni stabbiliti skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ġew introdotti kondizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu ta’ tali data mill-Istat Membru riċeventi, dawn il-kondizzjonijiet għandu jkollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas dwar l-użu ta’ data rċevuta jew li saret disponibbli minn Stat Membru ieħor.

Artikolu 29

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas qabel is-27 ta’ Novembru 2010.

2.   Sa l-istess data l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skond din id-Deċiżjoni Qafas, kif ukoll informazzjoni dwar l-awtoritajiet superviżorji msemmijin fl-Artikolu 25. Abbażi ta’ rapport stabbilit bl-użu ta’ din l-informazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu, qabel is-27 ta’ Novembru 2011, jivvaluta l-limitu sa fejn l-Istati Membri jkunu kkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  ĠU C 125 E, 22.5.2008, p. 154.

(2)  ĠU C 198, 12.8.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(6)  ĠU L 69, 16.3.2005, p. 67.

(7)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(8)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(9)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(10)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(11)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(12)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(13)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50.

(14)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 5.

(15)  ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.


30.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350/72


DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2008/978/ĠAI

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu fi proċedimenti f’materji kriminali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi,

(1)

L-Unjoni Ewropea tat hija nnifisha l-objettiv taż-żamma u l-iżvilupp ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, u b’mod partikolari l-punt 33 tiegħu, il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għandu jsir il-pedament ta’ koperazzjoni ġudizzjarja f’materji kemm ċivili kif ukoll kriminali fl-Unjoni.

(2)

Fid-29 ta’ Novembru 2000, il-Kunsill, konformement mal-Konkluzjonijiet ta’ Tampere, adotta programm ta’ miżuri sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku f’materji kriminali (2). Din id-Deċiżjoni Kwadru hija meħtieġa sabiex jiġu kkompletati l-miżuri 5 u 6 ta’ dak il-programm, li jittrattaw ir-rikonoxximent reċiproku ta’ l-ordnijiet sabiex jinkisbu provi.

(3)

Il-punt 3.3.1 tal-Programm ta’ l-Aja (3), inkluż fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ l-4 u l-5 ta’ Novembru 2004, jenfasizza l-importanza ta’ l-ikkompletar tal-programm komprensiv ta’ miżuri sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku f’materji kriminali u jissottolinja l-introduzzjoni tal-Mandat Ewropew għall-Provi (European Evidence Warrant, EEW) bħala materja ta’ prijorità.

(4)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (4) kienet l-ewwel miżura konkreta fil-qasam tal-liġi kriminali li timplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

(5)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-eżekuzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ordnijiet li jiffriżaw proprjetà u provi (5) tindirizza l-ħtieġa għal rikonoxximent reċiproku immedjat ta’ ordnijiet għall-prevenzjoni tad-distruzzjoni, it-trasformazzjoni, iċ-ċaqlieq, it-trasferiment jew id-dispożizzjoni ta’ provi. Madankollu, din tittratta biss ma’ parti mill-firxa ta’ koperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fir-rigward ta’ provi, u trasferiment sussegwenti ta’ provi jitħalla għal proċeduri ta’ assistenza reċiproka.

(6)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-koperazzjoni ġudizzjarja tittejjeb ulterjorment billi jiġi applikat il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjoni ġudizzjarja, fil-forma ta’ Mandat Ewropew, għall-għan li jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għal użu fi proċedimenti f’materji kriminali.

(7)

l-EEW jista’ jintuża sabiex jinkiseb kwalunkwe oġġett, dokument u data għal użu fi proċedimenti f’materji kriminali li għalihom jista’ jinħareġ. Dan jista’ jinkludi per eżempju objettivi, dokumenti jew data minn parti terza; minn tfittxija ta’ bini inkluż bini privat tas-suspett; data storika dwar l-użu ta’ kwalunkwe servizz inklużi transazzjonijiet finanzjarji; rekords storiċi ta’ dikjarazzjonijiet, intervisti u smigħ; u rekords oħrajn (…) inklużi r-riżultati ta’ tekniki investigattivi speċjali.

(8)

Il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku huwa ibbażat fuq livell għoli ta’ kunfidenza bejn l-Istati Membri. Sabiex tiġi promossa din il-kunfidenza, din id-Deċiżjoni Kwadru għandu jkollha salvagwardji importanti għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. L-EEW għandu għalhekk jinħareġ biss minn imħallfin, qrati, maġistrati inkwirenti, prosekuturi pubbliċi u ċerti awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn kif definiti mill-Istati Membri konformement ma’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

(9)

Din id-Deċiżjoni Kwadru hi adottata taħt l-Artikolu 31 tat-Trattat u għalhekk tikkonċerna koperazzjoni ġudizzjarja fil-kuntest ta’ dik id-dispożizzjoni, bil-għan li tgħin il-ġabra ta’ provi għal proċedimenti kif definit fl-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru. Għalkemm awtoritajiet oħrajn minbarra imħallfin, qrati, maġistrati inkwirenti u prosekuturi pubbliċi jistgħu jkollhom rwol fil-ġabra ta’ dawn il-provi skond l-Artikolu 2(ċ)(ii) ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-istrument ma jkoprix koperazzjoni tal-pulizija, id-dwana, tal-fruntieri u amministrattiva li huma regolati minn dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattati.

(10)

Id-definizzjoni tat-terminu “tfittxija jew konfiska” m’għandhiex tiġi invokata għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe strument ieħor applikabbli bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar assistenza reċiproka f’materji kriminali ta’ l-20 ta’ April 1959, u l-istrumenti li jissupplimentawha.

(11)

EEW għandu jinħareġ biss meta l-kisba ta’ l-oġġetti, dokumenti jew data mfittxija tkun meħtieġa u proporzjonata għall-fini tal-proċedimenti kriminali jew oħrajn ikkonċernati. Barra minn hekk, EEW għandu jinħareġ biss meta l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data kkonċernati jistgħu jinkisbu taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti f’każ komparabbli. Ir-responsabbiltà sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawn il-kondizzjonijiet għandha tkun f’idejn l-awtorità emittenti. Ir-raġunijiet għal non-rikonoxximent jew non-eżekuzzjoni m’għandhomx għalhekk ikopru dawn il-materji.

(12)

L-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tuża l-mezzi l-inqas intrużivi sabiex tikseb l-oġġetti, dokumenti jew data mfittxija.

(13)

L-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tkun obbligata teżegwixxi l-EEW għal data elettronika li ma tinsabx fl-Istat ta’ eżekuzzjoni sal-punt fejn dan ikun possibbli taħt il-liġi tiegħu.

