3.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/357
tat-2 ta’ Marzu 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà 1 u 8
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-12 ta’ Frar 2021, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ppubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji u l-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji. Dawk l-emendi jiċċaraw id-differenzi bejn il-politiki kontabilistiċi u l-istimi kontabilistiċi biex tiġi żgurata aktar applikazzjoni konsistenti tal-istandards kontabilistiċi u l-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji. |
(3) |
Wara konsultazzjonijiet mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emendi fl-IAS 1 u l-IAS 8 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabbiltà, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(a) |
l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(b) |
IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-Il-Ħadd, 1 ta’ Jannar 2023 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Emendi għall-IAS 1
Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
Il-paragrafi 7, 10, 114, 117 u 122 huma emendati. Jiżdiedu l-paragrafi 117 A–117E u 139 V. Jitħassru l-paragrafi 118, 119 u 121.
DEFINIZZJONIJIET
7. |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
Il-politiki ta’ kontabilità huma definiti fil-paragrafu 5 tal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji, u t-terminu jintuża f’dan l-Istandard bl-istess tifsira. ... |
RAPPORTI FINANZJARJI
...
Sett sħiħ ta’ rapporti finanzjarji
10. |
Sett sħiħ ta’ rapporti finanzjarji jkun fih:
...
… |
STRUTTURA U KONTENUT
...
Noti
Struttura
...
114. |
Eżempji ta’ ordni sistematiku jew ġbir ta’ noti jinkludu:
...
|
L-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità
117. |
Entità għandha tiżvela informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità (ara l-paragrafu 7). L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità tkun materjali jekk, meta titqies flimkien ma’ informazzjoni oħra inkluża fir-rapporti finanzjarji ta’ entità, ikun jista’ jiġi raġonevolment mistenni li tinfluwenza d-deċiżjonijiet li l-utenti primarji tar-rapporti finanzjarji għal skop ġenerali jieħdu abbażi ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji. |
117 A |
L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità li tirrigwarda tranżazzjonijiet immaterjali, eventi jew kundizzjonijiet oħra hija immaterjali u ma hemmx għalfejn tiġi żvelata. L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità tista’ madankollu tkun materjali minħabba n-natura tat-tranżazzjonijiet relatati, eventi jew kundizzjonijiet oħra, anki jekk l-ammonti jkunu immaterjali. Madankollu, mhux l-informazzjoni kollha dwar il-politika tal-kontabilità li tirrigwarda t-tranżazzjonijiet materjali, eventi jew kundizzjonijiet oħra hija minnha nnifisha materjali. |
117B |
L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità hija mistennija li tkun materjali jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji ta’ entità jkunu jeħtieġuha biex jifhmu informazzjoni materjali oħra fir-rapporti finanzjarji. Pereżempju, wisq probabbli li entità tqis l-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità materjali għar-rapporti finanzjarji tagħha jekk dik l-informazzjoni tkun tirrigwarda tranżazzjonijiet materjali, eventi u kundizzjonijiet oħra u:
|
117C |
L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità li tiffoka fuq kif entità tkun applikat ir-rekwiżiti tal-IFRSs għaċ-ċirkostanzi tagħha stess tipprovdi informazzjoni speċifika għall-entità li tkun aktar utli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji minn informazzjoni standardizzata, jew informazzjoni li kulma tagħmel huwa li tirriproduċi jew tiġbor fil-qosor ir-rekwiżiti tal-IFRSs. |
117D |
Jekk entità tiżvela informazzjoni immaterjali dwar il-politika tal-kontabilità, tali informazzjoni ma għandhiex tostor l-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità. |
117E |
Il-konklużjoni ta’ entità li l-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità hija immaterjali ma taffettwax ir-rekwiżiti ta’ żvelar relatati stipulati f’IFRSs oħrajn. |
118. |
[Imħassar] |
119. |
[Imħassar] |
120. |
[Imħassar] |
121. |
[Imħassar] |
122. |
Entità għandha tiżvela, flimkien mal-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità jew noti oħra, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi (ara l-paragrafu 125), li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika ta’ kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.
... |
TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
...
139 V |
L-Iżvelar tal-Politika tal-Kontabilità, li ħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafi 7, 10, 114, 117 u 122, żied il-paragrafi 117 A–117E u ħassar il-paragrafi 118, 119 u 121. Emenda wkoll id-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Making Materiality Judgements (L-għoti ta’ ġudizzji dwar il-materjalità). Entità għandha tapplika l-emendi għall-IAS 1 għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għal pubblikazzjonijiet u Standards oħra tal-IFRS
Emendi għall-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar
Il-paragrafi 21 u B5 huma emendati. Jiżdied il-paragrafu 44II.
