EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003L0087-20230605

Consolidated text: Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/2023-06-05

02003L0087 — MT — 05.06.2023 — 015.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ottubru 2003

li tistabbilixxi ►M9  sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ u li temenda d-Direttiva 96/61/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 275 25.10.2003, p. 32)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

ID-DIRETTIVA 2004/101/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Ottubru 2004

  L 338

18

13.11.2004

►M2

DIRETTIVA 2008/101/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Novembru 2008

  L 8

3

13.1.2009

 M3

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M4

DIRETTIVA 2009/29/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ April 2009

  L 140

63

5.6.2009

 M5

DEĊIŻJONI Nru 1359/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Diċembru 2013

  L 343

1

19.12.2013

 M6

REGOLAMENT (UE) Nru 421/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014

  L 129

1

30.4.2014

►M7

DEĊIŻJONI (UE) 2015/1814 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Ottubru 2015

  L 264

1

9.10.2015

►M8

REGOLAMENT (UE) 2017/2392 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Diċembru 2017

  L 350

7

29.12.2017

►M9

DIRETTIVA (UE) 2018/410 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Marzu 2018

  L 76

3

19.3.2018

►M10

DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1071 tat-18 ta’ Mejju 2020

  L 234

16

21.7.2020

►M11

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1416 tas-17 ta’ Ġunju 2021

  L 305

1

31.8.2021

►M12

DEĊIŻJONI (UE) 2023/136 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Jannar 2023

  L 19

1

20.1.2023

►M13

REGOLAMENT (UE) 2023/435 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Frar 2023

  L 63

1

28.2.2023

►M14

DIRETTIVA (UE) 2023/958 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-10 ta’ Mejju 2023

  L 130

115

16.5.2023

►M15

DIRETTIVA (UE) 2023/959 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-10 ta’ Mejju 2023

  L 130

134

16.5.2023


Emendata bi:

►A1

TRATTAT DWAR L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA

  L 112

21

24.4.2012


Ikkoreġuta bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 140, 14.5.2014, p.  177 (421/2014)

 C2

Rettifika, ĠU L 420, 25.11.2021, p.  132 (2015/1814)




▼B

ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ottubru 2003

li tistabbilixxi ►M9  sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ u li temenda d-Direttiva 96/61/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



▼M2

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼B

Artikolu 1

Il-materja tas-suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi ►M9  sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoniji tal-gassijiet serra ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ (minn issa ‘l quddiem imsjħa ►M9  l-“EU ETS” ◄ ) sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika.

▼M15

Din id-Direttiva tipprevedi wkoll li t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiżdied sabiex jikkontribwixxi għal-livelli tat-tnaqqis li huma kkunsidrati xjentifikament meħtieġa biex jimpedixxu bidla perikoluża fil-klima. Dan jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u l-miri klimatiċi tagħha kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u b'hekk biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi ( 2 ).

▼M4

Din id-Direttiva tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenn tat-tnaqqis iktar riġidu tal-UE li jeċċedi 20 %, li għandu jiġi applikat mal-approvazzjoni ►M9  mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqbeż dak meħtieġ fl-Artikolu 9, kif rifless fl-impenn ta’ 30 % kif ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007.

▼B

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

▼M15

1.  
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet elenkati fl-Annessi I u III, u għall-gassijiet serra elenkati fl-Anness II. Meta installazzjoni li tkun inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS minħabba t-tħaddim tal-unitajiet ta' kombustjoni b'input termiku nominali totali li jaqbeż l-20 MW tbiddel il-proċessi ta' produzzjoni tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha u ma tibqax tissodisfa dak il-livell limitu, l-Istat Membru li fih tinsab l-installazzjoni għandu jipprovdi lill-operatur bl-għażliet biex jibqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS sa tmiem il-perjodu attwali u dak tal-ħames snin li jmiss imsemmi fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, wara l-bidla fil-proċessi tal-produzzjoni tagħha. L-operatur ta' dik l-installazzjoni jista' jiddeċiedi li l-installazzjoni għandha tibqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS sa tmiem il-perjodu attwali ta' ħames snin biss jew anki tal-perjodu ta' ħames snin li jmiss, wara l-bidla fil-proċessi tal-produzzjoni tagħha. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-bidliet meta mqabbla mal-lista ppreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1).
2.  
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

▼M2

3.  
L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-ajruport ta’ Ġibiltà hija mifhuma li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit rigward it-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.

▼B

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“kwota ta’ emissjoni” tfisser id-dritt ta’ emissjoni ta’ tunnellata metrika ta’ l-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju matul perjodu taż-żmien speċifikat, li għandha tkun valida biss sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din d-Direttiva u għandha tkun trasferibbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan id-Direttiva;

▼M15

(b) 

“emissjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra minn sorsi f’installazzjoni jew ir-rilaxx minn inġenju tal-ajru waqt li jkun qed iwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew minn bastimenti waqt li jkunu qed iwettqu attività marbuta mat-trasport marittimu elenkata fl-Anness I tal-gassijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività, jew ir-rilaxx ta’ gassijiet serra li jikkorrispondu għall-attività msemmija fl-Anness III;

▼M4

(ċ) 

“gassijiet serra” tfisser dawk il-gassijiet elenkati fl-Anness II u l-kostitwenti oħra forma ta’ gass, kemm naturali kif ukoll antropoġeniċi, li jassorbu u jerġgħu jemettu radjazzjoni infra-red;

▼M15

(d) 

“permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser il-permess maħruġ f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 30b;

▼B

(e) 

“stallazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettqu attività jew iktar elenkati fl-Anness I u kull attività oħra assoċjata direttament li jkollha konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa fuq is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġiż;

(f) 

“operatur” ifisser kull persuna li tħaddem jew tikkontrolla stallazzjoni jew, meta dan huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, li lilha tkun iddelegata s-saħħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ l-istallazzjoni;

(g) 

“persuna” tfisser kull persuna naturali jew legali;

▼M9

(h) 

“installazzjoni li daħlet ġdida fis-suq” tfisser kwalunkwe installazzjoni li twettaq waħda, jew aktar, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li tkun kisbet permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-ewwel darba fil-perijodu li jibda minn tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista taħt l-Artikolu 11(1), u jispiċċa tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista sussegwenti taħt dak l-Artikolu;

▼B

(i) 

“il-pubbliku” ifisser persuna jew iktar, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta’ persuni;

(j) 

“l-ekwivalenti ta’ tunnellata metrika ta’ dijossiju tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika ta’ Ddijossidu tal-Karbonju (CO2) jew ammont ta’ kull gass ieħor tas-serra bil-potenzjal ekwivalenti għaż-żieda tas-sħana globali;

▼M1

(k) 

“Parti għall-Anness I” tfisser Parti elenkata fl-Anness I ta’ l-UNFCCC li rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto kif speċifikat fl-Artikolu 1(7) tal-Protokoll ta’ Kjoto;

(l) 

“attività ta’ proġett” tfisser attività ta’ proġett approvata minn Parti waħda jew aktar għall-Anness I skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;

(m) 

“unità ta’ tnaqqis ta’ emissjoni” (ERU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;

(n) 

“tnaqqis ta’ emissjoni ċċertifikata” (CER) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;

▼M2

(o) 

“operatur tal-inġenji tal-ajru” tfisser il-persuna li topera inġenju tal-ajru fiż-żmien li jwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew, meta dik il-persuna ma tkunx magħrufa jew ma tkunx identifikata mis-sid tal-inġenju tal-ajru, is-sid tal-inġenju tal-ajru;

(p) 

“operatur kummerċjali tat-trasport bl-ajru” tfisser operatur li, għal rimunerazzjoni, jipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru skedati jew mhux skedati lill-pubbliku għall-ġarr ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta;

(q) 

“Stat Membru amministrattiv” tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-amministrazzjoni ►M9  tal-EU ETS ◄ fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 18a;

(r) 

“emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni” tfisser emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u dawk li jaslu f’tali ajrudrom minn pajjiż terz;

(s) 

“emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni” tfisser il-medja tal-emissjonijiet annwali fis-snin kalendarji 2004, 2005 u 2006 mill-inġenji tal-ajru li jwettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;

▼M4

(t) 

“Kombustjoni” tfisser kull ossidazzjoni tal-karburanti irrispettivament mill-mod li bih jintużaw is-sħana, l-enerġija mekkanika jew elettrika prodotti minn dan il-proċess u kwalunkwe attività oħra assoċjati direttament inkluż tindif tal-gass tal-iskart;

▼M15 —————

▼M14

(v) 

“effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2” tfisser l-effetti fuq il-klima tar-rilaxx, matul il-kombustjoni tal-fjuwil, ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), partikoli tan-nugrufun, speċijiet ta’ kubrit ossidizzat, u effetti mill-fwar tal-ilma, inklużi strixex ta’ kondensazzjoni, minn inġenju tal-ajru li jwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;

▼M15

(w) 

“kumpanija tat-tbaħħir” tfisser is-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew in-noleġġatur tal-bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu ħadu r-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mingħand is-sid tal-bastiment u li, meta jassumu tali responsabbiltà, ikunu qablu li jieħdu f’idejhom id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(x) 

“vjaġġ” tfisser vjaġġ kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(y) 

“awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir” tfisser l-awtorità responsabbli għall-amministrazzjoni tal-EU ETS fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir f’konformità mal-Artikolu 3gf;

(z) 

“port ta’ waqfa” tfisser il-port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott merkanzija jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri, jew il-port fejn bastiment offshore jieqaf biex jissostitwixxi l-ekwipaġġ; waqfiet għall-finijiet uniċi ta’ riforniment tal-fjuwil, akkwist ta’ provvisti, bdili tal-ekwipaġġ ta’ bastiment għajr bastiment offshore, dħul f’baċiri jew tiswijiet lill-bastiment u/jew lit-tagħmir tiegħu, waqfiet fil-port minħabba li l-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew ikun f’diffikultà, trasferimenti minn bastiment għal ieħor imwettqa barra mill-portijiet, waqfiet għall-fini unika li bastiment jistkenn minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minħabba attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ, u waqfiet ta’ bastimenti tal-kontejners f’port ġar tat-trażbord tal-kontejners elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 3ga(2) huma esklużi;

(aa) 

“bastiment tal-kruċieri” tfisser bastiment tal-passiġġieri li ma għandux gverta tal-merkanzija u li huwa ddisinjat esklużivament għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri f’akkomodazzjoni matul il-lejl fuq vjaġġ bil-baħar;

(ab) 

“kuntratt għad-differenza” jew “CD” tfisser kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-produttur, magħżul permezz ta’ mekkaniżmu ta’ offerti kompetittivi bħal irkant, ta’ prodott b’livell baxx jew żero ta’ karbonju, ’’ u taħt liema l-produttur jingħata appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni li jkopri d-differenza bejn il-prezz rebbieħ, magħruf ukoll bħala l-prezz tal-eżerċitar, minn naħa waħda, u prezz ta' referenza derivat mill-prezz tal-prodott b'livell baxx jew żero ta' karbonju prodott, il-prezz tas-suq ta' sostitut mill-qrib, jew taħlita ta' dawk iż-żewġ prezzjiet min-naħa l-oħra;

(ac) 

"kuntratt għad-differenza għall-karbonju" jew "CCD" tfisser kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-produttur, magħżul permezz ta' mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi bħal irkant, ta' prodott b'livell baxx jew żero ta' karbonju, u taħt liema l-produttur jingħata appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni li jkopri d-differenza bejn il-prezz rebbieħ, magħruf ukoll bħala l-prezz tal-eżerċitar, minn naħa waħda, u prezz ta' referenza, derivat mill-prezz medju tal-kwoti, min-naħa l-oħra;

(ad) 

"kuntratt bi primjum fiss" tfisser kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-produttur, magħżul permezz ta' mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi bħal irkant, ta' prodott b'livell baxx jew żero ta' karbonju, u taħt liema l-produttur jingħata appoġġ fil-forma ta' ammont fiss għal kull unità tal-prodott manifatturat;

(ae) 

"entità regolata" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, ħlief għal kwalunkwe konsumatur finali tal-fjuwils, li tinvolvi ruħha fl-attività msemmija fl-Anness III u li taqa' f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i) 

meta l-fjuwil jgħaddi minn maħżen tat-taxxa kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11), tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 ( 6 ), il-magazzinier awtorizzat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), ta' dik id-Direttiva, responsabbli biex iħallas id-dazju tas-sisa li jkun sar dovut skont l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva;

(ii) 

jekk il-punt (i) ta' dan il-punt ma jkunx applikabbli, kwalunkwe persuna oħra responsabbli biex tħallas id-dazju tas-sisa li jkun sar dovut skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2020/262 jew l-Artikolu 21(5), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE ( 7 ) fir-rigward tal-fjuwils koperti mill-Kapitolu IVa ta’ din id-Direttiva;

(iii) 

jekk il-punti (i) u (ii) ta' dan il-punt ma jkunux applikabbli, kwalunkwe persuna oħra li trid tiġi rreġistrata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru bil-għan li tkun responsabbli li tħallas id-dazju tas-sisa, inkluża kwalunkwe persuna eżentata mill-ħlas tad-dazju tas-sisa, kif imsemmi fl-Artikolu 21(5), ir-raba' subparagrafu, tad-Direttiva 2003/96/KE;

(iv) 

jekk il-punti (i), (ii) u (iii) ma jkunux applikabbli, jew jekk diversi persuni jkunu responsabbli in solidum għall-ħlas tal-istess dazju tas-sisa, kwalunkwe persuna oħra maħtura minn Stat Membru;

(af) 

"fjuwil" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa ta' din id-Direttiva tfisser kwalunkwe prodott tal-enerġija msemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/96/KE, inklużi l-fjuwils elenkati fit-Tabella A u fit-Tabella C tal-Anness I ta' dik id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe prodott ieħor maħsub għall-użu, offrut għall-bejgħ jew użat bħala fjuwil tal-magni jew fjuwil tat-tisħin kif speċifikat fl-Artikolu 2(3) ta' dik id-Direttiva, inkluż għall-produzzjoni tal-elettriku;

(ag) 

"rilaxx għall-konsum" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa ta' din id-Direttiva tfisser rilaxx għall-konsum kif definit fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva (UE) 2020/262;

(ah) 

"prezz tal-gass TTF" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa tfisser il-prezz tal-kuntratt tal-futuri tal-gass b'xahar bil-quddiem innegozjat fil-Punt ta' Negozjar Virtwali tal-Faċilità ta' Trasferiment ta' Titoli (TTF), operat minn Gasunie Transport Services B.V.;

(ai) 

"prezz taż-żejt mhux raffinat Brent" għall-finijiet tal-Kapitolu IVa tfisser il-prezz tal-futuri b'xahar bil-quddiem għaż-żejt mhux raffinat, użat bħala prezz ta' referenza għax-xiri taż-żejt.

▼M2



KAPITOLU II

▼M15

L-avjazzjoni u t-Trasport Marittimu

Artikolu 3a

Kamp ta' applikazzjoni

L-Artikoli 3b sa 3g għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta' kwoti fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I. L-Artikoli 3ga sa 3gg għandhom japplikaw fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I.

▼M2

Artikolu 3b

Attivitajiet tal-avjazzjoni

Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha, f’konformità ►M9  mal-proċedurta ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ◄ , tiżviluppa linji gwida dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I;

Artikolu 3c

Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni

1.  
Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 97 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni.

▼M14 —————

▼M2

3.  
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 30(4).

▼M8

3a.  
Kwalunkwe allokazzjoni ta' kwoti għall-attivitajiet tal-avjazzjoni minn u lejn ajrudromi li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) wara l-31 ta' Diċembru 2023 għandha tkun soġġetta għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.

▼M2

4.  
Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni, abbażi tal-aqwa data disponibbli, inklużi stimi bbażati fuq informazzjoni attwali dwar it-traffiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1).

▼M14

5.  
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati fir-rigward tal-operaturi ta’ inġenju tal-ajru għas-sena 2024 abbażi tal-allokazzjoni totali tal-kwoti fir-rigward tal-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li kienu qed iwettqu attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I fis-sena 2023, imnaqqsa bil-fattur lineari ta’ tnaqqis kif imsemmi fl-Artikolu 9, u għandha tippubblika dik il-kwantità, kif ukoll l-ammont ta’ allokazzjoni bla ħlas li kienet isseħħ fl-2024 skont ir-regoli għall-allokazzjoni bla ħlas fis-seħħ qabel l-emendi introdotti bid-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).
6.  
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2030, massimu ta’ 20 miljun mill-kwantità totali ta’ kwoti msemmija fil-paragrafu 5 għandu jkun riżervat fir-rigward tal-operaturi ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali, fuq il-bażi ta’ trattament trasparenti, ugwali u mhux diskriminatorju, għall-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, u fjuwils tal-avjazzjoni oħrajn li mhumiex derivati minn fjuwils fossili, identifikati f’regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport bl-ajru sostenibbli bħala li jgħoddu biex jintlaħaq is-sehem minimu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli li l-fjuwil tal-avjazzjoni li qiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-ajruporti tal-Unjoni mill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni huwa meħtieġ li jkun fih skont dak ir-Regolament, għal titjiriet subsoniċi li għalihom iridu jiġu ċeduti l-kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) ta’ din id-Direttiva. Fejn il-fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli ma jkunx jista’ jiġi attribwit fiżikament f’ajruport għal titjira speċifika, il-kwoti riżervati taħt dan is-subparagrafu għandhom ikunu disponibbli għall-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli ppumpjati f’dak l-ajruport b’mod proporzjonat għall-emissjonijiet minn titjiriet, tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru minn dak l-ajruport, li għalihom iridu jiġu ċeduti l-kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) ta’ din id-Direttiva.