(14)

Għandu jkun possibbli, jekk il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti tipprovdi dan fit-traspożizzjoni ta’ l-Artikolu 12, għall-awtorità emittenti li titlob lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni sabiex issegwi formalitajiet u proċeduri speċifikati fir-rigward ta’ proċessi legali jew amministrattivi li jistgħu jassistu f’li jagħmlu ammissibbli l-provi mfittxija fl-Istat emittenti, per eżempju t-timbru uffiċjali ta’ dokument, il-preżenza ta’ rappreżentant mill-Istat emittenti, jew ir-reġistrazzjoni ta’ ħinijiet u dati sabiex tinħoloq katina ta’ provi. Tali formalitajiet u proċeduri m’għandhomx jinkludu miżuri koersivi.

(15)

L-eżekuzzjoni ta’ EEW għandha, sa fejn hu l-aktar possibbli, u mingħajr preġudizzju għal garanziji fundamentali taħt il-liġi nazzjonali, titwettaq skond il-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-Istat emittenti.

(16)

Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, il-possibbiltà li jiġi rifjutat rikonoxximent jew eżekuzzjoni ta’ EEW, kif ukoll ir-raġunijiet għall-posponiment ta’ eżekuzzjoni, għandhom ikunu limitati. B’mod partikolari, ir-rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ EEW għar-raġunijiet li l-att li hija bbażata fuqu ma jikkostitwixxix offiża taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni (kriminalità doppja) m’għandux ikun possibbli għal ċerti kategoriji ta’ offiżi.

(17)

Għandu jkun possibbli li jiġi rifjutat EEW fejn ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tiegħu fl-Istat ta’ eżekuzzjoni jkun jinvolvi ksur ta’ immunità jew privileġġ f’dak l-Istat. M’hemm l-ebda definizzjoni komuni dwar x’jikkostitwixxi immunità jew privileġġ fl-Unjoni Ewropea u d-definizzjoni preċiża ta’ dawn it-termini titħalla għalhekk għal-liġi nazzjonali, li tista’ tinkludi protezzjonijiet li japplikaw għal professjonijiet mediċi u legali, iżda m’għandhomx jiġu interpretati b’mod li jmur kontra l-obbligu li jiġu aboliti ċerti raġunijiet għar-rifjut fl-Artikolu 7 ta’ l-Att tal-Kunsill tas-16 ta’ Ottubru 2001 li jistabbilixxi, skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar assistenza reċiproka f’materji kriminali bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (6).

(18)

Għandu jkun possibbli li jiġi rifjutat r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ EEW safejn dik l-eżekuzzjoni tagħmel ħsara lill-interessi ta’ sigurtà nazzjonali, tipperikola s-sors ta’ l-informazzjoni jew tinvolvi l-użu ta’ informazzjoni klassifikata relatata ma’ attivitajiet speċifiċi ta’ l-intelligence. Madankollu, hu aċċettat li tali raġuni għal-non-rikonoxximent jew non-eżekuzzjoni tiġi applikata biss fejn, u safejn, l-oġġetti, id-dokumenti jew d-data ma jintużawx għal dawk ir-raġunijiet bħala provi f’każ domestiku simili.

(19)

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-Artikolu 13(3) f’rabta ma’ l-Artikolu 13(1)(f)(i) ma jippreġudikawx kif, u sa fejn, ir-raġunijiet l-oħrajn għal rifjut fl-Artikolu 13(1) jiġu implimentati.

(20)

L-iskadenzi huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata koperazzjoni malajr, effikaċi u konsistenti fil-kisba ta’ oġġetti, dokumenti jew data għall-użu fi proċedimenti f’materji kriminali fl-Unjoni Ewropea kollha.

(21)

Kull Stat Membru għandu fir-rimedji legali tal-liġi tiegħu disponibbli kontra raġunijiet sostantivi sottostanti għal deċiżjonijiet sabiex jinkisbu provi, inkluż jekk id-deċiżjoni hix meħtieġa u proporzjonata, għalkemm dawk ir-rimedji jistgħu jkunu differenti bejn l-Istati Membri u jistgħu japplikaw fi stadji differenti tal-proċedimenti.

(22)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu sabiex jivvaluta l-effikaċja ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

(23)

Ladarba l-għan ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, jiġifieri li tiġi sostitwita s-sistema ta’ assistenza reċiproka f’materji kriminali għall-kisba ta’ oġġetti, dokumenti jew data bejn l-Istati Membri ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri meta jaġixxu unilateralment u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell ta’ Unjoni, il-Kunsill jista’ jadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu msemmi l-aħħar, din id-Deċiżjoni Kwadru ma teċċedix dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(24)

Id-data personali proċessata fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru ser tiġi protetta b’mod konformi ma’ l-istrumenti rilevanti inklużi l-prinċipji tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 għall-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar awtomatiku tad-data personali, kif ukoll bil-protezzjoni addizzjonali mogħtija minn din id-Deċiżjoni Kwadru b’konformità ma’ l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Mejju 2000 (7).

(25)

L-EEW għandu jikkoeżisti ma’ proċeduri ta’ assistenza reċiproka eżistenti, iżda tali koeżistenza għandha titqies transitorja sakemm, skond il-Programm ta’ l-Aja, it-tipi ta’ ġbir ta’ provi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru jkunu wkoll suġġett ta’ strument ta’ rikonoxximent reċiproku, fejn l-adozzjoni tiegħu jkun jipprovdi reġim komplet ta’ rikonoxximent reċiproku sabiex jissostitwixxi l-proċeduri ta’ assistenza reċiproka.

(26)

L-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom stess u fl-interess ta’ l-Unjoni Ewropea, tabelli li kemm jista’ jkun juru l-korrelazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru u l-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali u sabiex jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni flimkien mat-test tal-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni Kwadru.

(27)

Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod speċjali fil-Kapitolu VI tagħha. Xejn f’din id-Deċiżjoni Kwadru ma jista’ jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi r-rifjut ta' eżekuzzjoni ta’ EEW meta jkun hemm raġunijiet sabiex wieħed jemmen, abbażi ta' elementi objettivi, li l-EEW nħareġ għall-għan li tiġi proċessata jew ikkastigata persuna minħabba s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, in-nazzjonalità, il-lingwa jew l-opinjonijiet politiċi tiegħu jew tagħha, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna tista tiġi preġudikata għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet.

(28)

Din id-Deċiżjoni Kwadru ma twaqqaf lil ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu dwar proċess xieraq, il-libertà ta' assoċazzjoni, il-libertà ta' l-istampa u l-libertà ta' l-espressjoni f’medja oħrajn.