L-IMPORTANZA TA’ STRUMENTI FINANZJARJI GĦALL-POŻIZZJONI U R-RIŻULTATI FINANZJARJI
...
Żvelar ieħor
Politiki ta’ kontabilità
21. |
F’konformità mal-paragrafu 117 tal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007), entità tiżvela informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità. L-informazzjoni dwar il-bażi (jew bażijiet) tal-kejl għall-istrumenti finanzjarji użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji hija mistennija li tkun informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità.
... |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
...
44II |
L-Iżvelar tal-Politika tal-Kontabilità, li jemenda l-IAS 1 u d-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Making Materiality Judgements (L-għoti ta’ ġudizzji dwar il-materjalità), u nħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafi 21 u B5. Entità għandha tapplika dik l-emenda għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt.
… |
Appendiċi B
Gwida għall-Applikazzjoni
...
KLASSIJIET TA’ STRUMENTI FINANZJARJI U LIVELL TA’ ŻVELAR (IL-PARAGRAFU 6)
...
Żvelar ieħor – politika tal-kontabilità (il-paragrafu 21)
B5 |
Il-paragrafu 21 jirrikjedi żvelar tal-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità, li hija mistennija li tinkludi informazzjoni dwar il-bażi (jew bażijiet) tal-kejl għall-istrumenti finanzjarji użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji. Għall-istrumenti finanzjarji, tali żvelar jaf jinkludi:
... Il-paragrafu 122 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jirrikjedi wkoll li l-entitajiet jiżvelaw, flimkien mal-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità jew noti oħrajn, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi, li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji. |
Emendi għall-IAS 26 Kontabilità u Rappurtar minn Pjanijiet ta’ Benefiċċji għall-Irtirar
Il-paragrafu 34 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 38.
IL-PJANIJIET KOLLHA
Żvelar
34. |
Ir-rapporti finanzjarji ta’ pjan ta’ benefiċċju għall-irtirar, kemm jekk ta’ benefiċċju definit jew ta’ kontribuzzjoni definita, għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:
…
… |
DATA EFFETTIVA
...
38. |
L-Iżvelar tal-Politika tal-Kontabilità, li jemenda l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji u d-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Making Materiality Judgements (L-għoti ta’ ġudizzji dwar il-materjalità), u li nħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafu 34. Entità għandha tapplika dik l-emenda għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-IAS 34 Rappurtaġġ Finanzjarju Interim
Il-paragrafu 5 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 60.
KONTENUT TA’ RAPPORT FINANZJARJU INTERIM
5. |
L-IAS 1 jiddefinixxi sett komplut ta’ rapporti finanzjarji li jinkludi l-komponenti li ġejjin:
...
... |
DATA EFFETTIVA
...
60. |
L-Iżvelar tal-Politika tal-Kontabilità, li jemenda l-IAS 1 u d-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Making Materiality Judgements (L-għoti ta’ ġudizzji dwar il-materjalità), u li nħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-IAS 8
Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji
Il-paragrafi 5, 32, 34, 38 u 48 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 32 huma emendati. Jiżdiedu l-paragrafi 32 A–32B, 34 A u 54I u l-intestaturi ta’ fuq il-paragrafi 34 u 36. L-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 39 hija emendata biex tkun subintestatura tal-intestatura miżjuda fuq il-paragrafu 34.