Il-kwoti riżervati taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri biex ikopru parti mid-differenza fil-prezz jew id-differenzja fil-prezz kollu kemm hu bejn l-użu tal-pitrolju fossili u l-użu tal-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-inċentivi mill-prezz tal-karbonju u minn livelli minimi armonizzati ta’ tassazzjoni fuq il-fjuwils fossili. Meta tikkalkula dik id-differenzja fil-prezzijiet, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapport tekniku ppubblikat mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea skont ir-regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport bl-ajru sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament skont dan il-paragrafu b’mod li jikkorrispondi għar-rekwiżiti fl-Artikolu 30 m(1), il-punti (a) u (b), ta’ din id-Direttiva.

Il-kwoti allokati taħt dan il-paragrafu għandhom ikopru:

(a) 

70 % tad-differenzja fil-prezz li jifdal bejn l-użu tal-pitrolju fossili u l-idroġenu minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u l-bijofjuwils avvanzati kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (34), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), li għandhom fattur ta’ emissjonijiet żero skont l-Anness IV jew skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva;

(b) 

95 % tad-differenzja fil-prezz li jifdal bejn l-użu tal-pitrolju fossili u l-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika konformi mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, użati fl-avjazzjoni, li għandhom fattur ta’ emissjonijiet żero skont l-Anness IV jew skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva;

(c) 

100 % tad-differenza fil-prezz li jifdal bejn l-użu tal-pitrolju fossili u kwalunkwe fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli li mhuwiex derivat minn fjuwils fossili koperti mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’ajruporti li jinsabu fi gżejjer iżgħar minn 10 000  km 2 u bl-ebda konnessjoni bit-triq jew bil-ferrovija mal-kontinent, f’ajruporti li mhumiex kbar biżżejjed biex jiġu definiti bħala ajruporti tal-Unjoni skont ir-regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport bl-ajru sostenibbli u f’ajruporti li jinsabu f’reġjun ultraperiferiku;

(d) 

f’każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c), 50 % tad-differenzja fil-prezz li jifdal bejn l-użu tal-pitrolju fossili u kwalunkwe fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli li mhux derivat minn fjuwils fossili koperti mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-allokazzjoni ta’ kwoti taħt dan il-paragrafu tista’ tqis l-appoġġ possibbli minn skemi oħra fil-livell nazzjonali.

Fuq bażi annwali, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali jistgħu japplikaw għal allokazzjoni ta’ kwoti abbażi tal-kwantita’ ta’ kull fjuwil tal-avjazzjoni eliġibbli msemmi f’dan il-paragrafu wżat fuq titjiriet li għalihom jridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-31 ta’ Diċembru 2030, esklużi t-titjiriet li għalihom dak ir-rekwiżit jitqies li ġie ssodisfat skont l-Artikolu 28a(1). Jekk, għal sena partikolari, id-domanda għal kwoti għall-użu ta’ tali fjuwils tkun ogħla mid-disponibbiltà tal-kwoti, il-kwantità ta’ kwoti għandu jitnaqqas b’mod uniformi, għall-operaturi kollha kkonċernati ta’ inġenju tal-ajru, mill-allokazzjoni għal dik is-sena.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dettalji tad-differenza fil-kost medju bejn il-pitrolju fossili, filwaqt li tqis l-inċentivi mill-prezz tal-karbonju u minn livelli minimi armonizzati ta’ tassazzjoni fuq il-fjuwils fossili, u l-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli rilevanti, fuq bażi annwali għas-sena preċedenti.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-kalkolu annwali tad-differenza fil-kost imsemmija fis-sitt subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-użu tal-fjuwils identifikati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ffrankati b’riżultat tal-użu tal-fjuwils kif irrapportat skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14(1),u billi tistabbilixxi l-arranġamenti biex jitqiesu l-inċentivi mill-prezz tal-karbonju u minn livelli minimi armonizzati ta’ tassazzjoni fuq il-fjuwils fossili.

Sal-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni rigward l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u tissottometti r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni f’rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien opportun. Ir-rapport jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi allokat ammont massimu ta’ kwoti li jkun limitat fiż-żmien sal-31 ta’ Diċembru 2034 biex jiġi inċentivat aktar l-użu tal-fjuwils identifikati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’mod partikolari l-ippumpjar ta’ fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika konformi mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, użati fl-avjazzjoni, li għandhom fattur ta’ emissjonijiet żero skont l-Anness IV jew skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.

Mill-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu fir-rapport annwali li hija meħtieġa tissottometti skont l-Artikolu 10(5).

7.  
Fir-rigward ta’ titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE li jaslu f’ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE, fl-Iżvizzera jew fir-Renju Unit, u li ma kinux koperti mill-EU ETS fl-2023, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru għandha tiżdied bil-livelli tal-allokazzjonijiet, inklużi l-allokazzjoni bla ħlas u l-irkantar, li kien isir kieku kienu koperti mill-EU ETS f’dik is-sena, imnaqqsa mill-fattur lineari ta’ tnaqqis kif imsemmi fl-Artikolu 9.
8.  
B’deroga mill-Artikolu 12(3), l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u ma għandhom jieħdu l-ebda azzjoni kontra l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati sal-31 ta’ Diċembru 2030 minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f’reġjun ultraperiferiku ta’ Stat Membru u ajrudrom li jinsab fl-istess Stat Membru, inkluż ajrudrom ieħor li jinsab fl-istess reġjun ultraperiferiku jew f’reġjun ultraperiferiku ieħor tal-istess Stat Membru.

▼M2

Artikolu 3d

Metodu għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz ta’ bejgħ bl-irkant

▼M14

1.  
Fis-snin 2024 u 2025, 15 % tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 3c(5) u (7), kif ukoll 25 % fl-2024 u 50 % fl-2025, rispettivament, mill-85 % li jifdal ta’ dawk il-kwoti, li fir-rigward tagħhom tkun seħħet allokazzjoni bla ħlas, għandhom jiġu rkantati, ħlief għall-kwantitajiet ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3c(6) u l-Artikolu 10a(8), ir-raba’ subparagrafu. Il-bqija tal-kwoti għal dawk is-snin għandhom jiġu allokati bla ħlas.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, il-kwantità kollha ta’ kwoti li fir-rigward tagħhom tkun seħħet allokazzjoni bla ħlas f’dik is-sena għandha tiġi rkantata, ħlief għall-kwantità ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3c(6) u fl-Artikolu 10a(8), ir-raba’ subparagrafu.

▼M14

1a.  
Il-kwoti li jiġu allokati bla ħlas għandhom jiġu allokati lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru b’mod proporzjonat għas-sehem tagħhom ta’ emissjonijiet ivverifikati mill-attivitajiet tal-avjazzjoni rrapportati għall-2023. Dak il-kalkolu għandu jqis ukoll l-emissjonijiet ivverifikati mill-attivitajiet tal-avjazzjoni rrapportati fir-rigward ta’ titjiriet li huma koperti biss mill-EU ETS mill-1 ta’ Jannar 2024. Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu l-kwoti li huma allokati bla ħlas għal dik is-sena.

▼M14 —————

▼M14

3.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva dwar l-arranġamenti dettaljati għall-irkantar mill-Istati Membri ta’ kwoti tal-avjazzjoni f’konformità mal-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti dettaljati għall-irkantar li huma neċessarji għat-trasferiment ta’ sehem tad-dħul minn tali rkantar għall-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala riżorsi proprji f’konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-kwantità ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantati f’kull perjodu minn kull Stat Membru għandu jkun proporzjonat għas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta’ referenza rrappurtata skont l-Artikolu 14(3) u verifikati skont l-Artikolu 15. Għal kull perjodu msemmi fl-Artikolu 13, is-sena ta’ referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel ma jibda l-perjodu li għalih jirreferi l-irkant. L-atti delegati għandhom jiżguraw li jkunu rispettati l-prinċipji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4).
4.  
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar ta’ kwoti koperti minn dan il-Kapitolu, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f’konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dak id-dħul f’konformità mal-Artikolu 10(3) ta’ din id-Direttiva.

▼M2

5.  
It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni skond din id-Direttiva ma jeżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika stabbilit mill-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

▼M14 —————

▼M15

Artikolu 3g

Pjanijiet ta' monitoraġġ u rapportar

L-Istat Membru li jkun qed jamministra għandu jiżgura li kull operatur tal-inġenji tal-ajru jippreżenta lill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru pjan ta' monitoraġġ li jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u li tali pjanijiet ikunu approvati mill-awtorità kompetenti skont l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14.

▼M15

Artikolu 3ga

Il-kamp ta' applikazzjoni għall-attivitajiet tat-trasport marittimu

1.  
L-allokazzjoni tal-kwoti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' ċediment fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu għandhom japplikaw fir-rigward ta' ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jaslu f'port ta’ waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port ta’ waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jasal f'port ta’waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jaslu f'port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, u mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti ġewwa port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru.
2.  
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista tal-portijiet tat-trażbord tal-kontejners ġirien u taġġorna dik il-lista sal-31 ta' Diċembru kull sentejn minn hemm 'il quddiem.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jelenkaw port bħala il-port tat-trażbord tal-kontejners ġirien fejn is-sehem tat-trażbord tal-kontejners, imkejjel f'unitajiet ekwivalenti għal għoxrin pied, jaqbeż il-65 % tat-traffiku totali tal-kontejners ta' dak il-port matul il-perjodu ta' tnax-il xahar l-aktar reċenti li għalih tkun disponibbli data rilevanti u fejn tak il-port jkun jinsab barra mill-Unjoni iżda inqas minn 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kontejners għandhom jitqiesu li huma ttrażbordati meta jinħattu minn bastiment għall-port għall-fini unika biex jitgħabbew fuq bastiment ieħor. Il-lista stabbilita mill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu ma għandhiex tinkludi portijiet li jinsabu f'pajjiż terz għal liema dak il-pajjiż terz effettivament japplika miżuri ekwivalenti għal din id-Direttiva.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

3.  
L-Artikoli 9, 9a u 10 għandhom japplikaw għall-attivitajiet tat-trasport marittimu bl-istess mod kif japplikaw għal attivitajiet oħrajn koperti mill-EU ETS bl-eċċezzjoni li ġejja fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10.

Sal-31 ta' Diċembru 2030, sehem mill-kwoti għandu jiġi attribwit lill-Istati Membri bi proporzjon ta' kumpaniji tat-tbaħħir li kienu jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom skont l-Artikolu 3gf meta mqabbla mal-popolazzjoni rispettiva tagħhom fl-2020 u abbażi tad-data disponibbli għall-perjodu mill-2018 sal-2020, b'aktar minn 15-il kumpanija tat-tbaħħir għal kull miljun abitant. Il-kwantità tal-kwoti għandha tikkorrispondi għal 3,5 % tal-kwantità addizzjonali tal-kwoti minħabba ż-żieda fil-limitu massimu għat-trasport marittimu msemmi fl-Artikolu 9, it-tielet paragrafu, fis-sena rilevanti. Għas-snin 2024 u 2025, il-kwantità tal-kwoti għandha, barra minn hekk, tiġi mmultiplikata bil-perċentwali applikabbli għas-sena rilevanti skont l-Artikolu 3gb, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b). Id-dħul ġenerat mill-irkantar ta' dak is-sehem ta' kwoti għandu jintuża għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), fir-rigward tas-settur marittimu, u l-punti (f) u (i). 50 % tal-kwantità tal-kwoti għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri rilevanti abbażi tas-sehem tal-kumpaniji tat-tbaħħir taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-bqija mqassma f'ishma indaqs bejniethom.

Artikolu 3gb

L-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżiti għat-trasport marittimu

Il-kumpaniji tat-tbaħħir għandhom ikunu responsabbli biex iċedu l-kwoti skont l-iskeda li ġejja:

(a) 

40 % tal-emissjonijiet ivverifikati rrapportati għall-2024 li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' ċediment f'konformità mal-Artikolu 12;

(b) 

70 % tal-emissjonijiet ivverifikati rrapportati għall-2025 li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' ċediment f'konformità mal-Artikolu 12;

(c) 

100 % tal-emissjonijiet ivverifikati rrapportati għall-2026 u kull sena wara din f'konformità mal-Artikolu 12.

Fejn jiġu ċeduti inqas kwoti meta mqabbla mal-emissjonijiet ivverifikati mit-trasport marittimu għas-snin 2024 u 2025, ladarba tkun ġiet stabbilita d-differenza bejn l-emissjonijiet ivverifikati u l-kwoti ċeduti fir-rigward ta' kull sena, ammont ta’ kwoti li jikkorrispondi għal dik id-differenza għandha tiġi kkanċellata minflok irkantata skont l-Artikolu 10.

Artikolu 3gc

Dispożizzjonijiet għat-trasferiment tal-kostijiet tal-EU ETS mill-kumpanija tat-tbaħħir għal entità oħra

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li meta r-responsabbiltà aħħarija għax-xiri tal-fjuwil jew l-operat tal-bastiment, jew it-tnejn, tittieħed minn entità għajr il-kumpanija tat-tbaħħir skont l-arranġament kuntrattwali, il-kumpanija tat-tbaħħir tkun intitolata għal rimborż minn dik l-entità għall-kostijiet li jirriżultaw miċ-ċediment tal-kwoti.

L-“operat tal-bastiment” għall-finijiet ta' dan l-Artikolu tfisser id-determinazzjoni tal-merkanzija li tinġarr jew ir-rotta u l-veloċità tal-bastiment. Il-kumpanija tat-tbaħħir għandha tibqa' l-entità responsabbli għaċ-ċediment tal-kwoti kif meħtieġ skont l-Artikoli 3gb u 12 u għall-konformità ġenerali mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji tat-tbaħħir taħt ir-responsabbiltà tagħhom jikkonformaw mal-obbligi li jċedu l-kwoti skont l-Artikoli 3gb u 12, minkejja l-intitolament ta’ tali kumpaniji ta’ tbaħħir li jiġu rimborżati mill-operaturi kummerċjali għall-kostijiet li jirriżultaw miċ-ċediment.

Artikolu 3gd

Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu

Fir-rigward tal-emissjonijiet mill-attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, l-awtorità amministrattiva, fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir, għandha tiżgura li kumpanija tat-tbaħħir taħt ir-responsabbiltà tagħha timmonitorja u tirrapporta l-parametri rilevanti matul perjodu ta' rapportar, u tippreżentalha data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/757.

Artikolu 3ge

Ir-regoli tal-verifika u l-akkreditazzjoni għall-emissjonijiet mit-trasport marittimu

L-awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandha tiżgura li r-rapportar tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji tat-tbaħħir preżentata minn kumpanija tat-tbaħħir skont l-Artikolu 3gd ta’ din id-Direttiva jiġi vverifikat f'konformità mar-regoli ta' verifika u akkreditazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/757.

Artikolu 3gf

Awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir

1.  

L-awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandha tkun:

(a) 

fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir irreġistrata fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih hija rreġistrata l-kumpanija tat-tbaħħir;

(b) 

fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir li mhijiex irreġistrata fi Stat Membru, l-Istat Membru bl-akbar għadd stmat ta' waqfiet f'port minn vjaġġi mwettqa minn dik il-kumpanija tat-tbaħħir fl-erba' snin ta’ qabel ta' monitoraġġ u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga;

(c) 

fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir li mhijiex irreġistrata fi Stat Membru u li ma wettqet l-ebda vjaġġ li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga fl-erba' snin ta' monitoraġġ preċedenti, l-Istat Membru fejn bastiment tal-kumpanija tat-tbaħħir ikun beda jew temm l-ewwel vjaġġ tiegħu li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit f'dak l-Artikolu.

2.  

Abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:

(a) 

qabel l-1 ta' Frar 2024, lista ta' kumpaniji tat-tbaħħir li wettqu attività ta’ trasport marittimu elenkata fl-Anness I li kienet taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga fl-1 ta' Jannar 2024, jew b'effett minn dik id-data, li tispeċifika l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kull kumpanija tat-tbaħħir f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) 

qabel l-1 ta' Frar 2026 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, lista aġġornata biex tagħti lura l-kumpaniji tat-tbaħħir irreġistrati fi Stat Membru lil awtorità amministrattiva oħra fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir jekk ikunu bidlu l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni fl-Unjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, jew biex tinkludi kumpaniji tat-tbaħħir li sussegwentement ikunu wettqu attività ta’ trasport marittimu elenkata fl-Anness I li tkun waqgħet fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga, f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu; u

(c) 

qabel l-1 ta' Frar 2028 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, lista aġġornata biex tagħti lura l-kumpaniji tat-tbaħħir li mhumiex irreġistrati fi Stat Membru lil awtorità amministrattiva oħra fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu.