(29)

Din id-Deċiżjoni Kwadru ma tinċidix fuq l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-liġi u ż-żamma ta’ l-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna skond l-Artikolu 33 tat-Trattat,

ADOTTA DAN ID-DEĊIŻJONI KWADRU:

TITOLU I

IL-MANDAT EWROPEW GĦALL-PROVI (EEW)

Artikolu 1

Definizzjoni ta’ l-EEW u l-obbligu li jiġi eżegwit

1.   L-EEW għandu jkun deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru bil-ħsieb li jinkisbu oġġetti, dokumenti u data minn Stat Membru ieħor għall-użu fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 5.

2.   L-Istati Membri għandhom jeżegwixxu kwalunkwe EEW abbażi tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

3.   Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u prinċipji legali fundamentali kif miġbura fl-Artikolu 6 tat-Trattat, u kwalunkwe obbligu li jaqa’ fuq awtoritajiet ġudizzjarji f’dan ir-rigward ma għandhomx jiġu milquta.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru,

(a)

“Stat emittenti” tfisser l-Istat Membru li fih ikun inħareġ l-EEW;

(b)

“Stat ta’ eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data jew, fil-każ ta’ data elettronika, din tkun direttament aċċessibbli taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni;

(c)

“awtorità kompetenti” tfisser:

(i)

mħallef, qorti, maġistrat inkwirenti, prosekutur pubbliku, jew

(ii)

kwalunkwe awtorità ġudizzjarja oħra kif definit mill-Istat emittenti, u, fil-każ speċifiku, li taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità inkwirenti fi proċedimenti kriminali b’kompetenza sabiex tikseb il-provi f’każijiet transkonfinali skond il-liġi nazzjonali;

(d)

“awtorità ta’ eżekuzzjoni” tfisser awtorità li jkollha l-kompetenza taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni Kwadru sabiex tirrikonoxxi jew teżegwixxi EEW skond din id-Deċiżjoni Kwadru;

(e)

“tfittxija jew konfiska” tinkludi kwalunkwe miżura taħt il-proċedura kriminali li bħala riżultat tagħha persuna fiżika jew ġuridika tkun meħtieġa, taħt obbligu legali, tipprovdi jew tipparteċipa fil-provvediment ta’ oġġetti, dokumenti jew data u li, jekk ma jkunx hemm konformità magħha, tista’ tiġi infurzata mingħajr il-kunsens ta’ tali persuna jew tista’ tirriżulta f’sanzjoni.

Artikolu 3

Ħatra ta’ l-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema awtorità jew awtoritajiet, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu, hija jew huma kompetenti skond l-Artikolu 2(ċ) u (d) meta dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta’ eżekuzzjoni.

2.   L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-possibbiltà li jinnominaw awtorità jew awtoritajiet ċentrali skond l-Artikolu 8(2) għandhom jikkomunikaw informazzjoni relatata ma’ l-awtorità(ajiet) ċentrali nnominati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu jorbtu fuq l-awtoritajiet ta’ l-Istat emittenti.

3.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

Artikolu 4

Il-kamp ta’ Applikazzjoni ta’ l-EEW

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-EEW jista’ jinħareġ taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 bil-ħsieb li jinkisbu fl-Istat ta’ eżekuzzjoni oġġetti, dokumenti jew data meħtieġa fl-Istat emittenti għall-fini tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 5. L-EEW jkopri l-oġġetti, id-dokumenti u d-data speċifikati hemm hekk.

2.   L-EEW m’għandhux jinħareġ għall-iskop li jitlob lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni sabiex:

(a)

twettaq interrogazzjonijiet, tiġbor stqarrijiet jew tagħti bidu għal tipi oħra ta’ smigħ li jinvolvu persuni suspettati, xhieda, esperti jew kwalunkwe parti oħra;

(b)

twettaq eżamijiet fuq il-persuna jew tikseb materjal tal-ġisem jew data bijometrika direttament mill-ġisem ta’ kwalunkwe persuna, inklużi kampjuni ta’ DNA jew marki tas-swaba’;

(c)

tikseb informazzjoni f’ħin reali bħal per eżempju permezz ta’ l-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet, sorveljanza sigrieta jew monitoraġġ tal-kontijiet bankarji;

(d)

twettaq analiżi ta’ oġġetti, dokumenti jew data eżistenti; u

(e)

tikseb data tal-komunikazzjoni miżmuma minn fornituri ta’ servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jew ta’ netwerk tal-komunikazzjoni pubbliku.

3.   L-iskambju ta’ informazzjoni dwar kundanni kriminali estratta mir-rekord kriminali għandu jitwettaq skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/876/ĠAI tal-21 ta’ Novembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni estratta mir-rekord kriminali (8) u strumenti rilevanti oħra.

4.   L-EEW jista’ jinħareġ bil-ħsieb li jinkisbu oġġetti, dokumenti jew data li jaqgħu taħt il-paragrafu 2 fejn l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data huma diġà fil-pussess ta’ l-awtorità ta’ eżekuzzjoni qabel il-ħruġ ta’ l-EEW.

5.   Minkejja l-paragrafu 1, l-EEW għandu, jekk hekk ikun indikat mill-awtorità emittenti, ikopri wkoll kwalunkwe oġġett, dokument jew data oħra, li l-awtorità ta’ eżekuzzjoni tiskopri matul l-eżekuzzjoni tal-EEW u mingħajr stħarriġ ulterjuri tqis li huma rilevanti għall-proċedimenti għall-fini li għalih kien inħareġ l-EEW.

6.   Minkejja l-paragrafu 2, l-EEW għandu, jekk mitlub mill-awtorità emittenti, ikopri wkoll it-teħid ta’ dikjarazzjonijiet minn persuni preżenti waqt l-eżekuzzjoni ta’ l-EEW u relatati direttament mas-suġġett ta’ l-EEW. Ir-regoli rilevanti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni applikabbli għal każijiet nazzjonali għandhom ikunu applikabbli wkoll fir-rigward tat-teħid ta’ tali dikjarazzjonijiet.

Artikolu 5

Tipi ta’ proċedimenti li għalihom jista’ jinħareġ l-EEW

L-EEW jista’ jinħareġ:

(a)

fir-rigward ta’ proċedimenti kriminali mressqa minn, jew li għandhom jitressqu quddiem, awtorità ġudizzjarja fir-rigward ta’ reat kriminali taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti;

(b)

fi proċedimenti mressqin minn awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ atti li jkunu punibbli taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti billi jikkostitwixxu ksur tal-liġi, u fejn id-deċiżjoni tista’ twassal għal proċedimenti quddiem qorti li għandha ġurisdizzjoni b’mod partikolari f’materji kriminali;

(ċ)

fi proċedimenti mressqa minn awtoritajiet ġudizzjarji fir-rigward ta’ atti li jkunu punibbli taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti billi jikkostitwixxu ksur tal-liġi, u fejn id-deċiżjoni tista’ twassal għal proċedimenti ulterjuri quddiem qorti li għandha ġurisdizzjoni b’mod partikolari f’materji kriminali; u

(d)

f’konnessjoni ma’ proċedimenti msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) li jkunu relatati ma’ reati jew ksur li għalihom persuna ġuridika tista’ tinżamm responsabbli jew tiġi punita fl-Istat emittenti.