DEFINIZZJONIJIET
5. |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
... Stimi tal-kontabilità huma ammonti monetarji fir-rapporti finanzjarji li huma soġġetti għal inċertezza tal-kejl. ... |
STIMI TAL-KONTABILITÀ
32. |
Politika tal-kontabilità jaf tkun tirrikjedi li entrati elenkati fir-rapporti finanzjarji jitkejlu b’tali mod li jinvolvi inċertezza tal-kejl, jiġifieri, il-politika tal-kontabilità jaf tkun tirrikjedi li tali entrati jitkejlu f’ammonti monetarji li ma jistgħux jiġu osservati direttament u minflok trid issir stima tagħhom. F’tali każ, entità tiżviluppa stima tal-kontabilità biex tilħaq l-objettiv stabbilit mill-politika tal-kontabilità. L-iżvilupp ta’ stimi tal-kontabilità jinvolvi l-użu ta’ ġudizzji jew suppożizzjonijiet ibbażati fuq l-aħħar informazzjoni affidabbli disponibbli. Eżempji ta’ stimi tal-kontabilità jinkludu:
|
32 A |
Entità tuża tekniki u inputs ta’ kejl biex tiżviluppa stima tal-kontabilità. It-tekniki ta’ kejl jinkludu tekniki tal-istimi (pereżempju, tekniki użati biex jitkejjel provvediment għat-telf għal telf ta’ kreditu mistenni bl-applikazzjoni tal-IFRS 9) u tekniki ta’ valwazzjoni (pereżempju, tekniki użati għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi jew obbligazzjoni bl-applikazzjoni tal-IFRS 13). |
32B |
It-terminu “stima” fl-IFRSs xi drabi jirreferi għal stima li mhijiex stima tal-kontabilità kif definita f’dan l-Istandard. Pereżempju, xi drabi jirreferi għal input użat fl-iżvilupp ta’ stimi tal-kontabilità.
... |
Bidliet fl-istimi tal-kontabilità
34. |
Stima jaf tkun teħtieġ tibdel stima tal-kontabilità jekk iseħħu bidliet fiċ-ċirkustanzi li fuqhom l-istima tal-kontabilità kienet ibbażata jew bħala riżultat ta’ informazzjoni ġdida, żviluppi ġodda jew aktar esperjenza. Min-natura tagħha, bidla fi stima tal-kontabilità ma tirrelatax ma’ perjodi ta’ qabel u mhijiex korrezzjoni ta’ żball. |
34 A |
L-effetti fuq stima tal-kontabilità ta’ bidla fl-input jew bidla fit-teknika ta’ kejl huma bidliet fl-istimi tal-kontabilità sakemm ma jirriżultawx mill-korrezzjoni ta’ żbalji fil-perjodi ta’ qabel.
... |
Applikazzjoni tal-bidliet fl-istimi tal-kontabilità
...
38. |
Rikonoxximent prospettiv tal-effett tal-bidla fi stima tal-kontabilità tfisser li l-bidla hija applikata għat-tranżazzjonijiet, eventi u kondizzjonijiet oħra mid-data ta’ dik il-bidla. Bidla fl-istima tal-kontabilità jaf taffettwa biss il-profitt jew it-telf tal-perjodu kurrenti, jew il-profitt jew it-telf kemm tal-perjodu kurrenti kif ukoll tal-perjodi tal-futur. Pereżempju, bidla fi provvediment għat-telf għal telf ta’ kreditu mistenni taffettwa biss il-profitt jew it-telf tal-perjodu kurrenti u għalhekk tiġi rikonoxxuta fil-perjodu kurrenti. Madankollu, bidla fiż-żmien tal-utilità ta’, jew il-format mistenni tal-konsum ta’ benefiċċji ekonomiċi tal-futur li jinsabu f’assi deprezzabbli taffettwa l-ispiża ta’ deprezzament għall-perjodu kurrenti u għal kull perjodu tal-futur matul iż-żmien tal-utilità li jkun fadal tal-assi. Fiż-żewġ każijiet, l-effett tal-bidla relatat mal-perjodu preżenti huwa rikonoxxut bħala introjtu jew spiża fil-perjodu preżenti. L-effett, jekk hemm, fuq perjodi tal-futur huwa rikonoxxut bħala introjtu jew spiża f’dawk il-perjodi tal-futur. |
Żvelar
...
ŻBALJI
...
48. |
Korrezzjonijiet ta’ żbalji huma distinti minn bidliet fl-istimi tal-kontabilità. Stimi tal-kontabilità min-natura tagħhom stess huma approssimazzjonijiet u jistgħu jkunu jeħtieġu tibdil kif issir magħrufa informazzjoni addizzjonali. Pereżempju, il-qligħ jew it-telf rikonoxxut mir-riżultat ta’ kontinġenza mhuwiex korrezzjoni ta’ żball.
... |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
...
54I |
Definizzjoni ta’ Stimi tal-Kontabilità, li ħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafi 5, 32, 34, 38 u 48 u żied il-paragrafi 32 A, 32B u 34 A. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Entità għandha tapplika l-emendi għall-bidliet fl-istimi tal-kontabilità u l-bidliet fil-politiki tal-kontabilità li jseħħu fil-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li fih tapplika l-emendi, jew warajh. |