EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019L1937-20230502

Consolidated text: Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1937/2023-05-02

02019L1937 — MT — 02.05.2023 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA (UE) 2019/1937 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ottubru 2019

dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni

(ĠU L 305 26.11.2019, p. 17)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2020/1503 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta' Ottubru 2020

  L 347

1

20.10.2020

►M2

REGOLAMENT (UE) 2022/1925 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Settembru 2022

  L 265

1

12.10.2022




▼B

DIRETTIVA (UE) 2019/1937 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ottubru 2019

dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni



KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KONDIZZJONIJIET GĦALL-PROTEZZJONI

Artikolu 1

Skop

L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li jittejjeb l-infurzar tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni f’oqsma speċifiċi billi jiġu stabbiliti standards minimi komuni li jipprevedu protezzjoni ta’ livell għoli għal persuni li jirrapportaw ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

1.  

Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi komuni għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw il-ksur segwenti tal-liġi tal-Unjoni:

(a) 

ksur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness li jikkonċerna l-oqsma li ġejjin:

(i) 

l-akkwist pubbliku;

(ii) 

is-servizzi, il-prodotti u s-swieq finanzjarji, u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(iii) 

is-sikurezza u l-konformità tal-prodotti;

(iv) 

is-sikurezza tat-trasport;

(v) 

il-protezzjoni tal-ambjent;

(vi) 

il-protezzjoni mir-radjazzjoni u s-sikurezza nukleari;

(vii) 

is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali;

(viii) 

is-saħħa pubblika;

(ix) 

il-protezzjoni tal-konsumatur;

(x) 

il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, u sikurezza tan-netwerks u tas-sistemi ta’ informazzjoni;

(b) 

il-ksur li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 325 TFUE u kif speċifikati ulterjorment f’miżuri rilevanti tal-Unjoni;

(c) 

il-ksur marbut mas-suq intern, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) TFUE, inkluż il-ksur tar-regoli tal-Unjoni tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat, kif ukoll ksur relatat mas-suq intern fir-rigward ta’ atti li jiksru r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jew ta’ ftehimiet li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jegħleb l-oġġett jew l-iskop tal-liġi tat-taxxa korporattiva applikabbli.

2.  
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jestendu l-protezzjoni skont il-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ oqsma jew atti li mhumiex koperti mill-paragrafu 1.

Artikolu 3

Relazzjoni ma’ atti oħrajn tal-Unjoni u dispożizzjonijiet nazzjonali

1.  
Fejn regoli speċifiċi dwar ir-rapportar ta’ ksur huma previsti fl-atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi mniżżla fil-Parti II tal-Anness, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikabbli sa fejn kwistjoni ma tkunx irregolata b’mod obbligatorju f’dawk l-atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi.
2.  
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiżguraw is-sigurtà nazzjonali, jew is-setgħa tagħhom li jipproteġu l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħhom. B’mod partikolari, ma għandhiex tapplika għal rapporti ta’ ksur tar-regoli tal-akkwist li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà sakemm ma jkunux koperti mill-atti rilevanti tal-Unjoni.
3.  

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tirrigwarda kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata;

(b) 

il-protezzjoni tal-privileġġ professjonali legali u mediku;

(c) 

is-segretezza tad-deliberazzjonijiet ġudizzjarji; jew

(d) 

regoli dwar il-proċedura kriminali.

4.  
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali dwar l-eżerċizzju minn ħaddiema tad-drittijiet tagħhom li jikkonsultaw lir-rappreżentanti jew lit-trade unions tagħhom, u dwar protezzjoni minn kwalunkwe miżura detrimentali mhux ġustifikata li tkun ġejja minn tali konsultazzjonijiet kif ukoll dwar l-awtonomija tas-sħab soċjali u d-dritt tagħhom li jidħlu fi ftehimiet kollettivi. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-livell ta’ protezzjoni mogħti minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Kamp ta’ applikazzjoni personali

1.  

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni li jaħdmu fis-settur privat jew dak pubbliku li jirrapportaw li kisbu informazzjoni dwar ksur f’kuntest relatat max-xogħol inkluż, mill-inqas, dawn li ġejjin:

(a) 

persuni li għandhom l-istatus ta’ ħaddiema, skont it-tifsira tal-Artikolu 45(1) TFUE, inkluż l-impjegati maċ-ċivil;

(b) 

persuni li għandhom l-istatus ta’ ħaddiema għal rashom, skont it-tifsira tal-Artikolu 49 TFUE;

(c) 

azzjonisti u -persuni li jagħmlu parti mill-korp amministrattiv, tal-maniġment jew ta’ sorveljanza ta’ intrapriża, inkluż membri mhux eżekuttivi, kif ukoll voluntiera u apprendisti imħallsin u mhux imħallsin;

(d) 

kwalunkwe persuna li taħdem taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni ta’ kuntratturi, sottokuntratturi u fornituri.

2.  
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-persuni li jirrapportaw fejn jirrapportaw jew jiżvelaw pubblikament informazzjoni dwar ksur li tkun inkisbet matul relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol li sadanittant tkun intemmet.
3.  
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-persuni li jirrapportaw li r-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom għadha ser tibda f’każijiet fejn l-informazzjoni dwar ksur inkisbet matul il-proċess ta’ reklutaġġ jew waqt negozjati prekuntrattwali oħrajn.
4.  

Il-miżuri għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw stabbiliti fil-Kapitolu VI għandhom japplikaw ukoll, fejn rilevanti, għal:

(a) 

faċilitaturi;

(b) 

persuni terzi li huma konnessi mal-persuni li jirrapportaw u li jistgħu jsofru ritaljazzjoni f’kuntest relatat max-xogħol, bħal kollegi jew qraba tal-persuni li jirrapportaw; u

(c) 

entitajiet ġuridiċi li jappartjenu għall-persuni li jirrapportaw, li jaħdmu għalihom jew li jkunu konnessi magħhom b’mod ieħor f’kuntest relatat max-xogħol.