3.  
Awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir li, skont il-lista stabbilita skont il-paragrafu 2, hija responsabbli għal kumpanija tat-tbaħħir għandha żżomm dik ir-responsabbiltà irrispettivament mill-bidliet sussegwenti fl-attivitajiet jew ir-reġistrazzjoni tal-kumpanija tat-tbaħħir sakemm dawk il-bidliet jiġu riflessi f'lista aġġornata.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati relatati mal-amministrazzjoni tal-kumpaniji tat-tbaħħir mill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir skont din id-Direttiva. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

Artikolu 3gg

Rapportar u rieżami

1.  
Fil-każ tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) ta' miżura globali bbażata fuq is-suq biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid din id-Direttiva fid-dawl ta' dik il-miżura adottata.

Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni ta' tali miżura globali bbażata fuq is-suq u qabel ma ssir operattiva. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina l-miżura globali bbażata fuq is-suq fir-rigward ta':

(a) 

l-ambizzjoni tagħha fid-dawl tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi;

(b) 

l-integrità ambjentali ġenerali tagħha, inkluż meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jkopru t-trasport marittimu; u

(c) 

kwalunkwe kwistjoni relatata mal-koerenza bejn l-EU ETS u dik il-miżura.

Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni tista' takkumpanja r-rapport msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu bi proposta leġiżlattiva li temenda din id-Direttiva b'mod li jkun konsistenti mal-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, u bl-għan li jiġu ppreservati l-integrità ambjentali u l-effettività tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-implimentazzjoni tal- miżura globali bbażata fuq is-suq u l-EU ETS, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe piż doppju sinifikanti.

2.  
Fil-każ li sal-2028 l-OMI ma tadottax miżura globali bbażata fuq is-suq biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u mill-inqas għal livell komparabbli ma' dak li jirriżulta mill-miżuri tal-Unjoni meħuda skont din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-ħtieġa li tiġi applikata l-allokazzjoni tal-kwoti u r-rekwiżiti ta' ċediment fir-rigward ta' aktar minn ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi bejn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u port ta’ waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, fid-dawl tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tikkunsidra l-progress fil-livell tal-OMI u teżamina jekk kwalunkwe pajjiż terz għandux miżura bbażata fuq is-suq ekwivalenti għal din id-Direttiva u tivvaluta r-riskju ta' żieda fil-prattiki evażivi, inkluż permezz ta' bidla għal modi oħra ta' trasport jew ċaqliq ta' ċentri portwarji lejn portijiet barra mill-Unjoni.

Meta jkun xieraq, ir-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva.

3.  
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu fir-rigward tat-trasport marittimu, b'mod partikolari biex tidentifika mġiba evażiva sabiex tipprevjeni tali mġiba fi stadju bikri, inkluż b’kunsiderazzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi, u tirrapporta kull sentejn mill-2024, dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu fir-rigward ta’ trasport marittimu u x-xejriet possibbli fir-rigward tal-kumpaniji ta’ tbaħħir li jfittxu li jevadu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja wkoll l-impatti fir-rigward, fost oħrajn, ta' żidiet possibbli fil-kostijiet tat-trasport, distorsjonijiet tas-suq u bidliet fit-traffiku tal-portijiet, bħall-evażjoni tal-portijiet u ċ-ċaqliq taċ-ċentri tat-trażbord, il-kompetittività ġenerali tas-settur marittimu fl-Istati Membri, u b'mod partikolari l-impatti fuq dawk is-servizzi tat-tbaħħir li jikkostitwixxu servizzi essenzjali ta' kontinwità territorjali. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Kapitolu fir-rigward ta’ trasport marittimu, b'mod partikolari miżuri biex jiġu indirizzati ix-xejriet fir-rigward ta' kumpaniji ta’ tbaħħir li jfittxu li jevadu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
4.  
Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-estensjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3ga(3), it-tieni subparagrafu, lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2030 u, jekk xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva għal dak il-għan.
5.  
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-fattibbiltà u l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-inklużjoni f'din id-Direttiva tal-emissjonijiet minn bastimenti, inklużi bastimenti offshore, b'tunnellaġġ gross ta' inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400, li jibni, b'mod partikolari, fuq l-analiżi li takkumpanja r-rieżami tar-Regolament (UE) 2015/757 mistennija sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Dak ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-interkonnessjonijiet bejn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2015/757 u jibni fuq l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tiegħu. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll kif din id-Direttiva tista' tagħti kont bl-aħjar mod tal-użu ta' fjuwils marittimi rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fuq bażi ta' ċiklu tal-ħajja. Meta jkun xieraq, ir-rapport jista' jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.



▼M2

KAPITOLU III

INTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI

▼M15

Artikolu 3h

Kamp ta' applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta' kwoti fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I minbarra l-attivitajiet tal-avjazzjoni u l-attivitajiet tat-trasport marittimu.

▼M4

Artikolu 4

Permessi tal-emissjonijiet ta’ gass serra

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2005, l-ebda istallazzjoni ma twettaq xi attività mniżżla fl-Anness I li tirriżulta f’emissjonijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività sakemm l-operaturi tagħha ma jkollhomx permess maħruġ minn awtorità kompetenti konformement mal-Artikoli 5 u 6, jew l-istallazzjoni ma tiġix eskluża ►M9  mill-EU ETS ◄ taħt l-Artikolu 27. Din għandha tapplika wkoll għal istallazzjonijiet magħżula taħt l-Artikolu 24.

▼B

Artikolu 5

L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra

Applikazzjoni lill-awtorità kompetenti għal permess ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra għandha tinkludi deskrizzjoni dwar:

(a) 

l-istallazzjoni u l-attivitajiet tagħha inkluża t-teknoloġija wżata;

(b) 

il-materji prima u awżiljarji, li l-użu tagħhom x’aktarx iwassal għall-emissjonijiet tal-gassijiet elenkati fl-Anness I;

(ċ) 

is-sorsi ta’ l-emissjoni tal-gassijiet elenkati fl-Anness I mill-istallazzjoni; u

▼M4

(d) 

il-miżuri ppjanati sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet ement ►M9  mal-atti ◄ msemmija fl-Artikolu 14.

▼B

L-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji riferiti fl-ewwel sub-paragrafu.

Artikolu 6

Il-kondizzjonijiet u l-kontenut tal-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra

1.  
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra li jagħti awtorizzazzjoni għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinja minn stallazzjoni fl-intier tagħha jew f’parti minnha jew tkun sodisfatta illi l-operatur huwa kapaċi li jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet.

Permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra jista’ jkopri stallazzjoni jew iktar fuq l-istess sit imħaddma mill-istess operatur.

▼M9 —————

▼B

2.  

Il-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra għandu jkun fihom dan li ġej:

(a) 

l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur;

(b) 

deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet u l-emissjonijiet mill-istallazzjoni;

▼M4

(ċ) 

pjan ta’ mmonitorjar li jissodisfa r-rekwiżiti konformement ►M9  mal-atti ◄ msemmija fl-Artikolu 14. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operaturi biex jaġġornaw il-pjanijiet ta’ mmonitorjar mingħajr ma jinbidel il-permess. L-operaturi għandhom iressqu kwalunkwe pjan ta’ mmonitorjar aġġornat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

▼B

(d) 

il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ; u

▼M15

(e) 

obbligu li ċċedi kwoti ekwivalenti għat-total ta’ emissjonijiet tal-installazzjoni f'kull sena kalendarja, kif ivverifikati f'konformità mal-Artikolu 15, sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 12(3).

▼M4

Artikolu 7

Bidliet marbuta mal-istallazzjonijiet

L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidliet ippjanti fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista’ tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta'serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Fejn hemm bidla fl-identità tal-operatur tal-istallazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex tinkludi l-isem u l-indirizz tal-operatur il-ġdid.

▼M15

Artikolu 8

Koordinazzjoni mad-Direttiva 2010/75/UE

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta l-installazzjonijiet iwettqu attivitajiet li huma inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 2010/75/UE, il-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-ħruġ ta' permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiġu kkoordinati ma' dawk għall-ħruġ ta’ permess previst f'dik id-Direttiva. Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu integrati fil-proċeduri previsti fid-Direttiva 2010/75/UE.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività tas-sinerġiji mad-Direttiva 2010/75/UE. Il-permessi ambjentali u rilevanti għall-klima għandhom jiġu kkoordinati biex tiġi żgurata eżekuzzjoni effiċjenti u rapida tal-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija. Il-Kummissjoni tista' tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest ta' kwalunkwe rieżami futur ta' din id-Direttiva.

▼M4

Artikolu 9

Kwantità ta’ kwoti madwar ►M9  l-Unjoni ◄ kollha

Il-kwantità ta’ kwoti madwar ►M9  l-Unjoni ◄ maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f’mod lineari min-nofs il-perjodu mill-2008 sal-2012. Il-kwantità għandha tonqos b’fattur lineari ta’ 1,74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu mill-2008 sal-2012. ►A1  Il-kwantità tal-kwoti ►M9  għall-Unjoni ◄ kollha ser tiżdied bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja biss bil-kwantità tal-kwoti li l-Kroazja għandha tirkanta skont l-Artikolu 10(1). ◄

▼M9

Mill-2021 'il quddiem, il-fattur lineari għandu jkun ta' 2,2 %.

▼M15

Fl-2024, il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għandha titnaqqas b'90 miljun kwota. Fl-2026, il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għandha titnaqqas b'27 miljun kwota. Fl-2024, il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għandha tiżdied bi 78,4 miljun kwota għat-trasport marittimu. Il-fattur lineari għandu jkun 4,3 % mill-2024 sal-2027 u 4,4 % mill-2028. Il-fattur lineari għandu japplika wkoll għall-kwoti li jikkorrispondu għall-emissjonijiet medji mit-trasport marittimu rrapportati f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/757 għall-2018 u l-2019 li huma indirizzati fl-Artikolu 3ga ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha sas-6 ta’ Settembru 2023.

Mill-1 ta' Jannar 2026 u l-1 ta' Jannar 2027 rispettivament, il-kwantità ta' kwoti għandha tiżdied biex titqies il-kopertura ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għajr l-emissjonijiet tas-CO2 mill-attivitajiet tat--trasport marittimu u l-kopertura tal-emissjonijiet ta' bastimenti offshore, abbażi tal-emissjonijiet tagħhom għall-aktar sena reċenti li għaliha tkun disponibbli d-data. Minkejja l-Artikolu 10(1), il-kwoti li irriżultaw minn dik iż-żieda għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10a(8).

▼M4

Artikolu 9a

Aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti madwar ►M9  l-Unjoni ◄ kollha

1.  
Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet imdaħħla ►M9  fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 taħt l-Artikolu 24(1), il-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandha tiġi aġġustata biex tirrefletti l-kwantità medja annwali tal-kwoti maħruġa fir-rigward ta’ dawn l-istallazzjonijiet matul il-perjodu tal-inklużjoni tagħhom, aġġustat bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.
2.  

Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li jwettqu attivitajiet imniżżla fl-Anness I, li ddaħħlu biss ►M9  fl-EU ETS ◄ mill-2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ tali istallazzjonijiet jippreżentaw lill-awtorità kompetenti rilevanti data tal-emissjonijiet verifikata b’mod indipendenti u sostanzjat kif inhu xieraq sabiex tiġi kkunsidrata għall-kwantità tal-kwoti ta’ aġġustament ►M9  tal-Unjoni ◄ kollha li għandha tinħareġ.

Kwalunkwe data għandha tiġi ppreżentata, sat-30 ta’ April 2010, lill-awtorità kompetenti rilevanti konformement mad-dispożizzjonijiet adottati l-Artikolu 14(1).

Jekk id-data ppreżentata tiġi pprovata kif suppost, sat-30 ta’ Ġunju 2010 l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan u l-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu, aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9, tiġi aġġustata kif meħtieġ. Fil-każ ta’ istallazzjonijiet li jkollhom emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra oħra barra s-CO2, l-awtorità kompetenti tista’ titlob għal ammont iktar baxx tal-emissjonijiet abbażi tal-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjoni ta’ dawk l-istallazzjonijiet.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantitiajiet aġġustati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sat-30 ta’ Settembru 2010.
4.  
Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li huma esklużi ►M9  mill-EU ETS ◄ konformement mal-Artikolu 27, il-kwantità tal-kwoti ►M9  mal-Unjoni ◄ kollha li jridu joħorġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandhom jiġu aġġustati ‘l isfel biex jirriflettu l-emissjonijiet medji annwali li jiġu vverifikati ta’ dawk l-istallazzjonijiet fil-perijodu mill-2008 sal-2010, aġġustati mill-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

▼M4

Artikolu 10

L-irkant tal-kwoti

▼M9

1.  
Mill-2019 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma jiġux allokati mingħajr ħlas f'konformità mal-Artikoli 10a u 10c ta' din id-Direttiva u li ma jitqegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) (ir-“riżerva tal-istabbiltà tas-suq”) jew li ma jiġux ikkanċellati f'konformità mal-Artikolu 12(4) ta' din id-Direttiva.

Mill-2021 'il quddiem, u mingħajr preġudizzju għal tnaqqis possibbli skont l-Artikolu 10a(5a), is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat għandu jkun ta' 57 %.

▼M15

2 % tal-kwantità totali tal-kwoti bejn l-2021 u l-2030 għandhom jiġu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri (l-“Istati Membri benefiċjarji”) kif stabbilit fl-Artikolu 10d (il-“Fond għall-Modernizzazzjoni”). L-Istati Membri benefiċjarji għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b'PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013. Il-fondi li jikkorrispondu għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom jitqassmu f'konformità mal-Parti A tal-Anness IIb.

Barra minn hekk, 2,5 % tal-kwantità totali ta' kwoti bejn l-2024 u l-2030 għandhom jiġu rkantati għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-Istati Membri benefiċjarji għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b'PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt il-75 % tal-medja tal-Unjoni matul il-perjodu mill-2016 sal-2018. Il-fondi li jikkorrispondu għal dak l-ammont ta' kwoti għandhom jitqassmu f'konformità mal-Parti B tal-Anness IIb.

▼M9

Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri għandha tkun distribwita f'konformità mal-paragrafu 2.

▼M7

1a.  
Meta l-volum tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-aħħar sena ta' kull perjodu msemmi fl- ►M9  Artikolu 13 ◄ ta' din id-Direttiva jaqbeż b'aktar minn 30 % tal-volum tal-irkant medju mistenni għall-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, żewġ terzi tad-differenza bejn il-volumi għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkantar fl-aħħar sena tal-perjodu u miżjuda f'pagamenti ugwali għall-volumi li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara.

▼M4

2.  

Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati minn kull Stat Membru għandha tkun magħmula kif ġej:

(a) 

►M9  90 % ◄ tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom ikunu rkantati jiġu distribwiti fost l-Istati Membri f’ishma li huma identiċi għas-sehem tal-emissjonijiet verifikati konformement ►M9  mal-EU ETS ◄ għall-2005 jew il-medja tal-perjodu mill-2005 sal-2007, abbażi ta’ liema waħda tkun l-ogħla, tal-Istat Membru kkonċernat;

▼M9

(b) 

10 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati jiġu distribwiti fost ċerti Stati Membri għal finijiet ta' solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet fl-Unjoni, b'hekk jiżdied l-ammont ta' kwoti li dawk l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa.

▼M9 —————

▼M4

Għall-finijiet tal-punt (a) fir-rigward tal-Istati Membri li ma pparteċipawx ►M9  fl-EU ETS ◄ fl-2005, is-sehem tagħhom għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw l-emissjonijiet verifikati konformement ►M9  mal-EU ETS ◄ fl-2007.

▼M9

Jekk meħtieġ, il-perċentwali msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu adattati b'mod proporzjonat biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tkun ta' 10 %.

▼M15

3.  