Artikolu 6

Kontenut u forma ta’ l-EEW

1.   L-EEW stabbilit fil-Formola prevista fl-Anness għandu jiġi kkompletat, iffirmat, u l-kontenuti tiegħu ċċertifikati bħala preċiżi, mill-awtorità emittenti.

2.   L-EEW għandu jinkiteb, jew jiġi tradott mill-Istat emittenti, fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni.

Kwalunkwe Stat Membru jista’, meta din id-Deċiżjoni Kwadru tiġi adottata jew f’data aktar tard, jistqarr f’dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li huwa ser jaċċetta EEWs jew traduzzjoni ta’ EEW f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali l-oħra ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni.

TITOLU II

PROĊEDURI U SALVAGWARDJI GĦALL-ISTAT EMITTENTI

Artikolu 7

Kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ l-EEW

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-EEW jinħareġ biss meta l-awtorità emittenti tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

il-kisba ta’ l-oġġetti, dokumenti jew data mitluba tkun meħtieġa u proporzjonata għall-finijiet tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 5.

(b)

l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data jistgħu jinkisbu taħt il-liġi ta’ l-Istat emittenti f’każ komparabbli kieku jkunu disponibbli fit-territorju ta’ l-Istat emittenti, minkejja li jistgħu jintużaw miżuri proċedurali differenti.

Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu vvalutati biss fl-Istat emittenti f’kull każ.

Artikolu 8

Trasmissjoni ta’ l-EEW

1.   L-EEW jista’ jiġi trasmess lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha raġunijiet validi sabiex temmen li jinsabu oġġetti, dokumenti jew data rilevanti jew, fil-każ ta’ data elettronika, huma direttament aċċessibbli taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni. Huwa għandu jiġi trasmess mingħajr dewmien mill-awtorità emittenti lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni bi kwalunkwe mezz li jista’ jipproduċi rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni li jistabbilixxi l-awtentiċità. Kull komunikazzjoni uffiċjali ulterjuri għandha ssir direttament bejn l-awtorità emittenti u l-awtorità ta’ eżekuzzjoni.

2.   Kull Stat Membru jista’ jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema legali tiegħu jipprevedi hekk, aktar minn awtorità ċentrali waħda sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti. Stat Membru jista’, jekk jeħtieġ hekk b’riżultat ta’ l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel lill-awtorità(ajiet) ċentrali tiegħu responsabbli għat-trasmissjoni u r-riċezzjoni amministrattivi ta’ l-EEW kif ukoll għal korrispondenza uffiċjali oħra relatata miegħu.

3.   Jekk l-awtorità emittenti tkun tixtieq hekk, it-trasmissjoni tista’ ssir permezz tas-sistema ta’ telekomunikazzjoni sigura tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

4.   Jekk l-awtorità ta’ eżekuzzjoni ma tkunx magħrufa, l-awtorità emittenti għandha tagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, sabiex tikseb l-informazzjoni mill-Istat ta’ eżekuzzjoni.

5.   Meta l-awtorità fl-Istat ta’ eżekuzzjoni li jirċievi l-EEW m’għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrikonoxxih u sabiex tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tiegħu, hija għandha, ex officio, tittrasmetti l-EEW lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni u għandha tinforma lill-awtorità emittenti b’dan.

6.   Id-diffikultajiet kollha marbuta mat-trasmissjoni jew l-awtentiċità ta’ kwalunkwe dokument meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ l-EEW għandhom jiġu ttrattati b’kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet emittenti u ta’ eżekuzzjoni involuti, jew, fejn ikun il-każ, bl-involviment ta’ l-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istati Membri.

Artikolu 9

EEW relatat ma’ EEW preċedenti jew ma’ ordni ta’ ffriżar

1.   Fejn l-awtorità emittenti toħroġ EEW li jissupplimenta EEW preċedenti jew li jkun segwitu għal ordni ta’ ffriżar trasmess taħt id-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI, hija għandha tindika dan il-fatt fil-EEW skond il-Formola prevista fl-Anness.

2.   Fejn, skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ, l-awtorità emittenti tieħu sehem fl-eżekuzzjoni tal-EEW fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, hija tista’ mingħajr preġudizzju għal dikjarazzjonijiet magħmula taħt l-Artikolu 3(2) tindirizza EEW li jissupplimenta l-EEW preċedenti direttament lill-awtorità kompetenti ta’ eżekuzzjoni waqt li tkun preżenti f’dak l-Istat.

Artikolu 10

Kondizzjonijiet għall-użu ta’ data personali

1.   Id-data personali miksuba taħt din id-Deċiżjoni Kwadru tista’ tintuża mill-Istat emittenti għall-iskop ta’:

(a)

proċedimenti li għalihom jista’ jinħareġ EEW;

(b)

proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi oħra relatati direttament mal-proċedimenti msemmija taħt il-punt (a);

(c)

prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika.

Għal kwalunkwe skop minbarra dawk stabbiliti fil-punti (a), (b) u (ċ), data personali miksuba taħt din id-Deċiżjoni Kwadru tista’ tintuża biss bil-kunsens minn qabel ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, sakemm l-Istat emittenti ma jkunx kiseb il-kunsens tas-suġġett tad-data.

2.   Fiċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari, l-Istat ta’ eżekuzzjoni jista’ jeħtieġ lill-Istat Membru fejn tkun ġiet trasferita d-data personali li jagħti informazzjoni dwar l-użu li sar mid-data.

3.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal data personali miksuba minn Stat Membru taħt din id-Deċiżjoni Kwadru u li toriġina minn dak l-Istat Membru.

TITOLU III

PROĊEDURI U SALVAGWARDJI GĦALL-ISTAT TA’ EŻEKUZZJONI

Artikolu 11

Rikonoxximent u eżekuzzjoni

1.   L-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi EEW, mibgħut skond l-Artikolu 8, mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwe formalità ulterjuri u għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tiegħu bl-istess mod kif awtorità ta’ Stat ta’ eżekuzzjoni tikseb l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data, ħlief jekk dik l-awtorità tiddeċiedi li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal non-rikonoxximent jew non-eżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 13 jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti fl-Artikolu 16.