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“ksur” tfisser atti jew ommissjonijiet li:

(i) 

ikunu illegali u li jkunu marbuta mal-atti tal-Unjoni u l-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali msemmi fl-Artikolu 2; jew

(ii) 

imorru kontra l-objettiv jew l-iskop tar-regoli previsti fl-atti tal-Unjoni u l-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni materjali msemmi fl-Artikolu 2;

(2) 

“informazzjoni dwar il-ksur” tfisser informazzjoni, inklużi suspetti raġonevoli, dwar ksur reali jew potenzjali, li seħħ jew li hemm possibbiltà kbira li jseħħ fl-organizzazzjoni li fiha taħdem jew ħadmet il-persuna li tirrapporta jew f’organizzazzjoni oħra li magħha l-persuna li tirrapporta tkun jew kienet f’kuntatt permezz tax-xogħol tagħha, u dwar tentattivi biex jinħeba tali ksur;

(3) 

“rapport” jew “rapportar” tfisser, komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ta’ informazzjoni dwar ksur;

(4) 

“rapportar intern” tfisser il-komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ta’ informazzjoni dwar ksur fi ħdan entità ġuridika fis-settur privat jew dak pubbliku;

(5) 

“rapportar estern” tfisser il-komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ta’ informazzjoni dwar ksur lill-awtoritajiet kompetenti;

(6) 

“żvelar pubbliku” jew “żvelar pubblikament” tfisser li l-informazzjoni ta’ ksur issir disponibbli fid-dominju pubbliku;

(7) 

“persuna li tirrapporta” tfisser persuna fiżika li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni pubblikament dwar ksur miksuba fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħha;

(8) 

“faċilitatur” tfisser persuna fiżika li tassisti lil persuna li tirrapporta fil-proċess ta’ rapportar f’kuntest relatat max-xogħol, u li l-assistenza tagħha jenħtieġ li tkun kunfidenzjali;

(9) 

“kuntest relatat max-xogħol” tfisser attivitajiet ta’ xogħol attwali jew preċedenti fis-settur pubbliku jew privat li permezz tagħhom, irrispettivament min-natura ta’ dawk l-attivitajiet, persuni jiksbu informazzjoni dwar ksur u li fihom dawk il-persuni jistgħu jsofru ritaljazzjoni jekk ikunu rrapportaw tali informazzjoni.

(10) 

“persuna kkonċernata” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija msemmija fir-rapport jew fl-iżvelar pubbliku bħala persuna li għamlet il-ksur jew li magħha hija assoċjata dik il-persuna;

(11) 

“ritaljazzjoni” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni diretta jew indiretta li sseħħ f’kuntest relatat max-xogħol, hija mqanqla mir-rapportar intern jew estern jew minn żvelar pubbliku, u li tikkawża jew tista’ tikkawża detriment mhux ġustifikat lill-persuna li tirrapporta;

(12) 

“segwitu” tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda minn dak li jirċievi rapport, jew kwalunkwe awtorità kompetenti, biex tivvaluta l-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u, fejn rilevanti, biex tindirizza l-ksur irrapportat, inkluż permezz ta’ azzjonijiet bħal inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni, azzjoni għall-irkupru ta’ fondi, jew l-għeluq tal-proċedura;

(13) 

“rispons” tfisser il-forniment lill-persuna li tirrapporta ta’ informazzjoni dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu u dwar ir-raġunijiet għal tali segwitu;

(14) 

“awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali li tinħatar biex tirċievi rapporti f’konformità mal-Kapitolu III u li tagħti rispons lill-persuna li tirrapporta u/jew li tinħatar biex twettaq il-kompiti previsti f’din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tas-segwitu.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw

1.  

Persuni li jirrapportaw għandhom jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt din id-Direttiva dment li:

(a) 

huma kellhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li l-informazzjoni dwar ksur irrapportata kienet vera fil-ħin tar-rapportar u li tali informazzjoni kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; u

(b) 

huma rrapportaw internament f’konformità mal-Artikolu 7 jew esternament f’konformità mal-Artikolu 10, jew għamlu żvelar pubbliku f’konformità mal-Artikolu 15.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi eżistenti li jiġi previst rapportar anonimu skont il-liġi tal-Unjoni, din id-Direttiva ma taffettwax is-setgħa tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk entitajiet ġuridiċi fis-settur privat jew dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti humiex rikjesti li jaċċettaw u jagħtu segwitu għar-rapporti anonimiu ta’ ksur.
3.  
Persuni li rrapportaw jew żvelaw informazzjoni pubblikament dwar ksur b’mod anonimu, iżda li jiġu identifikati sussegwentement u jsofru ritaljazzjoni għandhom xorta waħda jikkwalifikaw għall-protezzjoni prevista taħt il-Kapitolu VI, dment li dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
4.  
Persuni li jirrapportaw lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni dwar ksur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jikkwalifikaw għal protezzjoni kif stipulat f’din id-Direttiva bl-istess kondizzjonijiet bħal persuni li jirrapportaw esternament.



KAPITOLU II

RAPPORTAR INTERN U SEGWITU

Artikolu 7

Rapportar permezz ta’ kanali ta’ rapportar interni

1.  
Bħala prinċipju ġenerali u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 15, informazzjoni dwar ksur tista’ tiġi rrapportata permezz tal-kanali ta’ rapportar interni u l-proċeduri previsti f’dan il-Kapitolu.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu r-rapportar permezz ta’ kanali ta’ rapportar interni qabel ma jirrapportaw permezz ta’ kanali ta’ rapportar esterni fejn il-ksur jista’ jiġi effettivament indirizzat internament u fejn il-persuna li tirrapporta tqis li ma hemm l-ebda riskju ta’ ritaljazzjoni.
3.  
Għandha tiġi pprovduta informazzjoni xierqa relatata mal-użu ta’ kanali ta’ rapportar interni msemmija fil-paragrafu 2 fil-kuntest tal-informazzjoni mogħtija minn entitajiet ġuridiċi fis-settur pubbliku u privat skont il-punt (g) tal-Artikolu 9(1), u mill-awtoritajiet kompetenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13.