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw dak id-dħul, bl-eċċezzjoni tad-dħul użat għall-kumpens tal-kostijiet indiretti tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 10a(6) ta’ din id-Direttiva, jew l-ekwivalenti f'valur finanzjarju ta' dak id-dħul, għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

▼M4

(a) 

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, anke billi jsir kontribut lill-Fond Dinji għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli u lill-Fond ta’ Adattament kif sar operattiv mill-Konferenza ta’ Poznan dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14 u COP/MOP 4), għall-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima u għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-adattament għall-bidla fil-klima, inkluża l-parteċipazzjoni f’inizjattivi fi ħdan il-qafas tal-Pjan Ewropew Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija u l-Pjattaformi għat-Teknoloġija Ewropej;

▼M15

(b) 

għall-iżvilupp ta' enerġiji rinnovabbli u grilji għat-trażmissjoni tal-elettriku biex jitwettqu l-impenn tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli u l-għanijiet tal-Unjoni dwar l-interkonnettività, kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni għal ekonomija sikura u sostenibbli b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u bħala għajnuna fit-twettiq tal-impenn tal-Unjoni li tiżdied l-effiċjenza enerġetika għal-livelli maqbula f'atti leġiżlattivi rilevanti, inkluż il-produzzjoni tal-elettriku minn awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

(c) 

għal miżuri mmirati biex jevitaw id-deforestazzjoni u jappoġġaw il-protezzjoni u r-restawr tat-torbiera, tal-foresti u ta’ ekosistemi oħra tal-art jew ekosistemi tal-baħar, inklużi miżuri li jikkontribwixxu għall-protezzjoni, ir-restawr u ġestjoni aħjar tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward taż-żoni protetti tal-baħar, u jżidu l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni favur il-bijodiversità, inkluż f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li rratifikaw il-Ftehim ta’ Pariġi, u miżuri biex jiġu ttrasferiti t-teknoloġiji u jiġi ffaċilitat l-adattament għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima f'dawk il-pajjiżi;

(d) 

għas-sekwestrazzjoni tal-forestrija u fil-ħamrija fl-Unjoni;

(e) 

għall-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 b'mod ambjentalment sikur, b'mod partikolari minn impjanti tal-enerġija tal-fjuwils fossili solidi u numru ta' setturi u subsetturi industrijali, inkluż f'pajjiżi terzi, u metodi innovattivi u teknoloġiċi tal-assorbiment tal-karbonju, bħall-qbid dirett mill-arja u l-ħżin;

(f) 

għall-investiment u l-aċċelerazzjoni fil-bidla lejn forom ta' trasport li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur, inkluż l-iżvilupp ta' trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija u servizzi u teknoloġiji tal-karozzi tal-linja li ma jagħmlux ħsara lill-klima, miżuri għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu, inkluż it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti, il-portijiet, it-teknoloġiji u l-infrastruttura innovattivi, u fjuwils alternattivi sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka li huma prodotti minn sorsi rinnovabbli, u teknoloġiji ta' propulsjoni b'emissjonijiet żero, u għall-finanzjament ta' miżuri li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tal-ajruporti f'konformità ma' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal trasport bl-ajru sostenibbli;

▼M4

(g) 

biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp fl-effiċjenza tal-enerġija u teknoloġiji nodfa fis-setturi koperti mill-iskop ta’ din id-Direttiva;

▼M15

(h) 

miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sistemi tat-tisħin distrettwali u l-iżolazzjoni, biex jappoġġjaw is-sistemi ta' tisħin u tkessiħ effiċjenti u rinnovabbli, jew biex jappoġġaw ir-rinnovazzjoni profonda u profonda fi stadji tal-bini f'konformità mad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), li tibda mir-rinnovazzjoni tal-bini bl-agħar prestazzjoni;

▼M15

(ha) 

għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju biex jiġu indirizzati aspetti soċjali f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju, inkluż billi jitnaqqsu t-taxxi distortivi, u tnaqqis mmirat ta' dazji u spejjeż għall-elettriku rinnovabbli;

(hb) 

għall-finanzjament ta' skemi ta' dividendi klimatiċi nazzjonali b'impatt ambjentali pożittiv ipprovat kif iddokumentat fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).

▼M4

(i) 

biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ġestjoni ►M9  tal-EU ETS ◄ ;

▼M9

(j) 

għall-finanzjament ta' azzjonijiet marbutin mal-politika dwar il-klima f'pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima;

▼M15

(k) 

għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema sabiex isir kontribut għal transizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima, b'mod partikolari f'reġjuni milquta l-agħar mit-transizzjoni tal-impjiegi, f'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, u biex isir investiment fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema li potenzjalment huma affettwati mit-transizzjoni, inklużi l-ħaddiema fit-trasport marittimu;

(l) 

għall-indirizzar ta' kwalunkwe riskju residwu ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi koperti mill-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), li jappoġġa t-transizzjoni u jippromwovi d-dekarbonizzazzjoni tagħhom f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

▼M15

Meta jiġi ddeterminat l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jibqa' jiżdied il-finanzjament internazzjonali għall-klima fil-pajjiżi terzi vulnerabbli msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (j).

▼M4

L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fl-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2.

▼M15

L-Istati Membri għandhom jitqiesu li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politiki ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew politiki regolatorji nazzjonali, li jimmassimizzaw l-appoġġ finanzjarju, stipulati għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u l-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom imressqa skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, filwaqt li jispeċifikaw, meta jkun rilevanti u kif xieraq, liema dħul jintuża u l-azzjonijiet li jittieħdu biex jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima mressaq f'konformità ma’ dak ir-Regolament, u l-pjanijiet territorjali tagħhom għal transizzjoni ġusta mħejjija f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).

Ir-rapportar għandu jkun dettaljat biżżejjed biex jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-Istati Membri mal-ewwel subparagrafu.

▼M9

4.  

►M15  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva biex tissupplementa din id-Direttiva fir-rigward tal-għażla taż-żmiene, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar, inklużi modalitajiet għall-irkantar li huma meħtieġa għat-trasferiment ta' sehem mid-dħul għall-baġit tal-Unjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 30d(4) ta' din id-Direttiva jew bħala riżorsi proprji skont l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE, sabiex jiġi żgurat li dan jitwettaq b'mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dak il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla taż-żmien u s-sekwenzjar tal-irkanti u l-ammont stmat ta' kwoti li għandhom isiru disponibbli. ◄

Dawk l-atti delegati għandhom jiżguraw li l-irkanti jkunu maħsuba biex jiżguraw li:

(a) 

l-operaturi, u b'mod partikolari kwalunkwe intrapriża żgħira jew ta' daqs medju koperta mill-EU ETS, ikollhom aċċess sħiħ, ġust u ekwu;

(b) 

il-parteċipanti kollha jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni fl-istess ħin u l-parteċipanti ma jimminawx l-operar tal-irkanti;

(c) 

l-organizzazzjoni ta', u l-parteċipazzjoni fi, l-irkanti jkunu kosteffiċjenti u l-ispejjeż amministrattivi mhux dovuti jiġu evitati; u

(d) 

l-emittenti ż-żgħar jingħataw aċċess għall-kwoti.

▼M4

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tajba tar-regoli tal-irkant għal kull irkant, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess ġust u miftuħ, it-trasparenza, l-iffissar tal-prezzijiet u l-aspetti tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahar mill-irkant u għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni.

▼M15

5.  
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju. Kull sena, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju u dwar politiki rilevanti oħra dwar il-klima u l-enerġija, inklużi t-tħaddim tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi nnegozjati, u li jiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar il-miżuri finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10a(6). Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni rilevanti titressaq lill-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel ma l-Kummissjoni tadotta r-rapport.

▼M15

6.  
L-ESMA għandha timmonitorja regolarment l-integrità u t-trasparenza tas-suq Ewropew tal-karbonju, b'mod partikolari fir-rigward tal-volatilità tas-swieq u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet, it-tħaddim tal-irkanti, l-operazzjonijiet ta' skambju fis-suq għall-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom, inklużi n-negozjar barra l-borża, il-likwidità u l-volumi nnegozjati, u l-kategoriji u l-imġiba tan-negozjar tal-parteċipanti fis-suq, inklużi l-pożizzjonijiet tal-intermedjarji finanzjarji. L-ESMA għandha tinkludi s-sejbiet rilevanti u, meta jkun meħtieġ, għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet fil-valutazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku f'konformità mal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ). Għall-finijiet tal-kompiti msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dettaljata tat-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ).

▼M4

Artikolu 10a

Regoli tranżitorji madwar ►M9  l-Unjoni ◄ kollha għal allokazzjoni gratis armonizzata

▼M9

1.  

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward ta' regoli li japplikaw għall-Unjoni kollha u li huma kompletament armonizzati għall-allokazzjoni ta' kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 19 ta' dan l-Artikolu.

▼M4

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw punti ta’ riferiment ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b’mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra u għal teknika ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta’ produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M’għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.

▼M15

Jekk installazzjoni tkun koperta mill-obbligu li twettaq awditjar tal-enerġija jew li timplimenta sistema ċertifikata ta' ġestjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) u jekk ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditjar jew tas-sistema ċertifikata ta' ġestjoni tal-enerġija ma jkunux implimentati, dment li ż-żmien tal-ħlas lura għall-investimenti rilevanti ma jaqbiżx it-tliet snin jew dment li l-kostijiet ta' dawk l-investimenti ma jkunux sproporzjonati, alllura l-ammont ta' allokazzjoni bla ħlas għandu jitnaqqas b'20 %. L-ammont ta' allokazzjoni bla ħlas ma għandux jitnaqqas jekk operatur juri li jkun implimenta miżuri oħrajn li jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra ekwivalenti għal dawk irrakkomandati mir-rapport tal-awditjar jew mis-sistema ċertifikata ta' ġestjoni tal-enerġija għall-installazzjoni kkonċernata.

Il-Kummissjoni għandha tissupplementa din id-Direttiva billi, fl-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu u mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli fl-ambitu tad-Direttiva 2012/27/UE, tipprevedi regoli armonizzati amministrattivament sempliċi għall-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu li jiżguraw li l-applikazzjoni tal-kundizzjonalità ma tipperikolax kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-integrità ambjentali jew it-trattament ugwali bejn installazzjonijiet madwar l-Unjoni. Dawk ir-regoli armonizzati għandhom, b'mod partikolari, jipprevedu skedi ta' żmien, kriterji għar-rikonoxximent tal-miżuri implimentati ta' effiċjenza enerġetika kif ukoll għal miżuri alternattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, bl-użu tal-proċedura għall-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tnaqqis b'20 % msemmi f'dak is-subparagrafu għandu jiġi applikat meta, sal-1 ta' Mejju 2024, l-operaturi tal-installazzjonijiet li l-livelli tagħhom ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra jkunu ogħla mit-80 perċentil tal-livell ta' emissjonijiet għall-parametri referenzjarji tal-prodotti rilevanti ma jkunux stabbilew pjan ta' newtralità klimatika għal kull waħda minn dawk l-installazzjonijiet għall-attivitajiet tagħhom koperti minn din id-Direttiva. Dak il-pjan għandu jinkludi l-elementi speċifikati fl-Artikolu 10b(4) u għandu jkun stabbilit f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni previsti f’dak l-Artikolu). L-Artikolu 10(4) għandu jitqies li jirreferi biss għal-livell ta' installazzjoni. Il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin imsemmija fl-Artikolu 10b(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), għandha tiġi vverifikata fir-rigward tal-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2025 u fir-rigward ta' kull perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, f'konformità mal-proċeduri ta' verifika u akkreditazzjoni previsti fl-Artikolu 15. Ebda kwota bla ħlas lil hinn minn 80 % ma għandha tiġi allokata jekk il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin intermedji ma tkunx ġiet ivverifikata fir-rigward tal-perjodu sa tmiem l-2025 jew fir-rigward tal-perjodu mill-2026 sal-2030.

Il-kwoti li ma jiġux allokati minħabba tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas f'konformità mat-tielet u l-ħames subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom jintużaw biex jeżentaw l-installazzjonijiet mill-aġġustament f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Meta jkun jifdal xi kwoti bħal dawn, 50 % ta' dawnk il-kwoti għandhom isiru disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu. Il-50 % l-oħra ta' dawk il-kwoti għandhom jiġu rkantati f'konformità mal-Artikolu 10(1) ta’ din id-Direttiva u l-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul rispettiv biex jindirizzaw kwalunkwe riskju residwu ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi koperti mill-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/956, filwaqt li jappoġġaw it-transizzjoni u jippromwovu d-dekarbonizzazzjoni tagħhom f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas lil installazzjonijiet f'setturi jew subsetturi, sal-punt li dawn ikunu koperti minn miżuri oħrajn li jindirizzaw ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/956. Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu aġġustati kif xieraq.

▼M15

Għal kull settur u subsettur, fil-prinċipju, il-parametru referenzjarju għandu jiġi kkalkulat għall-prodotti pjuttost milli għall-inputs, sabiex jiġu mmassimizzati t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza enerġetika matul kull proċess ta' produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat. Sabiex jiġu pprovduti aktar inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-installazzjonijiet li jużaw teknoloġiji ġodda li parzjalment inaqqsu jew kompletament jeliminaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u installazzjonijiet li jużaw teknoloġiji eżistenti, il-parametri referenzjarji ex ante ddeterminati għall-Unjoni kollha għandhom jiġu rieżaminati fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fil-perjodu mill-2026 sal-2030, bil-ħsieb li potenzjalment jiġu mmodifikati d-definizzjonijiet u l-konfini tas-sistema tal-parametri referenzjarji tal-prodotti eżistenti, filwaqt li bħala prinċipji gwida jitqiesu l-potenzjal ta' użu ċirkolari tal-materjali u li l-parametri referenzjarji għandhom ikunu indipendenti mill-feedstock u mit-tip ta' proċess ta' produzzjoni, meta l-proċessi ta' produzzjoni jkollhom l-istess fini. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni għall-fini li tiddetermina l-valuri ta' referenza riveduti għall-allokazzjoni bla ħlas f'konformità mal-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, mill-aktar fis possibbli u qabel il-bidu tal-perjodu mill-2026 sal-2030.

▼M4

Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante f’setturi u subsetturi individwali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

Mal-approvazzjoni ►M9  mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra paragunabbli ma’ dawk ►M9  tal-Unjoni ◄ , il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni gratis isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletament fid-dawl ta’ dak il-ftehim.

▼M15

1a.  
Soġġett għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956, ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas b'rabta mal-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għall-ewwel snin tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956, il-produzzjoni ta' oġġetti elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament għandha tibbenefika minn allokazzjoni bla ħlas f'ammonti mnaqqsa. Għandu jiġi applikat fattur li jnaqqas l-allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni ta' dawk l-oġġetti (il-fattur CBAM). Il-fattur CBAM għandu jkun ugwali għal 100 % għall-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament u l-aħħar tal-2025 u, soġġett għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(2), il-punt (b), ta' dak ir-Regolament, għandu jkun ugwali għal 97,5 % fl-2026, 95 % fl-2027, 90 % fl-2028, 77,5 % fl-2029, 51,5 % fl-2030, 39 % fl-2031, 26,5 % fl-2032 u 14 % fl-2033. Mill-2034, ma għandu japplika ebda fattur CBAM.

It-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas għandu jiġi kkalkolat kull sena bħala s-sehem medju tad-domanda għall-allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/956 meta mqabbla mad-domanda totali għall-allokazzjoni bla ħlas ikkalkolata għall-installazzjonijiet kollha, għall-perjodu rilevanti msemmi fl-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva. F’dan il-kalkolu għandu jiġi applikat il-fattur CBAM.

Il-kwoti li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-paragrafu 8.

Sal-31 ta’ Diċembru 2024 u bħala parti mir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 10(5) ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal oġġetti soġġetti għas-CBAM u prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili ta' pprezzar tal-karbonju. Ir-rapport, b'mod partikolari, għandu jivvaluta r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f'setturi li s-CBAM se japplika għalihom, b'mod partikolari r-rwol u l-adozzjoni mħaffa tal-idroġenu, u l-iżviluppi fir-rigward tal-flussi kummerċjali u l-emissjonijiet inkorporati ta' oġġetti prodotti minn dawk is-setturi fis-suq globali. Meta r-rapport jikkonkludi li hemm riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal oġġetti prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu ekwivalenti ta' pprezzar tal-karbonju, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza dak ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b'mod li jkun konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inkluż l-Artikolu XX tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994,, u li jqis id-dekarbonizzazzjoni tal-installazzjonijiet fl-Unjoni.

▼M4

2.  

Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt ta’ bidu għandu jkun ir-rendiment medju tal-istallazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar istallazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur ►M9  fl-Unjoni ◄ fis-snin 2007-2008. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

►M9  L-atti ◄ taħt l-Artikoli 14 u 15 għandhom jipprovdu għal regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-produzzjoni bil-ħsieb li jiġu ddeterminati punti ta’ riferiment ex ante.

▼M9

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-fini li jiġu determinati l-valuri riveduti tal-punt ta' referenza għall-allokazzjoni mingħajr ħlas. Dawk l-atti għandhom jikkonformaw mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jaderixxu ma' dan li ġej:

(a) 

Għall-perijodu mill-2021 sal-2025, il-valuri tal-punt ta' referenza għandhom jiġu determinati abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2016 u 2017. Abbażi ta' tqabbil ta' dawk il-valuri tal-punt ta' referenza mal-valuri tal-punt ta' referenza li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE ( 18 ), kif adottata fis-27 ta' April 2011, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rata tat-tnaqqis annwali għal kull punt ta' referenza, u għandha tapplikah għall-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023 biex tiddetermina l-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025.

(b) 

Fejn ir-rata ta' tnaqqis annwali taqbeż 1,6 % jew tkun anqas minn 0,2 %, il-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025 għandhom ikunu l-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 imnaqqsa bir-rata minn dawk iż-żewġ rati perċentwali li tkun rilevanti fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023.