2.   L-Istat ta’ eżekuzzjoni għandu jkun responsabbli għall-għażla tal-miżuri li fil-liġi nazzjonali tiegħu jiżguraw il-kisba ta’ l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data meħtieġa minn EEW u sabiex jiddeċiedi jekk hux meħtieġ li jintużaw miżuri ta’ koerċizzjoni sabiex tiġi pprovduta dik l-assistenza. Kull miżura li tkun meħtieġa minħabba l-EEW għandha tittieħed skond ir-regoli proċedurali applikabbli ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura:

(i)

li kwalunkwe miżura li tkun disponibbli f’każ domestiku simili fl-Istat ta’ eżekuzzjoni tkun disponibbli wkoll għall-iskop ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-EEW;

u

(ii)

li jkunu disponibbli miżuri, inklużi tfittxija jew konfiska, għall-għan ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-EEW meta jkun relatat ma’ kwalunkwe mir-reati previsti fl-Artikolu 14(2).

4.   Jekk l-awtorità emittenti mhix imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku u l-EEW ma jkunx ġie validat minn waħda mill-awtoritajiet imsemmija fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni tista’, fil-każ speċifiku, tiddeċiedi li l-ebda tfittxija jew konfiska ma’ tista’ titwettaq għall-iskop ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-EEW. Qabel ma tiddeċiedi hekk, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti.

5.   Stat Membru jista’, fil-mument ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, jagħmel dikjarazzjoni jew notifika sussegwenti lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fejn jitlob tali validazzjoni fil-każijiet kollha fejn l-awtorità emittenti mhix imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku u fejn il-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ l-EEW ikunu jridu jiġu ordnati jew sorveljati minn imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni f’każ domestiku simili.

Artikolu 12

Formalitajiet li għandhom jiġu segwiti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni

L-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-awtorità emittenti sakemm din id-Deċiżjoni Kwadru ma tipprovdix mod ieħor u sakemm tali formalitajiet u proċeduri ma jmorrux kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni. Dan l-Artikolu ma joħloqx obbligu sabiex jittieħdu miżuri ta’ koerċizzjoni.

Artikolu 13

Raġunijiet għal non-rikonoxximent jew non-eżekuzzjoni

1.   Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ l-EEW jista’ jiġi rifjutat fl-Istat ta’ eżekuzzjoni;

(a)

jekk l-eżekuzzjoni tiegħu tikser il-prinċipju tan-ne bis in idem; jew

(b)

jekk, f’każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3), l-EEW jirreferi għal atti li ma jkunux jikkostitwixxu reat taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni; jew

(ċ)

jekk mhuwiex possibbli li jiġi eżegwit l-EEW permezz ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri disponibbli għall-awtorità ta’ eżekuzzjoni fil-każ speċifiku skond l-Artikolu 11(3); jew

(d)

jekk ikun hemm xi immunità jew privileġġ taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni li jagħmluha impossibbli li jiġi eżegwit l-EEW;

(e)

jekk, f’wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(4) jew (5), l-EEW ma jkunx ġie validat;

(f)

jekk l-EEW ikun relatat ma’ reati kriminali li:

(i)

skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni jitqiesu bħala li twettqu għal kollox, jew fil-biċċa l-kbira jew f’parti essenzjali tagħhom, fit-territorju tiegħu, jew f’post ekwivalenti għat-territorju tiegħu, jew

(ii)

twettqu barra t-territorju ta’ l-Istat emittenti, u l-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni ma tippermettix li jittieħdu proċedimenti legali fir-rigward ta’ tali reati fejn dawn twettqu barra t-territorju ta’ dak l-Istat;

(g)

jekk f’każ speċifiku l-eżekuzzjoni tiegħu tagħmel ħsara lill-interessi ta’ sigurtà nazzjonali; tipperikola s-sors ta’ l-informazzjoni; jew tinvolvi l-użu ta’ informazzjoni klassifikata relatata ma’ attivitajiet speċifiċi ta’ l-intelligence; jew

(h)

jekk il-Formola prevista fl-Anness mhix kompluta jew kjarament inkorretta u ma ġietx kompluta jew korretta f’terminu perentorju raġonevoli stabbilit mill-awtorità ta’ eżekuzzjoni.

2.   Id-deċiżjoni li tirrifjuta l-eżekuzzjoni jew ir-rikonoxximent ta’ l-EEW skond il-paragrafu 1 għandha tittieħed minn imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. Fejn l-EEW jkun inħareġ minn awtorità ġudizzjarja msemmija fil-punt (ċ)(ii) ta’ l-Artikolu 2, u l-EEW ma jkunx ġie validat minn imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti, id-deċiżjoni tista’ tittieħed ukoll minn kwalunkwe awtorità ġudizzjarja kompetenti oħra taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk ikun previst taħt dik il-liġi.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni taħt il-paragrafu 1(f)(i) fir-rigward ta’ reati mwettqa parzjalment fit-territorju ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, jew f’post ekwivalenti għat-territorju tiegħu, għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 2a f’ċirkostanzi eċċezzjonali u abbażi ta’ każ b’każ, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, u partikolarment b’konsiderazzjoni jekk parti ewlenija jew essenzjali ta’ l-imġiba in kwistjoni seħħetx fl-Istat emittenti, jekk l-EEW huwiex relatat ma’ att li mhux reat kriminali taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, u jekk ikunx meħtieġ li jitwettqu tfittxija jew konfiska għall-eżekuzzjoni ta’ l-EEW.

4.   Fejn awtorità kompetenti tikkunsidra li tuża r-raġuni għaċ-ċaħda taħt il-paragrafu 1(f)(i), hija għandha tikkonsulta lill-Eurojust qabel ma tieħu d-deċiżjoni.

Fejn awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ l-opinjoni ta’ l-Eurojust l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hi tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u li l-Kunsill jiġi mgħarraf.

5.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(a), (g) u (h), qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew li ma teżegwix EEW, interament jew parzjalment, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, bi kwalunkwe mezz adatt, u għandha, fejn ikun adatt, titlobha sabiex tforni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.

Artikolu 14

Kriminalità doppja

1.   Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ l-EEW m’għandhomx ikunu suġġetti għall-verifika ta’ kriminalità doppja sakemm ma jkunx meħtieġ li jitwettqu tfittxija jew konfiska.