Artikolu 8

Obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta’ rapportar interni

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku jistabbilixxu kanali u proċeduri għar-rapportar intern u għas-segwitu, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali u bi ftehim magħhom fejn previst mil-liġi nazzjonali.
2.  
Il-kanali u proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jippermettu lill-ħaddiema tal-entità sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar ksur. Jistgħu jippermettu persuni oħra, imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(2), li huma f’kuntatt mal-entità fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom sabiex ukoll jirrapportaw informazzjoni dwar ksur.
3.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat b’50 ħaddiem jew aktar.
4.  
Il-limitu stabbilit fil-paragrafu 3 ma għandux japplika għall-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni msemmija fil-Partijiet I.B u II tal-Anness.
5.  
Il-kanali ta’ rapportar jistgħu jkunu operati internament minn persuna jew dipartiment maħtur għal dak il-għan jew ipprovduti esternament minn parti terza. Is-salvagwardji u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9(1) għandhom japplikaw ukoll lil partijiet terzi fdati li joperaw il-kanal ta’ rapportar għal entità ġuridika fis-settur privat.
6.  
L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat li għandhom bejn 50 u 249 ħaddiem jistgħu jaqsmu r-riżorsi fir-rigward tal-wasla ta’ rapporti u ta’ kwalunkwe investigazzjoni li għandha titwettaq. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti fuq tali entitajiet minn din id-Direttiva li jżommu l-kunfidenzjalità, li jagħtu rispons, u li jindirizzaw il-ksur irrapportat.
7.  
Wara valutazzjoni xierqa tar-riskju li tikkunsidra n-natura tal-attivitajiet tal-entitajiet u l-livell ta’ riskju li jirriżulta, b’mod partikolari, għall-ambjent u s-saħħa pubblika, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li entitajiet ġuridiċi fis-settur privat b’inqas minn 50 ħaddiem jistabbilixxu kanali u proċeduri ta’ rapportar interni f’konformità mal-Kapitolu II.
8.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni li huma jieħdu li tirrikjedi li entitajiet ġuridiċi fis-settur privat jistabbilixxu kanali ta’ rapportar interni skont il-paragrafu 7. Dik in-notifika għandha tinkludi r-raġunijiet għad-deċiżjoni u l-kriterji użati fil-valutazzjoni tar-riskju msemmi fil-paragrafu 7. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-Istati Membri l-oħra.
9.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-entitajiet ġuridiċi kollha fis-settur pubbliku, inkluż kwalunkwe entità li hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn tali entitajiet.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 lil muniċipalitajiet b’inqas minn 10 000 abitant jew b’inqas minn 50 ħaddiem, jew entitajiet oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu b’inqas minn 50 ħaddiem.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kanali ta’ rapportar interni jistgħu jkunu kondiviżi bejn muniċipalitajiet jew jiġu operati minn awtoritajiet muniċipali konġunti f’konformità mal-liġi nazzjonali, sakemm il-kanali ta’ rapportar interni kondiviżi jkunu distinti minn u awtonomi fir-rigward tal-kanali ta’ rapportar esterni rilevanti.

Artikolu 9

Proċeduri għal rapportar intern u għas-segwitu

1.  

Il-proċeduri għar-rapportar intern u għas-segwitu kif imsemmi fl-Artikolu 8 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

kanali biex jintlaqgħu r-rapporti li jkunu mfasslin, stabbiliti u operati b’mod sigur li jiżgura li l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta u ta’ kwalunkwe parti terza msemmija fir-rapport hija protetta, u li jipprevjeni l-aċċess għalihom minn membri tal-persunal mhux awtorizzati;

(b) 

notifika lill-persuna li tirrapporta dwar il-fatt li r-rapport wasal fi żmien sebat ijiem wara li jkun wasal ir-rapport;

(c) 

il-ħatra ta’ persuna jew dipartiment kompetenti imparzjali biex jagħti segwitu għar-rapporti, li jista’ jkun l-istess persuna jew dipartiment bħal dak li jirċievi r-rapporti u li ser iżomm il-komunikazzjoni mal-persuna li tirrapporta u, fejn meħtieġ, jitlob aktar informazzjoni mingħand u jipprovdi rispons lil dik il-persuna li tirrapporta;

(d) 

segwitu diliġenti mill-persuna jew dipartiment maħtur imsemmija fil-punt (c);

(e) 

segwitu diliġenti, fejn previst fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta’ rapportar anonimu;

(f) 

perijodu ta’ żmien raġonevoli biex jingħata rispons, mhux aktar minn tliet xhur min-notifika li r-rapport wasal jew, jekk ma ntbagħtet l-ebda notifika lill-persuna li tirrapporta, tliet xhur mill-iskadenza tal-perijodu ta’ sebat ijiem wara li jkun sar ir-rapport;

(g) 

l-għoti ta’ informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar il-proċeduri għar-rapportar estern lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 10 u, fejn rilevanti, lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni.

2.  
Il-kanali previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jippermettu r-rapportar bil-miktub jew bil-fomm, jew it-tnejn. Rapportar bil-fomm għandu jkunu possibbli permezz tat-telefon jew permezz sistemi oħra ta’ messaġġi bil-vuċi, u, fuq talba mill-persuna li tirrapporta, permezz ta’ laqgħa fiżika fi żmien raġonevoli.



KAPITOLU III

RAPPORTAR ESTERN U SEGWITU

Artikolu 10

Rapportar permezz ta’ kanali ta’ rapportar esterni

Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 15(1), il-persuni li jirrapportaw għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar ksur bl-użu tal-kanali u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 11 u 12, wara li jkunu l-ewwel irrapportaw permezz tal-kanali ta’ rapportar interni, jew billi jirrapportaw direttament permezz tal-kanali ta’ rapportar esterni.

Artikolu 11

Obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta’ rapportar esterni u li jingħata segwitu għar-rapporti

1.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu, jagħtu rispons u segwitu għar-rapporti u għandhom jipprovdulhom ir-riżorsi adegwati.
2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti:

(a) 

jistabbilixxu kanali ta’ rapportar esterni indipendenti u awtonomi sabiex jirċievu u jittrattaw l-informazzjoni dwar ksur;

(b) 

malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien sebat ijiem minn meta jasal ir-rapport, jirrikonoxxi dik il-wasla i dment li l-persuna li tirrapporta ma tkunx talbet speċifikament mod ieħor jew l-awtorità kompetenti ma għandhiex raġunijiet biex taħseb li r-rikonoxximent tal-wasla tar-rapport jippreġudika l-protezzjoni tal-identità tal-persuna li tirrapporta;

(c) 

jagħtu segwitu diliġenti għar-rapporti;

(d) 

jipprovdu rispons lill-persuna li tirrapporta f’perijodu ta’ żmien raġonevoli li ma jaqbiżx it-tliet xhur, jew is-sitt xhur f’każijiet debitament ġustifikati;;

(e) 

jikkomunikaw lill-persuna li tirrapporta r-riżultat finali ta’ investigazzjonijiet li nbdew bħala riżultat tar-rapport, f’konformità ma’ proċeduri previsti skont il-liġi nazzjonali;

(f) 

jibagħtu fiż-żmien dovut, l-informazzjoni li hemm fir-rapport lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kompetenti tal-Unjoni, kif xieraq, għal aktar investigazzjoni, fejn dan huwa previst skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