▼M15

(c) 

Għall-perjodu mill-2026 sal-2030, il-valuri ta' referenza għandhom jiġu ddeterminati bl-istess mod kif stabbilit fil-punti (a) u (d) ta' dan is-subparagrafu, filwaqt li jitqies il-punt (e) ta' dan is-subparagrafu, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2021 u 2022 u abbażi tal-applikazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028.

▼M15

(d) 

Fejn ir-rata ta' tnaqqis annwali taqbeż it-2,5 % jew tkun inqas minn 0,3 %, il-valuri ta' referenza għall-perjodu mill-2026 sal-2030 għandhom ikunu l-valuri ta' referenza applikabbli fil-perjodu mill-2013 sal-2020 imnaqqsa bi kwalunkwe waħda minn dawk iż-żewġ rati perċentwali li tkun rilevanti, fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028.

(e) 

Għall-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-rata ta' tnaqqis annwali għall-valur referenzjarju tal-prodott għall-metall sħun ma għandhiex tiġi affettwata mill-bidla fid-definizzjonijiet tal-parametru referenzjarju u l-limiti tas-sistema applikabbli skont il-paragrafu 1, it-tmien subparagrafu.

▼M15

B'deroga fir-rigward tal-valuri ta' referenza għall-aromatiċi u l-gass sintetiku, dawk il-valuri ta' referenza għandhom jiġu aġġustati bl-istess persentaġġ bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawk il-prodotti.

▼M9

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

Bil-għan li jiġi promoss l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, għall-perijodu msemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, il-valur tal-punt ta' referenza għal metall jaħraq, li fil-biċċa l-kbira hu marbut ma' gassijiet tal-iskart, għandu jiġi aġġornat b'rata ta' tnaqqis annwali ta' 0,2 %.

▼M15 —————

▼M15

5.  
Sabiex jiġi rispettat is-sehem tal-irkantar stabbilit fl-Artikolu 10, għal kull sena li fiha l-għadd tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas ma jilħaqx l-ammont massimu li jirrispetta s-sehem tal-irkantar, il-kwoti li jifdal sa dak l-ammont għandhom jintużaw għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas sabiex jiġi rrispettat is-sehem tal-irkantar fis-snin ta' wara. Meta, madankollu, jintlaħaq l-ammont massimu, l-allokazzjonijiet bla ħlas għandhom ikunu aġġustati kif xieraq. Kwalunkwe tali aġġustament għandu jsir b'mod uniformi. Madankollu, l-installazzjonijiet li l-livelli ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom ikunu taħt il-medja tal-10 % tal-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti f'settur jew subsettur fl-Unjoni għall-parametri referenzjarji rilevanti f'sena meta japplika l-aġġustament, għandhom jiġu eżentati minn dak l-aġġustament.

▼M9

5a.  
B'deroga mill-paragrafu 5, ammont addizzjonali sa 3 % tal-kwantità totali ta' kwoti għandu, sa fejn meħtieġ, jintuża biex jiżdied l-ammont massimu disponibbli taħt il-paragrafu 5.
5b.  

Fejn ikun meħtieġ inqas minn 3 % tal-kwantità totali ta' kwoti biex jiżdied l-ammont massimu disponibbli taħt il-paragrafu 5:

— 
ammont massimu ta' 50 miljun kwota għandu jintuża biex jiżdied l-ammont ta' kwoti disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10a(8); u
— 
ammont massimu ta' 0,5 % tal-kwantità totali ta' kwoti għandu jintuża biex jiżdied l-ammont ta' kwoti disponibbli biex jiġu modernizzati s-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 10d.

▼M9

6.  
►M15  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri finanzjarji f'konformità mat-tieni u mar-raba' subparagrafi ta' dan il-paragrafu li jiffavorixxu setturi jew subsetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba kostijiet indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jingħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku, dment li tali miżuri finanzjarji jkunu f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u, b'mod partikolari, ma jikkawżawx distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Il-miżuri finanzjarji adottati ma għandhomx jikkumpensaw il-kostijiet indiretti koperti minn allokazzjoni bla ħlas f'konformità mal-parametri referenzjarji stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Meta Stat Membru jonfoq ammont ogħla mill-ekwivalenti ta' 25 % tad-dħul mill-irkant imsemmi fl-Artikolu 10(3) għas-sena li fiha jkunu ġġarrbu l-kostijiet indiretti, huwa għandu jistabbilixxi r-raġunijiet li għalihom ikun inqabeż dak l-ammont. ◄

L-Istati Membri għandhom ifittxu wkoll li jużaw mhux aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għall-miżuri finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta' kull sena, l-Istati Membri li jkollhom tali miżuri finanzjarji fis-seħħ għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, f'forma li tkun faċilment aċċessibbli, l-ammont totali ta' kumpens ipprovdut għal kull settur u subsettur benefiċjarju. Mill-2018 'il quddiem, għal kull sena li fiha Stat Membru juża aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għal tali finijiet, huwa għandu jippubblika rapport li jispjega r-raġunijiet għalfejn qabeż dak l-ammont. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni rilevanti dwar il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi industrijali kbar li jibbenefikaw minn tali miżuri finanzjarji, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar jekk ġewx ikkunsidrati kif dovut miżuri oħra biex jitnaqqsu b'mod sostenibbli l-ispejjeż indiretti tal-karbonju fuq perijodu ta' żmien medju sa twil.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 10(5), fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-effetti ta' tali miżuri finanzjarji fuq is-suq intern u, fejn ikun adatt, tirrakkomanda kwalunkwe miżura li tista' tkun meħtieġa skont dik il-valutazzjoni.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu tali li jiżguraw protezzjoni adegwata kontra r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, abbażi ta' parametri referenzjarji ex ante tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 għal kull unità tal-produzzjoni. Dawk il-parametri referenzjarji ex ante għandhom jiġu kkalkulati għal settur jew subsettur partikolari bħala l-prodott tal-konsum tal-elettriku għal kull unità tal-produzzjoni li jikkorrispondi għall-iktar teknoloġiji effiċjenti disponibbli u tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-taħlita Ewropea rilevanti tal-produzzjoni tal-elettriku.

▼M4

7.  

►M9  Il-kwoti mill-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu li ma kinux allokati mingħajr ħlas sal-2020 għandhom jitwarrbu għal installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, flimkien ma' 200 miljun kwota mqiegħdafir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Mill-kwoti mwarrba, sa 200 miljun kwota għandhom jerġgħu jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fi tmiem il-perijodu mill-2021 sal-2030 jekk ma jkunux allokati għal dak il-perijodu. ◄

▼M15

Mill-2021 'il quddiem, il-kwoti li, skont il-paragrafi 19, 20 u 22, mhumiex allokati għal installazzjonijiet għandhom jiżdiedu mal-ammont ta' kwoti mwarrba f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, ta' dan il-paragrafu.

▼M4

L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

Ma tista’ ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.

▼M9 —————

▼M15

8.  
345 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi allokata bla ħlas skont dan l-Artikolu, u 80 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi rkantata skont l-Artikolu 10, kif ukoll il-kwoti li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas imsemmija fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' fond (il-"Fond għall-Innovazzjoni") bl-għan li jappoġġa l-innovazzjoni f'tekniki, proċessi u teknoloġiji b'livell baxx jew żero ta' karbonju li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi koperti minn din id-Direttiva u jikkontribwixxu għall-objettivi ta' tniġġis żero u ta' ċirkolarità, inklużi proġetti bl-għan li tali tekniki, proċessi u teknoloġiji jiżdiedu fid-dawl tal-implimentazzjoni wiesgħa tagħhom fl-Unjoni kollha. Tali proġetti għandu jkollhom potenzjal sinifikanti ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għandhom jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija u r-riżorsi f'konformità mal-miri tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija għall-2030.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi minn qabel il-kwoti għall-Fond għall-Innovazzjoni biex tiżgura li ammont adegwat ta' riżorsi jkun disponibbli ħalli titħaddan l-innovazzjoni, inkluż għaż-żieda.

Il-kwoti li ma jinħarġux lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru minħabba li jwaqqfu l-operat tagħhom u li ma humiex meħtieġa biex ikopru kwalunkwe nuqqas ta' ċediment minn dawk l-operaturi għandhom jintużaw ukoll għall-appoġġ għall-innovazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Barra minn hekk, 5 miljun kwota mill-kwantità msemmija fl-Artikolu 3c(5) u (7) relatati mal-kwoti tal-avjazzjoni għall-2026 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-appoġġ għall-innovazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandhom jissupplimentaw kull dħul li jifdal mit-300 miljun kwota disponibbli fil-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE ( 19 ), u għandhom jintużaw b'mod f'waqtu għall-appoġġ għall-innovazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Il-Fond għall-Innovazzjoni għandu jkopri s-setturi elenkati fl-Annessi I u III, kif ukoll prodotti u proċessi li jissostitwixxu lil dawk intensivi fil-karbonju prodotti jew użati fis-setturi elenkati fl-Anness I, inklużi teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli u ta' ħżin tal-enerġija u qbid u użu tal-karbonju (CCU) li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari għall-emissjonijiet inevitabbli tal-proċessi, u għandu jgħin biex jistimula l-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' proġetti mmirati lejn il-qbid, it-trasport u l-ħżin ġeoloġiku (CCS) li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent tas-CO2, b'mod partikolari għall-emissjonijiet inevitabbli tal-proċessi industrijali, u l-qbid dirett tas-CO2 mill-atmosfera bi ħżin sikur, sostenibbli u permanenti (DACS), f'postijiet ġeografikament bilanċjati. Il-Fond għall-Innovazzjoni jista' jappoġġa wkoll teknoloġiji u infrastruttura innovattivi rivoluzzjonarji, inkluża l-produzzjoni ta' fjuwils b'livell baxx jew żero ta' karbonju, għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu, tal-avjazzjoni, tat-trasport ferrovjarju u tat-trasport bit-triq, inklużi forom kollettivi ta' trasport bħat-trasport pubbliku u s-servizzi ta' kowċis.

Għall-avjazzjoni, jista' jappoġġa wkoll l-elettrifikazzjoni u azzjonijiet biex jitnaqqsu l-impatti ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima.

Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lil proġetti f'setturi koperti mir-Regolament (UE) 2023/956 biex tiġi appoġġata l-innovazzjoni f'teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, fis-CCU, fis-CCS, fl-enerġija rinnovabbli u fil-ħżin tal-enerġija, b'mod li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima bil-għan li jingħata, matul il-perjodu mill-2021 sal-2030, lill-proġetti f'dawk is-setturi sehem sinifikanti tal-ekwivalenza fil-valur finanzjarju tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1a, ir-raba’ subparagrafu, ta' dan l-Artikolu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, qabel l-2027, tista' tvara sejħiet għal proposti ddedikati għas-setturi koperti minn dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħti attenzjoni speċjali lil proġetti li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu u għandha tinkludi suġġetti ddedikati għal dak il-fini fis-sejħiet għal proposti tal-Fond għall-Innovazzjoni, meta xieraq, inkluż għall-elettrifikazzjoni tat-trasport marittimu, kif ukoll biex jiġi indirizzat l-impatt sħiħ tagħha fuq il-klima, inklużi l-emissjonijiet tal-karbonju iswed. Tali sejħiet għal proposti għandhom ukoll, fil-kriterji użati għall-għażla tal-proġetti, iqisu b'mod partikolari il-potenzjal biex tiżdied il-protezzjoni tal-bijodiversità u biex jitnaqqas it-tniġġis akustiku u tal-ilma minn proġetti u investimenti.

Il-Fond għall-Innovazzjoni, f'konformità mal-paragrafu 8a, jista' jappoġġa proġetti permezz ta' offerti kompetittivi, bħal CDs, CCDs jew kuntratti bi primjum fiss biex jappoġġa teknoloġiji ta' dekarbonizzazzjoni li għalihom il-prezz tal-karbonju jista' ma jkunx inċentiv biżżejjed.

Il-Kummissjoni għandha tfittex sinerġiji bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u Orizzont Ewropa, b'mod partikolari fir-rigward tas-sħubijiet Ewropej, u, meta jkun rilevanti, għandha tfittex sinerġiji bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u programmi oħrajn tal-Unjoni.

Il-proġetti fit-territorju tal-Istati Membri kollha, inklużi proġetti fuq skala żgħira u fuq skala medja, għandhom ikunu eliġibbli u, għall-attivitajiet marittimi, proġetti b'valur miżjud ċar għall-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli. It-teknoloġiji li jirċievu appoġġ għandhom ikunu innovattivi u jkunu għadhom mhux kummerċjalment vijabbli fuq skala simili mingħajr appoġġ, iżda għandhom jirrappreżentaw soluzzjonijiet rivoluzzjonarji jew ikunu maturi biżżejjed għall-applikazzjoni fuq skala prekummerċjali.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti destinati għall-Fond għall-Innovazzjoni jiġu rkantati f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva. Ir-rikavat mill-irkantar għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ). L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu fuq aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jiġu diżaggregati f'pagamenti akkont annwali fuq diversi snin.

Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri b'parteċipazzjoni effettiva baxxa fi proġetti taħt il-Fond għall-Innovazzjoni bil-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-Istat Membru rikjedenti biex jappoġġa l-isforzi tal-proponenti tal-proġetti fit-territorji rispettivi tagħhom ħalli jissottomettu applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-Fond għall-Innovazzjoni, sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni ġeografika effettiva fil-Fond għall-Innovazzjoni u tiżdied il-kwalità ġenerali tal-proġetti ppreżentati. Il-Kummissjoni għandha tipprova tikseb kopertura ġeografika effettiva u bbażata fuq il-kwalità b’rabta mal-finanzjament mill-Fond għall-Innovazzjoni madwar l-Unjoni u għandha tiżgura monitoraġġ komprensiv tal-progress u segwitu xieraq f’dak ir-rigward.

Soġġett għall-qbil tal-applikanti, wara li tingħalaq sejħa għal proposti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-applikazzjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti fit-territorji rispettivi tagħhom u għandha tipprovdilhom informazzjoni dettaljata dwar dawk l-applikazzjonijiet sabiex tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-Istati Membri tal-appoġġ għall-proġetti. Barra minn hekk, qabel l-għoti tal-appoġġ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar il-lista ta' proġetti magħżula minn qabel.

Il-proġetti għandhom jintgħażlu permezz ta' proċedura tal-għażla trasparenti, b'mod newtrali fir-rigward tat-teknoloġija f'konformità mal-objettivi tal-Fond għall-Innovazzjoni kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u abbażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti, filwaqt li jitqies il-punt sa fejn il-proġetti jipprovdu kontribut sinifikanti għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni filwaqt li jikkontribwixxu għall-objettivi ta' tniġġis żero u ta' ċirkolarità f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u, fejn ikun rilevanti, il-punt sa fejn il-proġetti jikkontribwixxu biex jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet ferm taħt il-parametri referenzjarji msemmija fil-paragrafu 2. Il-proġetti għandu jkollhom il-potenzjal għal applikazzjoni mifruxa jew li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-kostijiet tat-transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima fis-setturi kkonċernati. Għandha tingħata prijorità lit-teknoloġiji u lill-proċessi innovattivi li jindirizzaw bosta impatti ambjentali. Proġetti li jinvolvu s-CCU għandhom iwasslu għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet u jiżguraw l-evitar jew il-ħżin permanenti tas-CO2. Fil-każ ta' għotjiet ipprovduti permezz ta' sejħiet għal proposti, jistgħu jiġu appoġġati sa 60 % tal-kostijiet rilevanti tal-proġetti, li 40 % minnhom ma hemmx bżonn li jkunu dipendenti fuq l-evitar ivverifikat tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, dment li jinkisbu l-istadji ewlenin iddeterminati minn qabel, filwaqt li titqies it-teknoloġija użata. Fil-każ ta' appoġġ ipprovdut permezz ta' offerti kompetittivi u fil-każ ta' appoġġ għal assistenza teknika, jistgħu jiġu appoġġati sa 100 % tal-kostijiet rilevanti tal-proġetti. Il-potenzjal ta' tnaqqis fl-emissjonijiet f'bosta setturi offrut minn proġetti kkombinati, inkluż f'żoni fil-qrib, għandu jitqies fil-kriterji użati għall-għażla tal-proġetti.

Il-proġetti ffinanzjati mill-Fond għall-Innovazzjoni għandhom ikunu meħtieġa jaqsmu l-għarfien ma' proġetti rilevanti oħra kif ukoll ma' riċerkaturi bbażati fl-Unjoni li jkollhom interess leġittimu. It-termini tal-kondiviżjoni tal-għarfien għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni f'sejħiet għal proposti.

Is-sejħiet għal proposti għandhom ikunu miftuħa u trasparenti. Fit-tħejjija tas-sejħiet għal proposti, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li s-setturi kollha jkunu koperti kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex tiżgura li s-sejħiet jiġu kkomunikati bl-aktar mod wiesa' possibbli, u speċjalment lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplementa din id-Direttiva f’dak li jikkonċerna r-regoli dwar it-tħaddim tal-Fond għall-Innovazzjoni, inklużi l-proċedura u l-kriterji tal-għażla, u s-setturi eliġibbli u r-rekwiżiti teknoloġiċi għat-tipi differenti ta' appoġġ.