2.   Jekk jeħtieġ li jitwettqu tfittxija jew konfiska għall-eżekuzzjoni tal-EEW, ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat emittenti b’sentenza ta’ ħabs jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin u kif inhuma definiti bil-liġi ta’ dak l-Istat, m’għandhomx ikunu suġġetti għal verifika ta’ kriminalità doppja taħt kwalunkwe ċirkostanza:

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

terroriżmu,

traffikar ta’ bnedmin,

sfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija bi tfal,

traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u ta’ sustanzi psikotropiċi,

traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjonijiet u splussivi,

korruzzjoni,

frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (9),

laundering tar-rikavati minn kriminalità,

falsifikazzjoni ta’ muniti, inkluż l-euro,

reati konnessi ma’ l-informatispeċijiet,

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċijiet ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċi ta’ pjanti u varjetajiet fil-perikolu li jinqerdu,

faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati,

omiċidju, offiża gravi fuq persuna,

kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti umani,

ħtif ta’ persuni, żamma illegali ta’ persuni u t-teħid ta’ ostaġġi,

razziżmu u ksenofobija,

serq organizzat jew bl-użu ta’ armi,

traffikar illeċitu ta’ beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri ta’ l-arti,

frodi b’għemil qarrieqi,

racketeering u estorsjoni,

falsifikazzjoni u l-piraterija ta’ prodotti,

falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament,

traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u promoturi tat-tkabbir (growth promoters) oħrajn,

traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjuattivi,

traffikar ta’ vetturi misruqin,

stupru,

ħruq volontarju,

reati li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

ħtif illegali ta’ inġenji ta’ l-ajru/ta’ bastimenti,

sabotaġġ.

3.   Jekk l-EEW ma jkunx relatat ma’ kwalunkwe wieħed mir-reati previsti fil-paragrafu 2 u l-eżekuzzjoni tiegħu tkun teħtieġ rikonoxximent jew eżekuzzjoni ta’ tfittxija jew konfiska, l-EEW jista’ jkun suġġett għall-kondizzjoni tal-kriminalità doppja.

Fir-rigward ta’ reati konnessi ma’ taxxi jew dazji u dwana jew kambju, ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ma jistgħux jiġu opposti għar-raġuni li l-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta’ taxxa jew dazju jew m’għandhiex regolamenti dwar taxxa, dazju, dwana u kambju ta’ l-istess tip bħal-liġi ta’ l-Istat emittenti.

4.   Il-kondizzjoni ta’ kriminalità doppja stabbilita fil-paragrafu 3 għandha tiġi eżaminata ulterjorment mill-Kunsill sad-19 ta’ Jannar 2014 fid-dawl ta’ kwalunkwe informazzjoni mibgħuta lill-Kunsill.

5.   Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, waqt li jaġixxi b’mod unanimu, wara konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39 (1) tat-Trattat, li jżid kategoriji oħra ta’ reati mal-lista li tinsab fil-paragrafu 2.

Artikolu 15

Termini perentorji għar-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni u t-trasferiment

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l-konformità mat-termini perentorji previsti f’dan l-Artikolu. Fejn l-awtorità emittenti tkun indikat fl-EEW li, minħabba termini perentorji ta’ proċedura jew ċirkostanzi oħra partikolarment urġenti, huwa meħtieġ terminu perentorju iqsar, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tieħu kont kemm jista’ jkun sħiħ ta’ din il-ħtieġa.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni għar-rifjut ta’ rikonoxximent jew eżekuzzjoni għandha tittieħed malajr kemm jista’ jkun u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, mhux iktar tard minn 30 jum wara r-riċezzjoni ta’ l-EEW mill-awtorità kompetenti ta’ eżekuzzjoni.

3.   Sakemm ma jeżistux raġunijiet għal posponiment taħt l-Artikolu 16 jew l-awtorità ta’ eżekuzzjoni m’għandhiex diġà l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data mfittxija fil-pussess tagħha, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tieħu pussess ta’ l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data mingħajr dewmien u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, mhux aktar tard minn 60 jum wara li l-awtorità kompetenti ta’ eżekuzzjoni tkun irċiviet l-EEW.

4.   Meta ma jkunx prattikabbli f’każ speċifiku għall-awtorità kompetenti ta’ eżekuzzjoni li tissodisfa t-terminu perentorju stabbilit fil-paragrafu 2 jew 3 rispettivament, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni mingħajr dewmien u bi kwalunkwe mezz, u tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u stima tal-ħin meħtieġ għat-teħid ta’ l-azzjoni.

5.   Sakemm ma jkunx hemm proċedimenti pendenti ta’ rimedju legali skond l-Artikolu 18, jew jeżistu raġunijiet għall-posponiment taħt l-Artikolu 16, l-Istat ta’ eżekuzzjoni, mingħajr dewmien żejjed għandu jittrasferixxi l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data miksuba taħt l-EEW lill-Istat emittenti.

6.   Meta jiġu trasferiti l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data miksuba, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tindika jekk teħtieġx li dawn jiġu rritornati lura lill-Istat ta’ eżekuzzjoni hekk kif ma jibqgħux meħtieġa mill-Istat emittenti.

Artikolu 16

Raġunijiet għal posponiment ta’ rikonoxximent jew eżekuzzjoni

1.   Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ l-EEW jista’ jiġi pospost fl-Istat ta’ eżekuzzjoni meta:

(a)

il-Formola prevista fl-Anness mhix kompluta jew hija kjarament inkorretta, sa meta l-formola tkun ġiet kompluta jew korretta; jew

(b)

f’wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(4) jew (5), l-EEW ma jkunx ġie validat; sa meta l-validazzjoni tkun ingħatat.

2.   L-eżekuzzjoni ta’ l-EEW tista’ tiġi posposta fl-Istat ta’ eżekuzzjoni meta:

(a)

l-eżekuzzjoni tiegħu tista’ tagħmel ħsara lil investigazzjoni kriminali jew prosekuzzjoni li jkunu għaddejjin, sa meta l-Istat ta’ eżekuzzjoni jikkunsidra xieraq; jew

(b)

l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data kkonċernati diġà qed jintużaw fi proċedimenti oħra sa meta dawn ma jkunux aktar meħtieġa għal dan l-iskop.

3.   Id-deċiżjoni li tipposponi r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ l-EEW skond il-paragrafi 1 jew 2 għandha tittieħed minn imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. Fejn i l-EEW tkun inħarġet minn awtorità ġudizzjarja msemmija fl-Artikolu 2(ċ)(ii), u l-EEW ma tkunx ġiet validata minn imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti, id-deċiżjoni tista’ tittieħed ukoll minn kwalunkwe awtorità ġudizzjarja kompetenti oħra taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk ikun previst taħt dik il-liġi.

4.   Hekk kif ir-raġuni għal posponiment ma tibqax teżisti, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha minnufih tieħu l-passi meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ l-EEW u tinforma b’dan lill-awtorità kompetenti rilevanti fl-Istat emittenti bi kwalunkwe mezz li jista’ jipproduċi rekord bil-miktub.