3.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu vvalutaw kif xieraq il-kwistjoni, ikunu jistgħu jiddeċiedu li ksur irrapportat huwa b’mod ċar wieħed minuri u ma jirrikjedix segwitu ulterjuri skont din id-Direttiva, ħlief l-għeluq tal-proċedura. Dan ma għandux jaffettwa obbligi oħra jew proċeduri applikabbli oħrajn biex jiġi indirizzat il-ksur irrapportat, jew il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva fir-rigward ta’ rapportar intern jew estern. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-persuna li tirrapporta dwar id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu li jagħlqu proċeduri dwar rapporti ripetittivi li ma jinkludu ebda informazzjoni sinifikanti ġdida dwar ksur meta mqabbla ma’ rapport preċedenti li fir-rigward tiegħu ikunu ġew konklużi l-proċeduri rilevanti, dment li ċirkostanzi ġodda legali jew fattwali ma jiġġustifikawx segwitu differenti. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-persuna li tirrapporta dwar id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.
5.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f’każ ta’ flussi għolja ta’ rapporti, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jittrattaw rapporti dwar ksur serju jew ksur ta’ dispożizzjonijiet essenzjali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, bħala kwistjoni ta’ prijorità, mingħajr preġudizzju għall-perjodu ta’ żmien kif stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 2.
6.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità li rċeviet rapport iżda li ma għandhiex il-kompetenza li tindirizza l-ksur irrapportat tittrasmettih lill-awtorità kompetenti, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, b’mod sikur, u li l-persuna li tirrapporta tkun informata dwar din it-trasmissjoni, mingħajr dewmien.

Artikolu 12

Tfassil ta’ kanali ta’ rapportar esterni

1.  

Il-kanali ta’ rapportar esterni għandhom ikunu kkunsidrati indipendenti u awtonomi, jekk jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

huma mfassla, stabbiliti u operati b’mod li jiżgura l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u jipprevjeni l-aċċess għalihom minn membri tal-persunal mhux awtorizzati tal-awtorità kompetenti;

(b) 

jippermettu l-ħżin durabbli ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18 biex jippermettu li jsiru aktar investigazzjonijiet.

2.  
Il-kanali ta’ rapportar esterni għandhom jippermettu rapportar bil-miktub u bil-fomm. Rapportar bil-fomm għandu jkun possibbli permezz tat-telefon jew permezz ta’ sistemi oħra ta’ messaġġi bil-vuċi u fuq talba tal-persuna li tirrapporta, permezz ta’ laqgħa fiżika fi żmien raġonevoli.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, meta rapport jasal permezz ta’ kanali oħra minbarra l-kanali ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jew minn membri tal-persunal oħra għajr dawk responsabbli għat-trattament tar-rapporti, il-membri tal-persunal li jirċevuh huma projbiti milli jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni li tista’ tidentifika lill-persuna li tirrapporta jew lill-persuna kkonċernata, u li huma jgħaddu minnufih ir-rapport mingħajr modifika lill-membri tal-persunal responsabbli għat-trattament tar-rapporti.
4.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jaħtru membri tal-persunal responsabbli biex jittrattaw ir-rapporti, u b’mod partikolari biex:

(a) 

jipprovdu lil kwalunkwe persuna interessata b’informazzjoni dwar il-proċeduri għar-rapportar;

(b) 

jirċievu u jagħtu segwitu għar-rapporti;

(c) 

iżommu kuntatt mal-persuna li tirrapporta bil-għan li jipprovdu rispons u jeżiġu aktar informazzjoni fejn meħtieġ.

5.  
Il-membri tal-persunal imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jirċievu taħriġ speċifiku biex jittrattaw ir-rapporti.

Artikolu 13

Informazzjoni dwar il-wasla tar-rapporti u s-segwitu tagħhom

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-siti tal-Internet tagħhom fit-taqsima separata, faċilment identifikabbli u aċċessibbli tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kondizzjonijiet ta’ kwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva;

(b) 

id-dettalji ta’ kuntatt għall-kanali ta’ rapportar esterni kif previst fl-Artikolu 12, b’mod partikolari l-indirizzi elettroniċi u postali, u n-numri tat-telefon għal tali kanali, filwaqt li jiġi indikat jekk il-konverżazzjonijiet telefoniċi humiex irrekordjati;

(c) 

il-proċeduri applikabbli għar-rapportar ta’ ksur, inkluż il-mod li bih l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-persuna li tirrapporta biex tiċċara l-informazzjoni rrapportata jew biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali, l-iskeda ta’ żmien għall-għoti ta’ rispons u t-tip u l-kontenut ta’ tali rispons;

(d) 

ir-reġim ta’ kunfidenzjalità applikabbli għar-rapporti, u b’mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ data personali f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva, l-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1725, kif applikabbli;

(e) 

in-natura tas-segwitu li għandu jingħata lir-rapporti;

(f) 

ir-rimedji u l-proċeduri għall-protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni u d-disponibbiltà ta’ parir kunfidenzjali lill-persuni li qed jikkontemplaw li jirrapportaw;

(g) 

dikjarazzjoni li tispjega b’mod ċar il-kondizzjonijiet li skonthom persuni li jirrapportaw lill-awtorità kompetenti jkunu protetti milli jġarrbu responsabbiltà għal ksur ta’ kunfidenzjalità skont l-Artikolu 21(2); u

(h) 

dettalji ta’ kuntatt taċ-ċentru ta’ informazzjoni jew tal-awtorità amministrattiva indipendenti unika kif previst fl-Artikolu 20(3) fejn applikabbli.

Artikolu 14

Rieżami tal-proċeduri mill-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrevedu l-proċeduri tagħhom biex jirċievu rapporti, u għas-segwitu tagħhom, regolarment, u tal-inqas darba kull tliet snin. Fir-rieżami ta’ tali proċeduri l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-esperjenza tagħhom kif ukoll dik ta’ awtoritajiet kompetenti oħrajn u jadattaw il-proċeduri tagħhom kif xieraq.



KAPITOLU IV

ŻVELAR PUBBLIKU

Artikolu 15

Żvelar pubbliku

1.  

Persuna li tagħmel żvelar pubbliku għandha tikkwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva jekk kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:

(a) 

il-persuna l-ewwel irrapportat internament, jew direttament esternament f’konformità mal-Kapitoli II u III, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni xierqa b’rispons għar-rapport fil-perijodu ta’ żmien imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 9(1) jew fil-punt (d) tal-Artikolu 11(2); jew

(b) 

il-persuna għandha raġunijiet ġustifikati biex temmen li:

(i) 

il-ksur jista’ jikkostitwixxi periklu imminenti jew evidenti għall-interess pubbliku, bħal fejn ikun hemm sitwazzjoni ta’ emerġenza jew riskju ta’ dannu irriversibbli; jew

(ii) 

fil-każ ta’ rapportar estern, ikun hemm riskju ta’ ritaljazzjoni jew ikun hemm prospett baxx li l-ksur li jkun qed jiġi indirizzat b’mod effettiv, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, bħal dawk fejn l-evidenza tista’ tinħeba jew tinqered jew fejn awtorità tista’ tkun f’kollużjoni mal-awtur tal-ksur jew involuta fil-ksur.