L-ebda proġett ma għandu jirċievi appoġġ permezz tal-mekkaniżmu skont dan is-subparagrafu li jaqbeż 15 % tal-għadd totali ta' kwoti disponibbli għal dan l-għan. Dak l-appoġġ għandu jitqies skont il-paragrafu 7.

Sal-31 ta' Diċembru 2023 u kull sena wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fl-Artikolu 22a(1) ta' din id-Direttiva, dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni, filwaqt li tipprovdi analiżi tal-proġetti mogħtija finanzjament skont is-settur u skont l-Istat Membru, u l-kontribut mistenni ta’ dawk il-proġetti favur l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tippubblika dak ir-rapport.

▼M15

8a.  
Għal CDs u CCDs mogħtija wara l-konklużjoni ta' mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi, għandha tiġi pprovduta kopertura xierqa permezz ta’ impenji baġitarji li jirriżultaw mir-rikavati tal-irkantar ta' kwoti disponibbli fil-Fond għall-Innovazzjoni u dawk l-impenji baġitarji jistgħu jiġu diżaggregati f'pagamenti akkont annwali fuq diversi snin. Għall-ewwel żewġ ċikli tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi, il-kopertura tar-responsabbiltà finanzjarja relatata mas-CDs u s-CCDs għandha tkun żgurata bis-sħiħ b'approprjazzjonijiet li jirriżultaw mir-rikavati tal-irkantar ta' kwoti allokati lill-Fond għall-Innovazzjoni skont il-paragrafu 8.

Abbażi ta' valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva mill-Kummissjoni tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' CDs u CCDs, li għandha ssir wara l-konklużjoni tal-ewwel żewġ ċikli tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi u kull darba li jkun meħtieġ wara dan f'konformità mal-prinċipju tal-prudenza, skont liema l-assi u l-profitti ma għandhomx jiġu sopravalutati u l-obbligazzjonijiet u t-telf ma għandhomx jiġu sottovalutati, il-Kummissjoni, f'konformità mal-għoti tas-setgħa msemmija fit-tmien subparagrafu, tista' tiddeċiedi li tkopri biss parti mill-obbligazzjoni finanzjarja relatata ma' CDs u CCDs permezz tal-mezzi msemmija fl-ewwel subparagrafu u tkopri l-parti li jifdal permezz ta’ mezzi oħrajn. Il-Kummissjoni għandha timmira li tillimita l-użu ta' mezzi oħra ta' kopertura.

Meta l-valutazzjoni twassal għall-konklużjoni li mezzi oħra ta' kopertura huma meħtieġa biex jitwettaq il-potenzjal sħiħ tas-CDs u s-CCDs, il-Kummissjoni għandha timmira għal taħlita bbilanċjata ta' mezzi oħra ta' kopertura. B'deroga mill-Artikolu 210(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-portata tal-użu ta' mezzi oħra ta' kopertura skont l-att delegat previst fit-tmien subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-obbligazzjoni finanzjarja li jifdal għandha tkun koperta biżżejjed, fid-dawl tal-prinċipji tat-Titolu X tar-Regolament (EU, Euratom) 2018/1046, jekk ikun meħtieġ, adattati għall-ispeċifiċitajiet tas-CDs u s-CCDs, b'deroga mill-Artikolu 209(2), il-punti (d) u (h), l-Artikolu 210(1), l-Artikolu 211(1), (2), (4) u (6), l-Artikoli 212, 213 u 214, l-Artikolu 218(1) u l-Artikolu 219(3) u (6) ta' dak ir-Regolament. Meta jkun applikabbli, mezzi oħra ta' kopertura, ir-rata ta' proviżjonament u d-derogi meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti f'att delegat previst fit-tmien subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni ma għandhiex tuża aktar minn 30 % tar-rikavati tal-irkantar tal-kwoti allokati lill-Fond għall-Innovazzjoni skont il-paragrafu 8 għall-proviżjonament għas-CDs u s-CCDs.

Ir-rata ta' proviżjonament ma għandhiex tkun inqas minn 50 % tal-obbligazzjoni finanzjarja totali mġarrba mill-baġit tal-Unjoni għas-CDs u s-CCDs. Meta tiġi stabbilita ir-rata ta’ proviżjonament, il-Kummissjoni għandha tqis elementi li jistgħu jnaqqsu r-riskji finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni, lil hinn mill-approprjazzjonijiet disponibbli fil-Fond għall-Innovazzjoni, bħall-kondiviżjoni possibbli ta' obbligazzjoni ma' Stati Membri fuq bażi volontarja, jew mekkaniżmu possibbli ta' assigurazzjoni mill-ġdid mis-settur privat. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid ir-rata ta' proviżjonament mill-inqas kull tliet snin mid-data ta' applikazzjoni tal-att delegat li jkun stabbiliha għall-ewwel darba.

Sabiex jiġu evitati applikazzjonijiet spekulattivi, l-aċċess għall-offerti kompetittivi jista' jsir soġġett għall-pagament mill-applikanti ta' depożitu li għandu jintilef f'każ li l-kuntratt ma jiġix rispettat. Tali depożiti mitlufa għandhom jintużaw għall-Fond għall-Innovazzjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Kwalunkwe kontribuzzjoni mħallsa lill-awtorità awtorizzanti minn benefiċjarju f'konformità mat-termini tas-CD jew tas-CCD fejn il-prezz ta' referenza jkun ogħla mill-prezz tal-eżerċitar (“reflows”) għandha tintuża għall-Fond għall-Innovazzjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) ta' dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva biex tissupplementa din id-Direttiva sabiex tipprevedi u tagħti dettall dwar mezzi oħra ta' kopertura, jekk ikun hemm, u, meta applikabbli, ir-rata ta' proviżjonament u d-derogi addizzjonali meħtieġa mit-Titolu X tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 kif stabbilit fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u barra minn hekk ir-regoli dwar it-tħaddim tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi, b'mod partikolari fir-rigward ta' depożiti u reflows.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-ħames subparagrafu ta' dan il-paragrafu billi tgħolli l-limitu ta' 30 % msemmi f'dak is-subparagrafu b'mhux aktar minn total ta' 20 punt perċentwali meta jkun meħtieġ biex tirrispondi għal domanda għal CDs u CCDs, filwaqt li tqis l-esperjenza tal-ewwel ċikli tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi u filwaqt li tqis il-ħtieġa li jinstab bilanċ xieraq fl-appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni bejn l-għotjiet u tali kuntratti.

L-appoġġ finanzjarju mill-Fond għall-Innovazzjoni għandu jkun proporzjonali għall-objettivi ta' politika stabbiliti f'dan l-Artikolu u ma għandux iwassal għal distorsjonijiet indebiti tas-suq intern. Għal dan l-għan, l-appoġġ għandu jingħata biss biex ikopri kostijiet addizzjonali jew riskji ta' investiment li ma jkunux jistgħu jiġġarrbu mill-investituri taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

8b.  
40 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi allokata bla ħlas skont dan l-Artikolu, u 10 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi rkantata skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva għandhom isiru disponibbli għall-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ). Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti destinati għall-Fond Soċjali għall-Klima jiġu rkantati fl-2025 f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva u l-att delegat adottat f'konformità ma' dak l-Artikolu. Id-dħul minn dak l-irkantar għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u għandu jintużaw f'konformità mar-regoli applikabbli għall-Fond Soċjali għall-Klima.”

▼M9

9.  
Il-Greċja, li kellha prodott domestiku gross (PDG) per capita bil-prezzijiet tas-suq ta' inqas minn 60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2014, tista' titlob, qabel l-applikazzjoni tal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, sa 25 miljun kwota mill-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu li ma jkunux allokati mingħajr ħlas sal-31 ta' Diċembru 2020, għall-kofinanzjament ta' mhux iżjed minn 60 % tad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer fit-territorju tagħha. L-Artikolu 10d(3) għandu japplika mutatis mutandis għal tali kwoti. Jistgħu jintalbu kwoti fejn, minħabba aċċess ristrett għas-swieq tad-dejn internazzjonali, proġett maħsub għad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer tal-Greċja ma jkunx jista' jitwettaq b'mod ieħor u fejn il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jikkonferma l-vijabbiltà finanzjarja u l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġett.

▼M9 —————

▼M4

11.  
Suġġett għall-Artikolu 10b, l-ammont ta’ kwoti allokati gratis taħt il-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu fl-2013 għandu jkun 80 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u mbagħad l-allokazzjoni gratis għandha tonqos kull sena b’ammonti ugwali sakemm jirriżulta f’allokazzjoni gratis ta’ 30 % fl-2020 ►M9  ————— ◄ .

▼M9 —————

▼M15

19.  
Ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas lil installazzjoni li tkun waqfet topera. L-installazzjonijiet li l-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra skadielhom jew ġie rtirat u l-installazzjonijiet li għalihom l-operazzjoni jew il-bidu mill-ġdid tal-operazzjoni huma teknikament impossibbli għandhom jitqiesu bħala li waqqfu l-operazzjonijiet.

▼M9

20.  
Il-livell ta' allokazzjonijiet bla ħlas mogħtija lil installazzjonijiet li l-operat tagħhom żdied jew naqas, skont valutazzjoni bbażata fuq medja mobbli ta' sentejn, b'aktar minn 15 % meta mqabbel mal-livell użat inizjalment biex jiddetermina l-allokazzjoni bla ħlas għall-perijodu rilevanti msemmi fl-Artikolu 11(1) għandu, kif ikun adatt, jiġi aġġustat. Tali aġġustamenti għandhom isiru bi kwoti mill-ammont ta' kwoti mwarrba skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew billi jiżdiedu miegħu.

▼M9

21.  
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva, nondiskriminatorja u uniformi tal-aġġustamenti u l-livell limitu msemmija fil-paragrafu 20 ta' dan l-Artikolu, sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv bla bżonn, u sabiex ma jitħallewx isiru manipulazzjoni jew abbuż tal-aġġustamenti għall-allokazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M15

22.  
Meta jkunu meħtieġa korrezzjonijiet għall-allokazzjonijiet bla ħlas mogħtija skont l-Artikolu 11(2), tali korrezzjonijiet għandhom jitwettqu bi kwoti minn, jew billi jiżdiedu kwoti ma', l-ammont ta' kwoti mwarrba f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

▼M9

Artikolu 10b

Miżuri transizzjonali li jappoġġaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju

1.  
Is-setturi u s-subsetturi li fir-rigward tagħhom il-prodott li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi, definita bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi flimkien mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għaż-Żona Ekonomika Ewropea (il-fatturat annwali flimkien mal-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi), bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom, imkejla f'kgCO2 diviża bil-valur miżjud gross (f'euro) tagħhom, jeċċedi 0,2, għandhom jitqiesu li huma f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Lil tali setturi u subsetturi għandhom jiġu allokati kwoti bla ħlas għall-perijodu sal-2030 ta' 100 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a.
2.  

Is-setturi u subsetturi li fir-rigward tagħhom il-prodott li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom jeċċedi 0,15 jistgħu jkunu inklużi fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, bl-użu tad-data għas-snin mill-2014 sal-2016, fuq il-bażi ta' valutazzjoni kwalitattiva u tal-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-limitu sa fejn huwa possibbli għal installazzjonijiet individwali fis-settur jew subsetturi kkonċernati li jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku;

(b) 

il-karatteristiċi attwali u previsti tas-suq, inkluż, fejn rilevanti, kwalunkwe prezz ta' referenza komuni;

(c) 

il-marġni tal-profitti bħala indikatur potenzjali ta' investiment fit-tul jew deċiżjonijiet ta' rilokazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fl-ispejjeż tal-produzzjoni marbuta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

3.  
Is-setturi u s-subsetturi li ma jeċċedux il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 1, iżda li jkollhom intensità tal-emissjonijiet imkejla f'kgCO2 diviża bil-valur gross miżjud tagħhom (f'euro), li teċċedi 1,5, għandhom ukoll jiġu vvalutati fil-livell ta' 4 numri (kodiċi NACE-4). Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni.

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-setturi u s-subsetturi msemmija f'dak is-subparagrafu jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni jew għal valutazzjoni kwalitattiva tal-espożizzjoni tagħhom għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jew għal valutazzjoni abbażi tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti użati għal statistika dwar il-produzzjoni industrijali fl-Unjoni fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom). Għal dak il-għan, is-settur u s-subsettur għandhom jippreżentaw data li tkun debitament sostanzjata, sħiħa u verifikata b'mod indipendenti li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq il-valutazzjoni flimkien mal-applikazzjoni.

Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), dan jista' jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 abbażi tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2. Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom), dan għandu jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 dment li, f'dak il-livell, il-livell limitu ta' 0,2 imsemmi fil-paragrafu 1 jinqabeż.

Is-setturi u subsetturi li għalihom l-allokazzjoni bla ħlas tiġi kkalkulata abbażi tal-valuri tal-punt ta' referenza msemmija fis-subparagrafu 4 tal-Artikolu 10a(2) jistgħu jitolbu wkoll li jiġu vvalutati f'konformità mas-subparagrafu 3 ta' dan il-paragrafu.

B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, sat-30 ta' Ġunju 2018 Stat Membru jista' jitlob li settur jew subsettur elenkat fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/746/UE ( 22 ) fir-rigward ta' klassifikazzjonijiet fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom) jitqies li jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1. Kwalunkwe tali talba għandha tiġi kkunsidrata biss fejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba jistabbilixxi li l-applikazzjoni ta' dik id-deroga hija ġġustifikata fuq il-bażi ta' data debitament sostanzjata, sħiħa, verifikata u awditjata għall-ħames snin l-aktar reċenti pprovduta mis-settur jew is-subsettur ikkonċernat u tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha mat-talba tiegħu. Abbażi ta' dik id-data, is-settur jew is-subsettur ikkonċernat għandu jiġi inkluż fir-rigward ta' dawk il-klassifikazzjonijiet fejn, fi ħdan livell eteroġenu ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jintwera li jkollu intensità tal-kummerċ u tal-emissjonijiet sostanzjalment ogħla fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom), li taqbeż il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1.

4.  
Setturi u subsetturi oħrajn jitqiesu li jistgħu jgħaddu aktar mill-ispejjeż tal-kwoti lill-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jiġu allokati lilhom kwoti bla ħlas ta' 30 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a. Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor fir-reviżjoni skont l-Artikolu 30, l-allokazzjonijiet bla ħlas għal setturi u subsetturi oħrajn, għajr it-tisħin urban, għandhom jitnaqqsu b'ammonti indaqs wara l-2026 sabiex jintlaħaq livell ta' ebda allokazzjoni bla ħlas fl-2030.

▼M15

Fi Stat Membru fejn, fuq medja fis-snin mill-2014 sal-2018, is-sehem tal-emissjonijiet tiegħu mit-tisħin distrettwali tat-total tal-Unjoni ta' tali emissjonijiet, diviż bis-sehem ta' PDG ta’ dak l-Istat Membru tal-PDG totali tal-Unjoni huwa akbar minn ħamsa, allokazzjoni addizzjonali bla ħlas ta' 30 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a għandha tingħata lit-tisħin distrettwali għall-perjodu mill-2026 sal-2030, dment li volum ta' investiment ekwivalenti għall-valur ta' dik l-allokazzjoni bla ħlas addizzjonali jiġi investit biex l-emissjonijiet jitnaqqsu b'mod sinifikanti qabel l-2030 f'konformità mal-pjanijiet ta' newtralità klimatika msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li l-kisba tal-miri u l-istadji importanti msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu jkun ikkonfermat mill-verifika mwettqa f'konformità mar-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Sal-1 ta' Mejju 2024, l-operaturi tat-tisħin distrettwali għandhom jistabbilixxu pjan ta' newtralità klimatika għall-installazzjonijiet li għalihom japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali f'konformità mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dak il-pjan għandu jkun konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u għandu jistabbilixxi:

(a) 

miżuri u investimenti biex in-newtralità klimatika tinkiseb sal-2050 fil-livell tal-installazzjonijiet jew tal-kumpaniji, bl-esklużjoni tal-użu ta' krediti ta' kumpens għal emissjonijiet ta' karbonju;

(b) 

miri u stadji ewlenin intermedji biex, sal-31 ta' Diċembru 2025 u sal-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, jitkejjel il-progress li jkun sar lejn il-kisba tan-newtralità klimatika kif stabbilit fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;

(c) 

stima tal-impatt ta' kull waħda mill-miżuri u kull wieħed mill-investimenti msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin imsemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), ta' dan il-paragrafu għandu jiġi vverifikat fir-rigward tal-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2025 u fir-rigward ta' kull perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, f'konformità mal-proċeduri ta' verifika u akkreditazzjoni previsti fl-Artikolu 15. Ebda kwota bla ħlas lil hinn mill-ammont msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandha tiġi allokata jekk il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin intermedji ma jkunx ġie vverifikat fir-rigward tal-perjodu sa tmiem l-2025 jew fir-rigward tal-perjodu mill-2026 sal-2030.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-kontenut minimu tal-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta' dan il-paragrafu u l-format tal-pjanijiet ta' newtralità klimatika msemmija f’dak is-subparagrafu u fl-Artikolu 10a(1), il-ħames subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tfittex sinerġiji ma' pjanijiet simili kif previst fid-dritt tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M9

5.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2019, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tad-determinazzjoni ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif imsemmi fil- paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għall-attivitajiet f'livell ta' 4 numri (kodiċi NACE-4) fir-rigward tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, abbażi ta' data għat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti disponibbli.