Artikolu 17

Obbligu li tingħata informazzjoni

L-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti:

(1)

minnufih bi kwalunkwe mezz:

(a)

jekk l-awtorità ta’ eżekuzzjoni, waqt l-eżekuzzjoni ta’ l-EEW, tikkunsidra mingħajr stħarriġ ulterjuri li jista’ jkun opportun li jitwettqu investigazzjonijiet li ma kinux previsti fil-bidu, jew li ma setgħux jiġu speċifikati meta nħareġ il-mandat, sabiex l-awtorità emittenti tkun tista’ tieħu azzjoni ulterjuri fil-każ speċifiku;

(b)

jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni tistabbilixxi li l-EEW ma’ kienx eżegwit b’mod konsistenti mal-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni;

(c)

jekk l-awtorità ta’ eżekuzzjoni tistabbilixxi li, fil-każ speċifiku, hija ma tistax tkun konformi mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-awtorità emittenti skond l-Artikolu 12.

Fuq talba ta’ l-awtorità emittenti, l-informazzjoni għandha tiġi konfermata bla dewmien bi kwalunkwe mezz li jista’ jipproduċi rekord bil-miktub.

(2)

mingħajr dewmien bi kwalunkwe mezz li jista’ jipproduċi rekord bil-miktub:

(a)

tat-trasmissjoni ta’ l-EEW lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżekuzzjoni tiegħu, skond l-Artikolu 8(5);

(b)

bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 15(2) li tirrifjuta rikonoxximent jew eżekuzzjoni ta’ EEW, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(c)

tal-posponiment ta’ l-eżekuzzjoni jew ir-rikonoxximent ta’ l-EEW, ir-raġunijiet għal dan u, jekk hu possibbli, kemm mistenni jdum il-posponiment;

(d)

dwar il-fatt li huwa impossibbli li jiġi eżegwit l-EEW għar-raġuni li l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data għebu, ġew meqruda, ma jistgħux jinstabu fil-post indikat f l-EEW jew minħabba li l-post fejn jinsabu l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data ma ġiex indikat b’mod preċiż biżżejjed, ukoll wara konsultazzjoni ma’ l-autorita kompetenti ta’ l-Istat emittenti.

Artikolu 18

Rimedji legali

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, ikollha rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ EEW skond l-Artikolu 11, sabiex iżomm id-drittijiet tiegħu jew tagħha. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw ir-rimedji legali previsti f’dan il-paragrafu għal każijiet fejn l-EEW huwa eżegwit bl-użu ta’ miżuri ta’ koerċizzjoni. L-azzjoni għandha titressaq quddiem qorti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni skond il-liġi ta’ dak l-Istat.

2.   Ir-raġunijiet sostantivi għall-ħruġ ta’ l-EEW, inkluża dik jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 intlaħqux, jistgħu jiġu kontestati biss f’azzjoni mressqa quddiem qorti fl-Istat emittenti. L-Istat emittenti għandu jiżgura l-applikabbiltà ta’ rimedji legali li jkunu disponibbli f’każ domestiku komparabbli.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull limitu ta’ żmien sabiex titressaq azzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jiġi applikat b’mod li jiggarantixxi l-possibbiltà ta’ rimedju legali effettiv għall-partijiet interessati.

4.   Jekk l-azzjoni tiġi mressqa fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat emittenti għandha tiġi mgħarrfa biha u bir-raġunijiet għall-azzjoni, sabiex tkun tista’ tippreżenta l-argumenti li jidhrilha meħtieġa. Hi għandha tiġi mgħarrfa bir-riżultat ta’ l-azzjoni.

5.   L-awtorità emittenti u dik ta’ eżekuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt li titressaq azzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, b’mod partikolari billi jipprovdu lill-partijiet interessati b’informazzjoni rilevanti u adegwata.

6.   L-Istat ta’ eżekuzzjoni jista’ jissospendi t-trasferiment ta’ oġġetti, dokumenti u data sakemm joħroġ ir-riżultat ta’ rimedju legali.

Artikolu 19

Rimborż

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(2), fejn l-Istat ta’ eżekuzzjoni taħt il-liġi tiegħu jkun responsabbli għal dannu kkawżat lil waħda mill-partijiet imsemmija fl-Artikolu 18 bl-eżekuzzjoni ta’ EEW mibgħut lilu skond l-Artikolu 8, l-Istat emittenti għandu jirrimborża lill-Istat ta’ eżekuzzjoni kwalunkwe somma mħallsa f’danni lill-parti msemmija bis-saħħa ta’ dik ir-responsbbiltà ħlief jekk, u sal-punt li, id-dannu jew kwalunkwe parti minnu huwa dovut għall-kondotta ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni.

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali ta’ l-Istati Membri dwar talbiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi għal kumpens għal ħsara.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

Monitoraġġ ta’ l-effikaċja ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru

1.   Stat Membru li jkun għadda minn problemi ripetuti li ma kienx possibbli jsolvi permezz ta’ konsultazzjoni min-naħa ta’ Stat Membru ieħor fl-eżekuzzjoni ta’ EEWs għandu jinforma lill-Kunsill sabiex jgħinu fil-valutazzjoni tiegħu ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru fil-livell ta’ l-Istati Membri.

2.   Il-Kunsill għandu jagħmel reviżjoni, b’mod partikolari, ta’ l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru mill-Istati Membri.

Artikolu 21

Relazzjoni ma’ strumenti legali oħra

1.   Soġġett għall-paragrafu 2 u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ strumenti legali oħra f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, din id-Deċiżjoni Kwadru għandha teżisti flimkien ma’ l-istrumenti legali eżistenti fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri sakemm dawn l-istrumenti jikkonċernaw talbiet għal assistenza reċiproka għall-Provi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-awtoritajiet emittenti għandhom joqgħodu fuq l-EEW meta l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data meħtieġa mill-Istat ta’ eżekuzzjoni jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

3.   L-awtoritajiet emittenti jistgħu jużaw assistenza legali reċiproka sabiex jiksbu oġġetti, dokumenti jew data li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru jekk jifformaw parti minn talba usa’ għal assistenza jew jekk l-awtorità emittenti tikkunsidra fil-każ speċifiku li dan ikun jiffaċilita l-koperazzjoni ma’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni.

4.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara li din id-Deċiżjoni Kwadru tkun daħlet fis-seħħ sakemm tali ftehim jew arranġamenti jippermettu li l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru jiġu estiżi jew imkabbra u jgħinu sabiex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-kisba ta’ provi li tinsab fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

5.   Il-ftehim u arranġamenti msemmija fil-paragrafu 4 fl-ebda każ ma jistgħu jaffetwaw ir-relazzjonijiet ma’ l-Istati Membri li mhumiex partijiet għalihom.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim jew arranġament ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 4, fi żmien tliet xhur minn meta jiġi ffirmat.