2.  
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal każijiet fejn persuna tiżvela informazzjoni direttament lill-istampa skont dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi li jistabbilixxu sistema ta’ protezzjoni relatata mal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.



KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAR-RAPPORTAR INTERN U ESTERN

Artikolu 16

Dmir ta’ kunfidenzjalità

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuna li tirrapporta ma tiġi żvelata lill-ebda persuna lil hinn mill-membri tal-persunal awtorizzati li huma kompetenti biex jirċievu jew jagħtu segwitu għar-rapporti, mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ dik il-persuna. Dan għandu japplika wkoll għal kwalunkwe informazzjoni oħra li minnha l-identità tal-persuna li tirrapporta tista’ tiġi dedotta direttament jew indirettament.
2.  
B’ deroga mill-paragrafu 1, l-identità tal-persuna li tirrapporta u kwalunkwe informazzjoni oħra msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu żvelati biss fejn dan huwa obbligu meħtieġ u proporzjonat impost mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jew proċedimenti ġudizzjarji, inkluż bil-ħsieb li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkonċernata.
3.  
Żvelar li jsir skont id-deroga prevista fil-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa skont ir-regoli tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli. B’mod partikolari, persuni li jirrapportaw għandhom jiġu informati qabel ma tiġi żvelata l-identità tagħhom, dment li tali informazzjoni ma tipperikolax l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġudizzjarji relatati. Meta tinforma lill-persuni li jirrapportaw, l-awtorità kompetenti għandha tibgħatilhom spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet għall-iżvelar tad-data kunfidenzjali kkonċernata.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni dwar ksur li tinkludi sigrieti kummerċjali ma jużawhomx jew jiżvelaw dawk is-sigrieti kummerċjali għal finijiet li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal segwitu xieraq.

Artikolu 17

Proċessar ta’ data personali

Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali li jsir skont din id-Direttiva, inkluż l-iskambju jew it-trasmissjoni ta’ data personali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680. Kwalunkwe skambju jew trasmissjoni ta’ informazzjoni minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni għandha ssir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Data personali li b’mod ċar ma tkunx rilevanti għat-trattament ta’ rapport speċifiku ma għandhiex tinġabar jew, jekk tinġabar b’mod aċċidentali, għandha titħassar mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 18

Żamma ta’ rekords tar-rapporti

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet ġuridiċi fis-settur pubbliku u privat u l-awtoritajiet kompetenti jżommu rekords ta’ kull rapport li jirċievu, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità previsti fl-Artikolu 16. Ir-rapporti għandhom jinħażnu għal mhux aktar minn kemm ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva, jew ma’ rekwiżiti oħra imposti mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
2.  

Fejn għar-rapportar tintuża linja tat-telefon irrekordjata jew sistema oħra ta’ messaġġi bil-vuċi rrekordjata, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, l l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw ir-rapportar bil-fomm f’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

billi jagħmlu reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f’forma li tista’ tiġi rkuprata u li tkun durabbli; jew

(b) 

permezz ta’ traskrizzjoni preċiża u sħiħa tal-konverżazzjoni ppreparata mill-membri tal-persunal responsabbli għat-trattament tar-rapport.

L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandhom joffru lill-persuna li tirrapporta l-opportunità li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel mat-traskrizzjoni tat-telefonata billi tiffirmaha.

3.  
Fejn għar-rapportar tintuża linja tat-telefon mhux irrekordjata jew sistema oħra ta’ messaġġi bil-vuċi mhux irrekordjata, l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw ir-rapportar bil-fomm fil-forma ta’ minuti preċiżi tal-konverżazzjoni miktuba mill-membru tal-persunal responsabbli għat-trattament tar-rapport. L-entitajiet ġuridiċi tas-settur privat u dak pubbliku u l- awtoritajiet kompetenti għandhom joffru lill-persuna li tirrapporta l-opportunità li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel dwar il-minuti tal-konverżazzjoni billi tiffirmahom.
4.  
Meta persuna titlob laqgħa mal-membri tal-persunal tal-entitajiet ġuridiċi tas-settur privat u dak pubbliku jew tal-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet ta’ rapportar f’konformità mal-Artikoli 9(2) u 12(2), l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, li jinżammu rekords kompluti u preċiżi tal-laqgħa f’forma li tista’ tiġi rkuprata u li tkun durabbli.

L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw il-laqgħa b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

billi jagħmlu reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f’forma li tista’ tiġi rkuprata u li tkun durabbli; jew

(b) 

permezz ta’ minuti preċiżi tal-laqgħa mħejjija mill-membri tal-persunal responsabbli għat-trattament tar-rapport.

L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandhom joffru lill-persuna li tirrapporta l-opportunità li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel dwar il-minuti tal-laqgħa billi tiffirmahom.



KAPITOLU VI

MIŻURI TA’ PROTEZZJONI

Artikolu 19

Projbizzjoni ta’ ritaljazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu kwalunkwe forma ta’ ritaljazzjoni kontra persuni msemmija fl-Artikolu 4, inkluż theddid ta’ ritaljazzjoni u attentati ta’ ritaljazzjoni, inkluż b’mod partikolari fil-forma ta’:

(a) 

sospensjoni, sensja, tkeċċija jew miżuri ekwivalenti;

(b) 

dimozzjoni jew sospensjoni ta’ promozzjoni;

(c) 

trasferiment ta’ kompiti, bidla fil-post tax-xogħol, tnaqqis ta’ pagi, bidla fis-sigħat tax-xogħol;

(d) 

sospensjoni ta’ taħriġ;

(e) 

valutazzjoni tal-prestazzjoni jew referenza tal-impjieg negattivi;

(f) 

impożizzjoni jew amministrazzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ dixxiplina, ċanfira jew piena oħra, inkluż piena finanzjarja;

(g) 

koeżjoni, intimidazzjoni, fastidju jew ostraċiżmu;

(h) 

diskriminazzjoni, trattament żvantaġġat jew inġust;

(i) 

nuqqas ta’ qlib ta’ kuntratt tal-impjieg minn wieħed temporanju għal wieħed permanenti, fejn il-ħaddiem kellu aspettattivi leġittimi li kien ser jiġi offrut impjieg permanenti;

(j) 

nuqqas ta’ tiġdid, jew terminazzjoni bikrija, ta’ kuntratt tal-impjieg temporanju;

(k) 

ħsara, inkluż għar-reputazzjoni tal-persuna, b’mod partikolari fil-media soċjali, jew telf finanzjarju, inkluż telf ta’ negozju u telf ta’ dħul;

(l) 

tniżżil fuq lista sewda abbażi ta’ ftehim informali jew formali mal-industrija jew mas-settur kollu, li jista’ jinvolvi li l-persuna mhux ser issib impjieg fis-settur jew fl-industrija fil-futur;

(m) 

terminazzjoni bikrija jew kanċellazzjoni ta’ kuntratt għal oġġetti jew servizzi;

(n) 

kanċellazzjoni ta’ liċenzja jew permess.