Artikolu 10c

Għażla għal allokazzjoni bla ħlas transizzjonali għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija

1.  
B'deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita bil-prezzijiet tas-suq (f'euro) taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni jistgħu jagħtu allokazzjoni bla ħlas transizzjonali lil installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-modernizzazzjoni, id-diversifikazzjoni u t-trasformazzjoni sostenibbli tas-settur tal-enerġija. L-investimenti appoġġati għandhom ikunu konsistenti mat-transizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, sigura u sostenibbli, mal-objettivi tal-qafas politiku tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija għall-2030, u mal-kisba tal-objettivi fit-tul espressi fil-Ftehim ta' Pariġi. Id-deroga prevista f'dan il-paragrafu għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2030.
2.  

L-Istat Membru kkonċernat għandu jorganizza proċess kompetittiv ta' offerti, li għandu jsir fi stadju wieħed jew aktar bejn l-2021 u l-2030, għal proġetti li jinvolvu ammont totali ta' investiment li jeċċedi EUR 12,5-il miljun, biex jintgħażlu l-investimenti li għandhom ikunu ffinanzjati b'allokazzjoni bla ħlas. Dak il-proċess kompetittiv ta' offerti għandu:

(a) 

jikkonforma mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament indaqs u ġestjoni finanzjarja tajba;

(b) 

jiżgura li jkunu biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u s-sorsi tal-provvista tagħhom, għar-ristrutturar meħtieġ, għall-aġġornament ambjentali u r-rinnovament tal-infrastruttura, għat-teknoloġiji ndaf, bħat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, jew għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-produzzjoni tal-enerġija, bħat-tisħin urban effiċjenti u sostenibbli, u tas-settur tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, li jkunu eliġibbli biex iressqu offerta;

(c) 

jiddefinixxi kriterji tal-għażla ċari, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji għall-klassifikazzjoni tal-proġetti, sabiex jiżgura li jintgħażlu biss proġetti li:

(i) 

fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' CO2 filwaqt li jitqies id-daqs tal-proġett;

(ii) 

huma addizzjonali, jwieġbu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jipprovdux żieda motivata mis-suq fid-domanda għall-enerġija;

(iii) 

joffru l-aħjar valur għall-flus; u

(iv) 

ma jikkontribwixxux għal, jew itejbu, il-vijabbiltà finanzjarja tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b'emissjonijiet intensivi ħafna u lanqas ma jżidu d-dipendenza fuq karburanti fossili b'emissjonijiet intensivi.

B'deroga mill-Artikolu 10(1) u mingħajr preġudizzju għall-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'każ li investiment magħżul permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti jiġi kkanċellat jew il-prestazzjoni prevista ma tintlaħaqx, il-kwoti allokati jistgħu jintużaw permezz ta' ċiklu addizzjonali wieħed tal-proċess kompetittiv ta' offerti mhux aktar kmieni minn sena wara sabiex jiġu ffinanzjati investimenti oħrajn.

Sat-30 ta' Ġunju 2019, kwalunkwe Stat Membru li beħsiebu jagħmel użu minn allokazzjoni bla ħlas, transizzjonali u fakultattiva, għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija għandu jippubblika qafas nazzjonali dettaljat li jiddeskrivi l-proċess kompetittiv ta' offerti, inkluż l-għadd ta' ċikli ppjanati msemmija fl-ewwel subparagrafu, u l-kriterji tal-għażla għall-kummenti tal-pubbliku.

Fejn investimenti b'valur ta' inqas minn EUR 12,5-il miljun għandhom jiġu appoġġati b'allokazzjoni bla ħlas u ma jintgħażlux permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti msemmi f'dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jagħżel il-proġetti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom jiġu ppubblikati għall-kummenti tal-pubbliku. Fuq din il-bażi, l-Istat Membru kkonċernat għandu, sat-30 ta' Ġunju 2019, jistabbilixxi, jippubblika u jissottometti lill-Kummissjoni lista ta' investimenti. Fejn aktar minn investiment wieħed isir fl-istess installazzjoni, huma għandhom jiġu evalwati fit-totalità tagħhom sabiex jiġi stabbilit jekk jinqabiżx il-livell limitu ta' EUR 12,5-il miljun, sakemm dawk l-investimenti ma jkunux teknikament jew finanzjarjament vijabbli b'mod indipendenti.

3.  
Il-valur tal-investimenti maħsuba għandu jkun tal-anqas daqs il-valur tas-suq tal-allokazzjoni bla ħlas, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu limitati ż-żidiet fil-prezzijiet konnessi direttament. Il-valur tas-suq għandu jkun il-medja tal-prezz tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja preċedenti. Sa 70 % tal-ispejjeż rilevanti ta' investiment jistgħu jiġu appoġġati permezz ta' allokazzjoni bla ħlas sakemm l-ispejjeż li jkun fadal jiġu ffinanzjati minn entitajiet legali privati.
4.  
L-allokazzjonijiet bla ħlas transizzjonali għandhom jitnaqqsu mill-kwantità tal-kwoti li l-Istat Membru kieku kien jirkanta. L-allokazzjoni bla ħlas totali m'għandhiex tkun iżjed minn 40 % tal-kwoti li l-Istat Membru kkonċernat jirċievi, skont l-Artikolu 10(2)(a), fil-perijodu mill-2021 sal-2030, mifruxa f'volumi annwali indaqs tul dak il-perijodu.
5.  
Fejn Stat Membru, skont l-Artikolu 10d(4), juża kwoti mqassma għall-finijiet ta' solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet fi ħdan l-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 10(2)(b), dak l-Istat Membru jista', b'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, juża għall-allokazzjoni bla ħlas transizzjonali kwantità totali sa 60 % tal-kwoti riċevuti fil-perijodu mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 10(2)(a), bl-użu ta' ammont korrispondenti tal-kwoti mqassma f'konformità mal-Artikolu 10(2)(b).

Kwalunkwe kwota mhux allokata taħt dan l-Artikolu sal-2020 tista' tiġi riportata għall-perijodu mill-2021 sal-2030 għal investimenti magħżula permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti msemmi fil-paragrafu 2, ħlief meta l-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2019 dwar l-intenzjoni tiegħu li ma jallokax dawk il-kwoti, kollha jew parti minnhom, matul il-perijodu mill-2021 sal-2030 u dwar l-ammont ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati minflok fl-2020. Fejn tali kwoti jiġu allokati matul il-perijodu mill-2021 sal-2030, ammont korrispondenti ta' kwoti għandu jitqies għall-applikazzjoni tal-limitu ta' 60 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

6.  
L-allokazzjonijiet lill-operaturi għandhom isiru malli tingħata prova li investiment magħżul skont ir-regoli tal-proċess kompetittiv ta' offerti jkun sar. Fejn investiment iwassal għal kapaċità addizzjonali ta' ġenerazzjoni tal-elettriku, l-operatur ikkonċernat għandu wkoll juri li ammont korrispondenti ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku aktar intensiva fl-emissjonijiet ġie dekummissjonat minnu jew minn operatur assoċjat ieħor sal-bidu tal-operat tal-kapaċità addizzjonali.

▼M15

7.  
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku u l-operaturi tan-network li jibbenefikaw jirrapportaw, sat-28 ta' Frar ta' kull sena, dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti magħżula tagħhom, inkluż il-bilanċ tal-allokazzjoni bla ħlas u n-nefqa fuq l-investiment imġarrba u t-tipi ta' investimenti appoġġati. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tagħmel tali rapporti pubbliċi.

▼M15

Artikolu 10ca

Skadenza iqsar għall-allokazzjoni tranżitorja bla ħlas għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija

B'deroga mill-Artikolu 10c, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħtu allokazzjoni tranżitorja bla ħlas biss lil installazzjonijiet f'konformità ma' dak l-Artikolu għal investimenti li jsiru qabel il-31 ta' Diċembru 2024. Kwalunkwe kwota disponibbli għall-Istati Membri kkonċernati f'konformità mal-Artikolu 10c għall-perjodu mill-2021 sal-2030 li ma tintużax għal tali investimenti għandha, fil-proporzjon determinat mill-Istat Membru rispettiv:

(a) 

tiżdied mal-kwantità totali ta' kwoti li l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkanta skont l-Artikolu 10(2); jew

(b) 

tintuża biex tappoġġa investimenti fil-qafas tal-Fond għall-Modernizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 10d, f'konformità mar-regoli applikabbli għad-dħul mill-kwoti msemmija fl-Artikolu 10d(4).

Sal-15 ta' Mejju 2024, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-ammonti rispettivi ta' kwoti li jridu jintużaw skont l-Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u, b'deroga mill-Artikolu 10d(4), it-tieni sentenza, taħt l-Artikolu 10d.

▼M9

Artikolu 10d

Fond għall-Modernizzazzjoni

▼M15

1.  
Għandu jiġi stabbilit fond biex jappoġġa l-investimenti proposti mill-Istati Membri benefiċjarji, inkluż il-finanzjament ta' proġetti ta' investiment fuq skala żgħira, għall-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika għall-perjodu mill-2021 sal-2030 (il-"Fond għall-Modernizzazzjoni"). Il-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu jiġi ffinanzjat permezz tal-irkantar tal-kwoti kif stabbilit fl-Artikolu 10, għall-Istati Membri benefiċjarji stabbiliti fih.

L-investimenti appoġġati għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, kif ukoll mal-objettivi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" u tar-Regolament (UE) 2021/1119 u mal-objettivi fit-tul kif espressi fil-Ftehim ta' Pariġi. L-Istati Membri benefiċjarji, meta jkun xieraq, jistgħu jużaw ir-riżorsi tal-Fond għall-Modernizzazzjoni biex jiffinanzjaw investimenti li jinvolvu r-reġjuni tal-fruntiera kontigwi tal-Unjoni. Ma għandu jiġi pprovdut l-ebda appoġġ mill-Fond għall-Modernizzazzjoni lill-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw fjuwils fossili. Madankollu, id-dħul minn kwoti koperti minn notifika skont il-paragrafu 4ta' dan l-Artikolu jista' jintuża għal investimenti li jinvolvu fjuwils fossili gassużi.

Barra minn hekk, id-dħul mill-kwoti msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tielet subparagrafu, ta' din id-Direttiva jista', meta l-attività tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ) u tkun debitament ġustifikata sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija, jintuża għal investimenti li jinvolvu fjuwils fossili gassużi dment li, għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-kwoti jiġu rkantati qabel il-31 ta' Diċembru 2027 u, għall-investimenti li jinvolvu użijiet downstream ta' gass, il-kwoti jiġu rkantati qabel il-31 ta' Diċembru 2028.

2.  

Mill-inqas 80 % tad-dħul mill-kwoti msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tielet subparagrafu, u mill-kwoti koperti minn notifika skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u mill-inqas 90 % tad-dħul mill-kwoti msemmija fl-Artikolu 10(1), ir-raba' subparagrafu, għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-investimenti f'dawn li ġejjin:

(a) 

il-ġenerazzjoni u l-użu tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, inkluż l-idroġenu rinnovabbli;

(b) 

it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;

(c) 

it-tnaqqis tal-użu ġenerali tal-enerġija permezz tal-effiċjenza enerġetika, inkluż fl-industrija, fit-trasport, fil-bini, fl-agrikoltura u fl-iskart;

(d) 

il-ħżin tal-enerġija u l-modernizzazzjoni tan-networks tal-enerġija, inklużi l-ġestjoni min-naħa tad-domanda, pipelines tat-tisħin distrettwali, grilji għat-trażmissjoni tal-elettriku, iż-żieda fl-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri u l-infrastruttura għal mobilità b'emissjonijiet żero;

(e) 

l-appoġġ għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx, inkluż f'żoni rurali u remoti, biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u biex jimmodernizzaw is-sistemi tat-tisħin tagħhom; u

(f) 

tranżizzjoni ġusta f'reġjuni dipendenti fuq il-karbonju fl-Istati Membri benefiċjarji, sabiex jiġu appoġġati r-riallokazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, l-inizjattivi ta' tfittxija tal-impjiegi u n-negozji ġodda, fi djalogu mas-soċjetà ċivili u mas-sħab soċjali, b’mod li huwa konsistenti mal-azzjonijiet rilevanti inklużi mill-Istati Membri fil-pjanijiet territorjali tagħhom għal tranżizzjoni ġusta, u li jikkontribwixxu għalihom, f'konformità mal-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2021/1056, fejn rilevanti.

▼M9

3.  
Il-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu jopera taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri benefiċjarji. Il-BEI għandu jiżgura li l-kwoti jiġu rkantati f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet stipulati fl-Artikolu 10(4), u għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tad-dħul. Il-BEI għandu jgħaddi d-dħul lill-Istati Membri wara deċiżjoni ta' żborż mill-Kummissjoni, fejn dan l-iżborż għall-investimenti jkun konformi mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew, fejn l-investimenti ma jaqgħux taħt l-oqsma elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ikun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat tal-investimenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fil-ħin opportun. Id-dħul għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-ishma stabbiliti fl-Anness IIb, f'konformità mal-paragrafi 6 sa 12 ta' dan l-Artikolu.
4.  
Kull Stat Membru kkonċernat jista' juża l-allokazzjoni bla ħlas totali mogħtija skont l-Artikolu 10c(4), jew parti minn dik l-allokazzjoni, u l-ammont ta' kwoti mqassma għall-finijiet ta' solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet fl-Unjoni skont l-Artikolu 10(2)(b), jew parti minn dak l-ammont, f'konformità mal-Artikolu 10d għall-appoġġ ta' investimenti fil-qafas tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, u b'hekk jiżdiedu r-riżorsi mqassma lil dak l-Istat Membru. Sat-30 ta' Settembru 2019, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-ammonti rispettivi ta' kwoti li għandhom jintużaw taħt l-Artikolu 10(2)(b), l-Artikolu 10c u l-Artikolu 10d.
5.  
B'dan huwa stabbilit kumitat tal-investimenti għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. Il-kumitat tal-investimenti għandu jkun magħmul minn rappreżentant minn kull Stat Membru benefiċjarju, il-Kummissjoni u l-BEI, u tliet rappreżentanti eletti mill-Istati Membri l-oħra għal perijodu ta' ħames snin. Huwa għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru li ma jkunx membru tal-kumitat tal-investimenti jista' jattendi laqgħat tal-kumitat bħala osservatur.

Il-kumitat tal-investimenti għandu jopera b'mod trasparenti. Il-kompożizzjoni tal-kumitat tal-investimenti u l-curricula vitae u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tiegħu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u, fejn meħtieġ, jiġu aġġornati.

6.  
Qabel ma Stat Membru benefiċjarju jiddeċiedi li jiffinanzja investiment mis-sehem tiegħu fil-Fond għall-Modernizzazzjoni, huwa għandu jippreżenta l-proġett ta' investiment lill-kumitat tal-investimenti u lill-BEI. Fejn il-BEI jikkonferma li investiment ikun jaqa' f'wieħed mill-oqsma elenkati fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jipproċedi għall-finanzjament tal-proġett ta' investiment mis-sehem tiegħu.

Fejn investiment fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija, li jkun propost li jiġi ffinanzjat mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, ma jaqax fl-oqsma elenkati fil-paragrafu 2, il-kumitat tal-investimenti għandu jevalwa l-vijabbiltà teknika u finanzjarja ta' dak l-investiment, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jinkiseb minnu, u joħroġ rakkomandazzjoni dwar il-finanzjament tal-investiment mill-Fond għall-Modernizzazzjoni. Il-kumitat tal-investimenti għandu jiżgura li kwalunkwe investiment relatat mat-tisħin urban jikseb titjib sostanzjali fl-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis fl-emissjonijiet. Dik ir-rakkomandazzjoni tista' tinkludi suġġerimenti dwar l-istrumenti ta' finanzjament adatti. Sa 70 % tal-ispejjeż rilevanti ta' investiment li ma jaqax fl-oqsma elenkati fil-paragrafu 2 jista' jiġi appoġġat mir-riżorsi tal-Fond għall-Modernizzazzjoni sakemm l-ispejjeż li jkun fadal jiġu ffinanzjati minn entitajiet legali privati.

7.  
Il-kumitat tal-investimenti għandu jistinka biex jadotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu b'kunsens. Jekk il-kumitat tal-investimenti ma jkunx jista' jiddeċiedi b'kunsens fl-iskadenza stabbilita mill-president, huwa għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' maġġoranza sempliċi.