Artikolu 22

Arranġamenti transizzjonali

It-talbiet għal assistenza reċiproka riċevuti qabel id-19 ta’ Jannar 2011 għandhom jibqgħu jkunu regolati minn strumenti eżistenti relatati ma’ assistenza reċiproka f’materji kriminali.

Artikolu 23

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru sad-19 ta’ Jannar 2011.

2.   Sad-19 ta’ Jannar 2011, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skond din id-Deċiżjoni Kwadru.

3.   Kwalunkwe Stat Membru li bi ħsiebu jittrasponi r-raġuni għal rifjut stabbilit fl-Artikolu 13(1)(f) fil-liġi nazzjonali tiegħu għandu jinnotifika lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill b’dan ma’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru billi jagħmel dikjarazzjoni.

4.   Il-Ġermanja tista’ b’dikjarazzjoni tirriżerva d-dritt tagħha li tagħmel l-eżekuzzjoni ta’ EEW suġġetta għall-verifika ta’ kriminalità doppja f’każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2) relatati ma’ terroriżmu, kriminalità relatata ma’ l-informatika, razziżmu u ksenofobija, sabotaġġ, intrigi ta’ qerq u estorsjoni jew imbrolju jekk huwa meħtieġ sabiex titwettaq tfittxija jew konfiska għall-eżekuzzjoni ta’ l-EEW, ħlief fejn l-awtorità emittenti tkun iddikjarat li r-reat ikkonċernat taħt il-liġi ta’ l-Istat emittenti jaqa’ fl-ambitu ta’ kriterji indikati fid-dikjarazzjoni.

Jekk il-Ġermanja tixtieq tagħmel użu minn dan il-paragrafu, hi għandha tinnotifika dikjarazzjoni għal dak il-għan lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ma’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

5.   Il-Kummissjoni għandha, sad-19 ta’ Jannar 2012, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt safejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Kwadru, jekk meħtieġ, flimkien ma’ proposti leġislattivi.

6.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Eurojust bid-dikjarazzjonijiet magħmulin skond l-Artikoli 6 u 11 u skond dan l-Artikolu.

Artikolu 24

Reviżjoni

1.   Kull Stat Membru għandu kull sena qabel l-1 ta’ Mejju jgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultajiet li ltaqa’ magħhom matul is-sena kalendarja preċedenti dwar l-eżekuzzjoni ta’ Mandati Ewropej għall-Provi rigward l-Artikolu 13(1).

2.   Fil-bidu ta’ kull sena kalendarja il-Ġermanja għandha tgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bin-numru ta’ każijiet li fihom ir-raġuni għal non-rikonoxximent jew non-eżekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 23(4) ġiet applikata fis-sena preċedenti.

3.   Mhux aktar tard mid-19 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport abbażi ta’ l-informazzjoni riċevuta skond il-paragrafi 1 u 2, akkumpanjat minn kwalunkwe inizjattivi li hi tikkunsidra xierqa. Abbażi tar-rapport il-Kunsill għandu jirrevedi din id-Deċiżjoni Kwadru bil-ħsieb li jikkunsidra jekk id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhomx jiġu mħassra jew emendati:

l-Artikolu 13(1) u (3), u

l-Artikolu 23(4).

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU C 103E, 29.4.2004, p. 452.

(2)  ĠU C 12, 15.1.2001, p. 10.

(3)  ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45.

(6)  ĠU C 326, 21.11.2001, p. 1.

(7)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 1.

(8)  ĠU L 322, 9.12.2005, p. 33.

(9)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

DIKJARAZZJONI TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA

Meta l-eżekuzzjoni ta’ Mandat Ewropew għall-Provi taħt id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/978/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu fi proċedimenti f’materji kriminali (1) tkun teħtieġ tfittxija jew qbid, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tirriżerva d-dritt skond l-Artikolu 23(4) ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas li tissoġġetta l-eżekuzzjoni għal verifika ta’ kriminalità doppja fil-każ ta’ reati relatati mat-terroriżmu, reati konnessi ma’ l-informatika, razziżmu u ksenofobija, sabotaġġ, intrigi ta’ qerq u estorsjoni u frodi b’għemil qarrieqi mniżżlin fl-Artikolu 14(2) ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas, sakemm l-awtorità emittenti ma tkunx iddikjarat li r-reat in kwistjoni jissodisfa l-kriterji li ġejjin skond il-liġi ta’ l-Istat emittenti:

Terroriżmu::

Att li jikkostitwixxi reat fl-ambitu ta’ u kif definit fil-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari tat-13 ta’ April 2005, il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Finanzjament tat-Terroriżmu tad-9 ta’ Diċembru 1999 jew fis-sens ta’ wieħed mit-trattati elenkati fl-anness tagħha, jew

Att punibbli taħt id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (2), jew

att li għandu jkun ipprojbit taħt ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1642 (2005) ta’ l-14 ta’ Settembru 2005.

Reati konnessi ma’ l-informatika:: Reati kif definiti fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/222/ĠAI ta’ l-24 ta’ Frar 2005 dwar attakki kontra sistemi ta’ l-informazzjoni (3) jew fit-Titolu 1 tat-Taqsima I tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Kriminalità fuq l-Internet tat-23 ta’ Novembru 2001.

Razziżmu u ksenofobija:: Reati kif definiti fl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/443/JHA tal-15 ta’ Lulju 1996 dwar azzjoni fil-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xeonofobja (4).

Sabotaġġ:: Atti li illegalment u intenzjonalment jikkawżaw ħsara fuq skala kbira lil installazzjoni ta’ gvern, installazzjoni pubblika oħra, sistema tat-trasport pubbliku jew infrastruttura oħra li tinvolvi jew x’aktarx tinvolvi telf ekonomiku konsiderevoli.

Intrigi ta’ qerq u estorsjoni:: Talba b’theddid, bl-użu tal-forza jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ intimidazzjoni ta’ merkanzija, wegħdiet, irċevuti jew l-iffirmar ta’ kwalunkwe dokument li jkun fih jew li jwassal għal obbligu, aljenazzjoni jew tkeċċija.

Imbrolju:: L-użu ta’ ismijiet foloz jew is-sostenn ta’ pożizzjoni falza jew l-użu ta’ mezzi bi frodi għall-abbuż tal-kunfidenza jew il-kredulità tan-nies bil-għan li jkun approprjat oġġett li jappartjeni lil persuna oħra.


(1)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.

(3)  ĠU L 69, 16.3.2005, p. 67.

(4)  ĠU L 185, 24.7.1996, p. 5.


30.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 350/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.