(o) 

riferimenti psikjatriċi jew mediċi.

Artikolu 20

Miżuri ta’ appoġġ

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 4 jkollhom aċċess, kif xieraq, għal miżuri ta’ appoġġ, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a) 

informazzjoni u pariri komprensivi u indipendenti, li huma faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas, dwar proċeduri u rimedji disponibbli, dwar il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni, u dwar id-drittijiet tal-persuna kkonċernata;

(b) 

assistenza effettiva mill-awtoritajiet kompetenti quddiem kwalunkwe awtorità rilevanti involuta fil-protezzjoni tagħhom kontra r-ritaljazzjoni, inkluż, fejn ikun previst mil-liġi nazzjonali, iċ-ċertifikazzjoni tal-fatt li jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt din id-Direttiva;

(c) 

aċċess għal għajnuna legali fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ċivili transfruntiera f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1919 u d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u f’konformità mal-liġi nazzjonali, għall-għajnuna legali fi proċedimenti ulterjuri u konsulenza legali jew assistenza legali oħra.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu miżuri ta’ assistenza u appoġġ finanzjarju, inkluż appoġġ psikoloġiku, għal persuni li jirrapportaw fil-qafas ta’ proċedimenti legali.
3.  
Il-miżuri ta’ appoġġ imsemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu pprovduti, kif xieraq, minn ċentru ta’ informazzjoni jew awtorità amministrattiva indipendenti unika u identifikata b’mod ċar.

Artikolu 21

Miżuri għall-protezzjoni mir-ritaljazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 4 jiġu protetti mir-ritaljazzjoni. Tali miżuri għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dawk stipulati fil-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu.
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2) u (3), fejn persuni jirrapportaw informazzjoni dwar ksur jew jagħmlu żvelar pubbliku f’konformità ma’ din id-Direttiva huma ma għandhomx jitqiesu li kisru ebda restrizzjoni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni u ma għandhom jiġu attribwiti responsabbiltà ta’ ebda tip fir-rigward ta’ tali rapport jew żvelar pubbliku dment li kellhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li r-rapportar jew l-iżvelar pubbliku ta’ tali informazzjoni kien meħtieġ biex jinkixef ksur skont din id-Direttiva.
3.  
Il-persuni li jirrapportaw ma għandhomx jiġu attribwiti responsabbiltà fir-rigward tal-akkwist tal-informazzjoni jew tal-aċċess għaliha li tkun irrapportata jew żvelata pubblikament, dment li tali akkwist jew aċċess ma jkunx ikkostitwixxa reat kriminali awtonomu. F’każ li l-akkwist jew l-aċċess jikkostitwixxi reat kriminali awtonomu, responsabbiltà kriminali għandha tibqa’ irregolata mil-liġi nazzjonali applikabbli.
4.  
Kwalunkwe responsabbiltà possibbli oħra ta’ persuni li jirrapportaw li tirriżulta minn atti jew ommissjonijiet li ma jkunux relatati mar-rapportar jew żvelar pubbliku jew li ma jkunux meħtieġa biex jinkixef ksur skont din id-Direttiva għandha tkompli tkun irregolata mil-liġi applikabbli tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
5.  
Fi proċedimenti quddiem qorti jew awtorità oħra marbuta ma’ detriment sofrut mill-persuna li tirrapporta, u soġġett li dik il-persuna tistabbilixxi li rrapportat jew għamlet żvelar pubbliku u sofriet detriment, għandu jiġi preżunt li d-detriment sar b’ritaljazzjoni għar-rapport jew l-iżvelar pubbliku. F’każijiet bħal dawn, għandu jkun f’idejn il-persuna li tkun ħadet il-miżura detrimentali li tagħti prova li dik il-miżura kienet ibbażata fuq raġunijiet debitament ġustifikati.
6.  
Persuni msemmija fl-Artikolu 4 għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta’ rimedju kontra r-ritaljazzjoni kif xieraq, inklużi miżuri interim sas-soluzzjoni tal-proċedimenti legali, f’konformità mal-liġi nazzjonali.
7.  
Fi proċedimenti legali, inkluż għal malafama, ksur ta’ drittijiet tal-awtur, ksur ta’ segretezza, ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, żvelar ta sigrieti kummerċjali, jew għal talbiet għal kumpens ibbażati fuq id-dritt privat, pubbliku jew fuq il-liġi kollettiva tax-xogħol, il-persuni msemmija fl-Artikolu 4 ma għandhomx jiġu attribwiti responsabbiltà ta’ ebda tip bħala riżultat ta’ rapporti jew żvelar pubbliku taħt din id-Direttiva. Dawk il-persuni għandu jkollhom id-dritt li jinvokaw dak ir-rapportar jew l-iżvelar pubbliku biex jitolbu li l-kawża titwaqqa’, dment li kellhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li r-rapportar jew l-iżvelar pubbliku kien meħtieġ biex jinkixef ksur, skont din id-Direttiva.

Fejn persuna tirrapporta jew tiżvela pubblikament informazzjoni dwar ksur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u dik l-informazzjoni tinkludi sigrieti kummerċjali, u fejn dik il-persuna tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, tali rapportar jew żvelar pubbliku għandu jitqies bħala legali skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (UE) 2016/943.

8.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-rimedji u l-kumpens sħiħ jiġu pprovduti għad-dannu mġarrab mill-persuni msemmija fl-Artikolu 4 f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 22

Miżuri għall-protezzjoni tal-persuni kkonċernati

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-Karta, li l-persuni kkonċernati jgawdu bis-sħiħ id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, kif ukoll il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet ta’ difiża, inkluż id-dritt għal smigħ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl tagħhom.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li l-identità tal-persuni kkonċernati tkun protetta sakemm investigazzjonijiet li jkunu nbdew bħala riżultat tar-rapport jew l-iżvelar pubbliku ikunu għaddejjin.
3.  
Ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 12, 17 u 18 fir-rigward tal-protezzjoni tal-identità tal-persuni li jirrapportaw għandhom japplikaw ukoll għall-protezzjoni tal-persuni kkonċernati.

Artikolu 23

Pieni

1.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li:

(a) 

itellfu jew jippruvaw itellfu r-rapportar;

(b) 

jirritaljaw kontra l-persuni msemmija fl-Artikolu 4;

(c) 

iressqu proċedimenti vessatorji kontra l-persuni msemmija fl-Artikolu 4;

(d) 

jiksru d-dmir li jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw, kif imsemmi fl-Artikolu 16.

2.  
L-Istati Membri għandhom jipprevedu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli fir-rigward ta’ persuni li jirrapportaw fejn ikun stabbilit li konxjament irrapportaw jew żvelaw pubblikament informazzjoni falza. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri għall-kumpens ta’ dannu li jirriżulta minn tali rapportar jew żvelar pubbliku f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 24

Ebda Eżenzjoni ta’ drittijiet u rimedji

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u r-rimedji previsti f’din id-Direttiva ma jkunux jistgħu jiġu eżentati jew limitati b’ebda ftehim, politika, forma jew kondizzjoni ta’ impjieg, inkluż ftehim ta’ arbitraġġ ta’ qabel tilwima.



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Trattament aktar favorevoli u klawżola ta’ nonregressjoni

1.  
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għad-drittijiet ta’ persuni li jirrapportaw minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 u l-Artikolu 23(2).
2.  
L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandha, fl-ebda ċirkostanza, tikkostitwixxi raġunijiet għal tnaqqis fil-livell ta’ protezzjoni diġà mogħtija mill-Istati Membri fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 26

Traspożizzjoni u perijodu tranżizzjonali

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-17 ta’ Diċembru 2021.
2.  
B’deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward tal-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat b’ 50 sa 249 ħaddiem, l-Istati Membri għandhom sas-17 ta’ Diċembru 2023 idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta’ rapportar interni taħt l-Artikolu 8(3).
3.  
Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 27

Rapportar, evalwazzjoni u rieżami

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il- Kummissjoni għandha, sas-17 ta’ Diċembru 2023, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
2.  

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rapportar stipulati f’atti legali tal-Unjoni oħrajn, kull sena l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-istatistiċi li ġejjin dwar ir-rapporti msemmija fil-Kapitolu III lill-Kummissjoni, preferibbilment f’forma aggregata, jekk dawn ikunu disponibbli fil-livell ċentrali fl-Istat Membru kkonċernat:

(a) 

in-numru ta’ rapporti li rċevew l-awtoritajiet kompetenti;

(b) 

in-numru ta’ investigazzjonijiet u proċedimenti mibdija b’riżultat ta’ tali rapporti u r-riżultat tagħhom; u

(c) 

jekk aċċertata, il-ħsara finanzjarja stmata, u l-ammonti rkuprati wara investigazzjonijiet u kawżi, relatati mal-ksur irrapportat.

3.  
Il-Kummissjoni għandha, sas-17 ta’ Diċembru 2025, b’kont meħud tar-rapport tagħha ppreżentat skont il-paragrafu 1 u l-istatistiċi tal-Istati Membri ppreżentati skont il-paragrafu 2, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-impatt tal-liġi nazzjonali li tittrasponi lil din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jevalwa l-mod kif ħadmet din id-Direttiva u jikkunsidra l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali, inkluż, fejn xieraq, emendi bil-ħsieb li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għal aktar atti tal-Unjoni jew oqsma, b’mod partikolari t-titjib tal-ambjent tax-xogħol biex jitħarsu l-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza u tax-xogħol tal-ħaddiema.

Minbarra l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, ir-rapport għandu jevalwa kif l-Istati Membri għamlu użu mill-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni eżistenti bħala parti mill-obbligi tagħhom biex jagħtu segwitu għar-rapporti dwar ksur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’mod aktar ġenerali kif jikkooperaw f’każijiet ta’ ksur b’dimensjoni transfruntiera.

4.  
Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 pubbliċi u faċilment aċċessibbli.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

Parti I

A.   Il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1) – akkwist pubbliku:

1. Regoli ta’ proċedura għall-akkwist pubbliku u l-għoti ta’ konċessjonijiet, għall-għoti ta’ kuntratti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u għall-għoti ta’ kuntratti minn entitajiet li joperaw fl-oqsma tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali u kwalunkwe kuntratt ieħor, kif stipulat fi:

(i) 

id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1);

(ii) 

id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65);

(iii) 

id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243);

(iv) 

id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti tax-xogħol, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).

2. Proċeduri ta’ reviżjoni rregolati bi:

(i) 

id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14);

(ii) 

id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33).

B.   Il-punt (a)(ii) tal-Artikolu 2(1) – servizzi finanzjarji, prodotti u swieq u, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:

Regoli li jistabbilixxu qafas regolatorju u superviżorju u protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur fis-swieq tas-servizzi finanzjarji u kapitali tal-Unjoni, l-ibbankjar, il-kreditu, l-investiment, l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, il-prodotti ta’ pensjonijiet okkupazzjonali jew personali, it-titoli, il-fondi ta’ investiment, is-servizzi ta’ pagament u l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338), kif stipulat fi:

(i) 

id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7);

(ii) 

id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1);

(iii) 

ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1);

(iv) 

ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1);

(v) 

ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18);

(vi) 

id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34);

(vii) 

ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77);

(viii) 

ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84);

(ix) 

id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35);

(x) 

id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12);

(xi) 

id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17);

(xii) 

id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38);

(xiii) 

ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1);

(xiv) 

ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1);

(xv) 

id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1);

(xvi) 

id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190);

(xvii) 

id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’l-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1);

(xviii) 

id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149);

(xix) 

id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22);

(xx) 

ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1);

▼M1

(xxi) 

Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għan-negozji u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).

▼B

C.   Il-punt (a)(iii) tal-Artikolu 2(1) – is-sikurezza u l-konformità tal-prodotti:

1. Rekwiżiti dwar is-sikurezza u l-konformità għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni, kif definit u rregolat bi:

(i) 

id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4);

(ii) 

leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tikkonċerna prodotti manifatturati, inkluż ir-rekwiżiti tat-tikkettar, għajr ikel, għalf, prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, pjanti ħajjin u annimali, prodotti ta’ oriġini umana u prodotti ta’ pjanti u annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom kif elenkati fl-Annessi I u II għar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1);

(iii) 

id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

2. Regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ prodotti sensittivi u perikolużi, kif stipulat fi:

(i) 

id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1);

(ii) 

id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51);

(iii) 

ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).

D.   Il-punt (a)(iv) tal-Artikolu 2(1) – is-sikurezza tat-trasport:

1. Rekwiżiti tas-sikurezza fis-settur ferrovjarju, kif irregolati bid-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

2. Rekwiżiti tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili, kif irregolati bir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).

3. Rekwiżiti tas-sikurezza fis-settur tat-toroq, kif irregolati bi:

(i) 

id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59);

(ii) 

id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39);

(iii) 

ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

4. Rekwiżiti tas-sikurezza fis-settur tat-toroq, kif irregolati bi:

(i) 

ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11);

(ii) 

ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24);

(iii) 

id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146);

(iv) 

id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114);

(v) 

id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33);

(vi) 

id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta’ Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35);

(vii) 

id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b’sigurtà ta’ bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa (ĠU L 13, 16.1.2002, p. 9).

5. Rekwiżiti ta’ sikurezza, kif irregolati mid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

E.   Il-punt (a)(v) tal-Artikolu 2(1) – il-protezzjoni tal-ambjent:

1. Kull reat kriminali kontra l-protezzjoni tal-ambjent kif irregolata bid-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28) jew kull imġiba illegali li tikser il-leġislazzjoni stabbilita fl-Annessi għad-Direttiva 2008/99/KE;

2. Regoli dwar l-ambjent u l-klima, kif stipulat fi:

(i) 

id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32);

(ii) 

id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16);

(iii) 

id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1);

(iv) 

ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13);

(v) 

id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

3. Regoli dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-immaniġġjar tal-iskart, kif stipulat fi:

(i) 

id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3);

(ii) 

ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1);

(iii) 

ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

4. Regoli dwar it-tniġġis tal-baħar, dak tal-arja u dak akustiku, kif stipulat fi:

(i) 

id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 relatata mad-disponibbiltà ta’ tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-fjuwil u emissjonijiet tas-CO2 rigward il marketing ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda (ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16);

(ii) 

id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22);

(iii) 

id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12);

(iv) 

ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti (ĠU L 115, 9.5.2003, p. 1);

(v) 

id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56);

(vi) 

id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11);

(vii) 

ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1);

(viii) 

id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5);

(ix) 

ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1);

(x) 

ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1);

(xi) 

id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 36);

(xii) 

ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1);

(xiii) 

id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1);

(xiv) 

ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55);

(xv) 

id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).

5. Regoli dwar il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma u l-ħamrija, kif stipulat fi:

(i) 

id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27);

(ii) 

id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84);

(iii) 

id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

6. Regoli relatati mal-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, kif stipulat fi:

(i) 

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1);

(ii) 

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta’ April 2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta’ ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12);

(iii) 

ir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 36);

(iv) 

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 8);

(v) 

id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7);

(vi) 

ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23);

(vii) 

ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

7. Regoli dwar sustanzi kimiċi, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta ’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

8. Regoli relatati ma prodotti organiċi, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

F.   Il-punt (a)(vi) tal-Artikolu 2(1) – protezzjoni mir-radjazzjoni u sikurezza nukleari

Regoli dwar is-sikurezza nukleari, kif stipulat fi:

(i) 

id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18);

(ii) 

id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12);

(iii) 

id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1);

(iv) 

id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48);

(v) 

id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ kombustibbli nukleari eżawrit (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21);

(vi) 

ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2);

(vii) 

ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93 tat-8 ta’ Ġunju 1993 dwar kunsinni ta’ sustanzi radjoattivi bejn l-Istati Membri (ĠU L 148, 19.6.1993, p. 1).

G.   Il-punt (a)(vii) tal-Artikolu 2(1) — is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali:

1. Il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u l-għalf irregolata mill-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

2. Is-saħħa tal-annimali, kif irregolata minn:

(i) 

ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1);

(ii) 

ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

3. ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

4. Regoli u standards dwar il-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali, kif stipulat fi:

(i) 

id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23);

(ii) 

ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1);

(iii) 

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1);

(iv) 

id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta’ Marzu 1999 dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-żoo (ĠU L 94, 9.4.1999, p. 24);

(v) 

Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

H.   Il-punt (a)(viii) tal-Artikolu 2(1) – is-saħħa pubblika:

1. Miżuri li jistabbilixxu standards għolja ta’ kwalità u sikurezza ta’ organi u sustanzi ta’ oriġini umana, kif irregolati bi:

(i) 

id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30);

(ii) 

id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sikurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, preservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48);

(iii) 

id-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sigurezza ta’ organi umani maħsuba għal trapjanti (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 14).

2. Miżuri li jistabbilixxu standards għolja ta’ kwalità u sikurezza għall-prodotti mediċinali u t-tagħmir għall-użu mediku, kif irregolati bi:

(i) 

ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1);

(ii) 

id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67);

(iii) 

ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43);

(iv) 

ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1);

(v) 

ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1);

(vi) 

ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121);

(vii) 

ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).

3. Id-drittijiet tal-pazjenti, kif irregolati mid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

4. Il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ tabakk u prodotti relatati, kif irregolati bid-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).

I.   Il-punt (a)(ix) tal-Artikolu 2(1) – il-protezzjoni tal-konsumatur:

Id-drittijiet tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-konsumatur, kif irregolati bi:

(i) 

id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27);

(ii) 

id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1);

(iii) 

id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28);

(iv) 

id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12);

(v) 

id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16);

(vi) 

id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22);

(vii) 

id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66);

(viii) 

id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64);

(ix) 

id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

J.   Il-punt (a)(x) tal-Artikolu 2(1) – il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, u s-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi ta’ informazzjoni:

(i) 

id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37);

(ii) 

ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1);

(iii) 

id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1);

▼M2

(iv) 

regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 21.9.2022, p. 1).

▼B

Parti II

L-Artikolu 3(1) jirreferi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni segwenti:

A.   Il-punt (a)(ii) tal-Artikolu 2(1) – servizzi finanzjarji, prodotti u s-swieq, u prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:

1. Servizzi finanzjarji:

(i) 

id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32);

(ii) 

id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37);

(iii) 

id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87);

(iv) 

ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1);

(v) 

id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338);

(vi) 

id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349);

(vii) 

ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1);

(viii) 

ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1);

(ix) 

ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1);

(x) 

id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19);

(xi) 

ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

2. Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:

(i) 

id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73);

(ii) 

ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

B.   Il-punt (a)(iv) tal-Artikolu 2(1) – is-sikurezza tat-trasport:

(i) 

ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18);

(ii) 

id-Direttiva 2013/54/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006 (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 1);

(iii) 

id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

C.   Il-punt (a)(v) tal-Artikolu 2(1) – il-protezzjoni tal-ambjent:

(i) 

id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66).



( 1 ) Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).

Top