Jekk ir-rappreżentant tal-BEI ma japprovax il-finanzjament ta' investiment, għandha tiġi adottata rakkomandazzjoni biss jekk maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha jivvotaw favur tagħha. Ir-rappreżentant tal-Istat Membru li fih ikun ser jitwettaq l-investiment u r-rappreżentant tal-BEI ma għandhomx ikunu intitolati li jivvotaw f'dan il-każ. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika għal proġetti fuq skala żgħira ffinanzjati permezz ta' self ipprovdut minn bank promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' programm nazzjonali li jaqdi objettivi speċifiċi f'konformità mal-objettivi tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, sakemm taħt il-programm ma jintużax iżjed minn 10 % tas-sehem tal-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIb.

8.  
Kwalunkwe att jew rakkomandazzjoni mill-BEI jew mill-kumitat tal-investimenti li jsiru skont il-paragrafi 6 u 7 għandhom isiru fil-ħin opportun u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. Tali atti u rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
9.  
L-Istati Membri benefiċjarji għandhom ikunu responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni fir-rigward tal-proġetti magħżula.
10.  

L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-investimenti ffinanzjati mill-Fond għall-Modernizzazzjoni. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jinkludi:

(a) 

informazzjoni dwar l-investimenti ffinanzjati għal kull Stat Membru benefiċjarju;

(b) 

valutazzjoni tal-valur miżjud f'termini ta' effiċjenza enerġetika jew modernizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, miksuba permezz tal-investiment.

▼M15

11.  
Il-kumitat tal-investiment għandu jirrapporta kull sena lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza bl-evalwazzjoni tal-investimenti, b'mod partikolari f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-kostijiet tat-tnaqqis. Sal-31 ta' Diċembru 2024, filwaqt li tqis is-sejbiet tal-kumitat tal-investiment, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-oqsma għall-proġetti msemmija fil-paragrafu 2 u l-bażi li fuqha l-kumitat tal-investiment jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Il-kumitat tal-investiment għandu jara li r-rappport annwali jiġi ppubblikat. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M9

12.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar regoli dettaljati dwar l-operat tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M13

Artikolu 10e

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

1.  
Bħala miżura straordinarja u ta’ darba, sal-31 ta’ Awwissu 2026, il-kwoti rkantati skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu rkantati sakemm l-ammont totali ta’ dħul miksub minn dan l-irkantar ikun laħaq l-EUR 20 biljun. Dak id-dħul għandu jsir disponibbli għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament u tal-Kunsill ( 24 ) u għandu jiġi implimentat f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.
2.  
B’deroga mill-Artikolu 10a(8), sal-31 ta’ Awwissu 2026, parti mill-kwoti msemmija f’dak il-paragrafu għandha tiġi rkantata biex tappoġġa l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3), il-punti (b) sa (f), tar-Regolament (UE) 2021/241, sakemm l-ammont ta’ dħul miksub minn tali rkant ikun laħaq it-EUR 12-il biljun.
3.  
Sal-31 ta’ Awwissu 2026, għadd ta’ kwoti mill-kwantità li kieku kienet tiġi rkantata mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-31 ta’ Diċembru 2030 mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2), il-punt (a), għandhom jiġu rkantati biex jappoġġaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 21c(3), il-punti (b) sa (f), tar-Regolament (UE) 2021/241 sakemm l-ammont ta’ dħul miksub minn tali rkant ikun laħaq it-EUR 8 biljun. Dawk il-kwoti għandhom, fil-prinċipju, jiġu rkantati f’volumi annwali indaqs matul il-perjodu rilevanti.
4.  
B’deroga mill-Artikolu 1(5a) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, sal-31 ta’ Diċembru 2030, 27 miljun kwota mhux allokati fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq mill-kwantità totali li altrimenti tiġi invalidata fuq dak il-perijodu għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-innovazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10a(8), l-ewwel subparagrafu, ta’ din id-Direttiva.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti rkantati skont il-paragrafi 2 u 3, inkluż, fejn xieraq, għall-pagamenti ta’ prefinanzjament, f’konformità mal-Artikolu 21d tar-Regolament (UE) 2021/241, jiġu rkantati f’konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva u f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 ( 25 ) biex jiġi żgurat ammont adegwat ta’ riżorsi tal-fond għall-innovazzjoni fil-perijodu mill-2023 sal-2026. Il-perjodu għall-irkantar imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jiġi rivedut sena wara l-bidu tiegħu fid-dawl tal-impatt tal-irkantar previst f’dan l-Artikolu fuq is-suq u l-prezz tal-karbonju.
6.  
Il-BEI għandu jkun l-irkantatur għall-kwoti li jridu jiġu rkantati skont dan l-Artikolu fuq il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 u għandu jipprovdi d-dħul iġġenerat mill-irkantar lill-Kummissjoni.
7.  
Id-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ( 26 ).

▼M15

Artikolu 10f

Il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti"

Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri benefiċjarji u l-Kummissjoni għandhom jużaw id-dħul ġenerat mill-irkantar tal-kwoti destinati għall-Fond għall-Innovazzjoni skont l-Artikolu 10a(8) ta’ din id-Direttiva, u tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tielet u r-raba' subparagrafi, ta’ din id-Direttiva, f'konformità mal-kriterji "la tagħmilx ħsara sinifikanti" stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, meta jintuża tali dħul għal attività ekonomika li għaliha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta' skrinjar tekniku skont l-Artikolu 10(3), il-punt (b), ta' dak ir-Regolament biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali rilevanti.

▼M4

Artikolu 11

Miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni

1.  
Sat-30 ta’ Settembru 2011, kull Stat Membru għandu jippubblika u jippreżenta lill-Kummissjoni lista ta’ istallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva fit-territorju tagħha u kull allokazzjoni gratis għal kull istallazzjoni fit-territorju tagħha kkalkolata konformement mar-regoli kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) u fl-Artikolu 10c.

▼M9

Sat-30 ta' Settembru 2019, għandha tiġi sottomessa lista ta' installazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva għall-ħames snin li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021, u listi għal kull perjodu sussegwenti ta' ħames snin sussegwenti għandhom ikunu sottomessi kull ħames snin minn hemm 'il quddiem. Kull lista għandha tinkludi informazzjoni dwar l-attività ta' produzzjoni, it-trasferimenti tas-sħana u l-gassijiet, il-produzzjoni tal-elettriku u l-emissjonijiet fil-livell ta' subinstallazzjoni tul il-ħames snin kalendarji li jippreċedu s-sottomissjoni tagħha. L-allokazzjonijiet bla ħlas għandhom jingħataw biss lil installazzjonijiet fejn tiġi pprovduta tali informazzjoni.

▼M4

2.  
Sat- ►M15  30 ta' Ġunju ◄ ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu l-kwantità tal-kwoti li għandhom jiġu distribwiti għal dik is-sena, ikkalkolata taħt l-Artikoli 10, 10a u 10c.
3.  
L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu kwoti gratis taħt il-paragrafu 2 lil istallazzjonijiet li ġew miċħuda mill-Kummissjoni milli jinkitbu fil-lista msemmija fil-paragrafu 1.



▼M2

KAPITOLU IV

▼M15

Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-Installazzjonijiet tal-Avjazzjoni, tat-Trasport Marittimu u dawk Stazzjonarji

▼M4

Artikolu 11a

L-użu tas-CERs u l-ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti ►M9  fl-EU ETS ◄ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

▼M14

1.  

Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew li jkunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru, għandhom ikunu jistgħu jużaw l-unitajiet li ġejjin biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta’ kanċellament ta’ unitajiet fir-rigward tal-kwantità nnotifikata skont l-Artikolu 12(6) kif stabbilit fl-Artikolu 12(9):

(a) 

krediti awtorizzati mill-partijiet li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu stabbilit skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim ta’ Pariġi;

(b) 

krediti awtorizzati mill-partijiet li jipparteċipaw fi programmi ta’ kreditu li jkunu ġew ikkunsidrati eliġibbli mill-Kunsill tal-ICAO kif identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 8;

(c) 

krediti awtorizzati minn partijiet għal ftehimiet skont il-paragrafu 5;

(d) 

krediti maħruġa fir-rigward ta’ proġetti fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 24a.

2.  

L-unitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), jistgħu jintużaw jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

joriġinaw minn Stat li huwa Parti għall-Ftehim ta’ Pariġi fil-ħin tal-użu;

(b) 

joriġinaw minn Stat li huwa elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) bħala li qed jipparteċipa fl-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali tal-ICAO (CORSIA). Din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati qabel l-2027, u lanqas ma għandha tapplika fir-rigward tal-pajjiżi l-inqas żviluppati u tal-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, kif definiti min-Nazzjonijiet Uniti, ħlief għal dawk l-Istati li l-PDG per capita tagħhom huwa daqs jew jaqbeż il-medja tal-Unjoni.

3.  
L-unitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), jistgħu jintużaw jekk ikun hemm arranġamenti stabbiliti għall-awtorizzazzjoni mill-partijiet parteċipanti, isiru aġġustamenti f’waqthom għar-rapportar tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u tal-assorbimenti minn bjar koperti mill-kontributi determinati fil-livell nazzjonali tal-partijiet parteċipanti, u l-għadd doppju u ż-żieda netta fl-emissjonijiet globali jiġu evitati.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti dettaljati għall-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li jistgħu jinkludu rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ reġistru, u għall-elenkar tal-Istati jew tal-programmi li japplikaw dawk l-arranġamenti. Dawk l-arranġamenti għandhom iqisu l-flessibbiltajiet mogħtija lill-pajjiżi l-inqas żviluppati u lill-Istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M14 —————

▼M4

5.  
Safejn ma jkunux intużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8 u fil-każ li ma jkunu konklużi n-negozjati dwar ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima sal-31 ta’ Diċembru 2009, krediti minn proġetti jew minn attivitajiet oħra ta’ tnaqqis li jispeċifikaw livelli ta’ użu jistgħu jintużaw ►M9  fl-EU ETS ◄ konformement mal- istrumenti ta’ ftehim konklużi ma’ pajjiż terzi. Konformement ma’ strumenti ta’ ftehim bħal dawn, operaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw krediti minn atttivitajiet ta’ proġetti f’dawk il-pajjiżi terzi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom konformement ►M9  mal-EU ETS ◄ .
6.  
Kull ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jipprovdi għall-użu ta’ krediti ►M9  fl-EU ETS ◄ minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu ►M9  fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, inkluż dwar teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ effiċjenza fl-enerġija li jippromwovu trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp sostenibbli. Kwalunkwe ftehim bħal dan jista’ wkoll jipprovdi għall-użu ta’ krediti minn proġetti fejn il-linja tal-bażi użata hija taħt il-livell ta’ allokazzjoni gratis konformement mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10a jew meħtieġa taħt il-livelli meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ►M9  tal-Unjoni. ◄
7.  
Ladarba jkun intlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, huma biss il-krediti minn proġetti ta’ pajjiżi terzi li kienu ratifikaw dak il-ftehim li għandhom jiġu aċċettati ►M9  fl-EU ETS ◄ sa mill-1 ta’ Jannar 2013.

▼M9 —————

▼M14

8.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw l-unitajiet li ġew ikkunsidrati eliġibbli mill-Kunsill tal-ICAO u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll l-atti ta’ implimentazzjoni biex taġġorna dik il-lista, kif xieraq. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M1

Artikolu 11b

L-attivitajiet tal-proġett

1.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li l-linji bażi għall-attivitajiet tal-proġetti, kif definiti minn deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħt il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto li jkunu saru f’pajjiżi li iffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni ma’ l-Unjoni jkunu kompletament konformi ma’ l-acquis communautaire, inklużi d-derogi temporanji stabbiliti f’dak it-Trattat ta’ Adeżjoni.

▼M4

►M9  L-Unjoni ◄ u l-Istati Membri tagħha għandhom jawtorizzaw biss attivitajiet ta’ proġetti fejn il-parteċipanti kollha ta’ proġetti jkollhom il-kwartieri tagħhom jew f’pajjiż li kkonkluda l-ftehim internazzjonali relatat ma’ proġetti bħal dawn jew f’pajjiż jew entità subfederali jew reġjonali marbutin ►M9  mal-EU ETS ◄ taħt l-Artikolu 25.

▼M1

2.  
Ħlief kif previst fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri li jospitaw ►M2  attivitajiet ◄ ta’ proġetti għandhom jiżguraw li ma jinħarġu ebda ERUs jew CERs għal tnaqqis jew limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ gass serra minn stallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva.
3.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet ta’ proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw direttament l-emissjonijiet ta’ installazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu kkanċellati mill-operatur ta’ dik l-istallazzjoni.
4.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet dwar proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw indirettament il-livell ta’ l-emissjoni ta’ stallazzjonjiet fil- kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu ikkanċellati mir-reġistru nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-ERUs jew tal-CERs.
5.  
Stat Membru li jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw f'attivitajiet ta’ proġetti għandu jibqa’ responsabbli għat-twettiq ta’ l-obbligi tiegħu taħt il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto u għandu jiżgura li tali parteċipazzjoni tkun konsistenti mal-linji gwida, modalitajiet u proċeduri adottati rilevanti skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
6.  
Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ proġetti ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni li taqbeż l-20 MW, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta japprovaw tali attivitajiet ta’ proġetti, li l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali rilevanti, inklużi dawk li hemm fir-Rapport ta' Novembru tas-sena 2000 mill-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, “Digi u Żvilupp-Qafas ġdid għat-Teħid ta’ Deċiżjonijiet” fir-Rapport Finali ta’ Novembru tas-sena 2000 tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, ikunu rrispettati matul l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet ta’ proġetti.

▼M9 —————

▼B

Artikolu 12

It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti bejn:

(a) 

persuni ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ ;

(b) 

persuni ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ u persuni f’pajjiżi terzi, meta dawn il-kwoti jiġu konoxxuti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25 mingħajr restrizzjonijiet oħra għajr li jkunu jinsabu, jew jiġu adottati skond din id-Direttiva.

▼M4

1a.  
Il-Kummisjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tistudja jekk is-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet hux protett biżżejjed mill-“insider dealing” jew mill-manipulazzjoni tas-suq u jekk ikun xieraq, jippreżentaw proposti biex jiżguraw tali protezzjoni. Id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 tal-Jannar 2003 dwar “insider dealing” u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) ( 27 ) jistgħu jintużaw ma’ kwalunkwe aġġustament xieraq għall-applikazzjoni tagħhom fin-negozju tal-kommoditajiet.

▼M15

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwoti maħruġa minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jiġu rikonoxxuti għall-fini tal-issodisfar tal-obbligi ta' operatur, ta' operatur tal-inġenji tal-ajru jew ta' kumpanija tat-tbaħħir skont il-paragrafu 3.

▼M15 —————

▼M15

3.  

L-Istati Membri, l-Istati Membri amministrattivi u l-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandhom jiżguraw li, sat-30 ta' Settembru ta' kull sena:

(a) 

l-operatur ta' kull installazzjoni jċedi għadd ta' kwoti li huwa ugwali għall-emissjonijiet totali minn dik l-installazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikat f'konformità mal-Artikolu 15;

(b) 

kull operatur tal-inġenji tal-ajru jċedi għadd ta' kwoti li huwa ugwali għall-emissjonijiet totali tiegħu matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikat f'konformità mal-Artikolu 15;

(c) 

kull kumpanija tat-tbaħħir iċċedi għadd ta' kwoti li huwa ugwali għall-emissjonijiet totali tagħha matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikat f'konformità mal-Artikolu 3ge.

L-Istati Membri, l-Istati Membri amministrattivi u l-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandhom jiżguraw li l-kwoti ċeduti f'konformità mal-ewwel subparagrafu jiġu sussegwentement ikkanċellati.

▼M15

3-e.  
B'deroga mill-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-kumpaniji tat-tbaħħir jistgħu jċedu 5 % inqas kwoti mill-emissjonijiet ivverifikati tagħhom rilaxxati sal-31 ta' Diċembru 2030 minn bastimenti tal-kategorija tas-silġ, dment li tali bastimenti jkollhom il-klassi tas-silġ IA jew IA Super jew klassi tas-silġ ekwivalenti, stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni 25/7 tal-HELCOM.

Meta jiġu ċeduti inqas kwoti meta mqabbla mal-emissjonijiet ivverifikati, ladarba tkun ġiet stabbilita d-differenza bejn l-emissjonijiet ivverifikati u l-kwoti ċeduti fir-rigward ta' kull sena, ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għal dik id-differenza għandu jiġi kkanċellat aktar milli rkantat skont l-Artikolu 10.

3-d.  
B'deroga mill-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 16, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, għandha tiddisponi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li r-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet huma ssodisfati u li ma għandhom jieħdu ebda azzjoni kontra kumpaniji tat-tbaħħir fir-rigward tal-emissjonijiet li jiġu rilaxxati sal-31 ta' Diċembru 2030 minn vjaġġi mwettqa minn bastimenti tal-passiġġieri, għajr bastimenti tal-kruċieri, u minn bastimenti ro-ro tal-passiġġieri, bejn port ta' gżira taħt il-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat Membru rikjedenti, mingħajr konnessjoni bit-triq jew bil-ferrovija mal-kontinent u b’ popolazzjoni ta' inqas minn 200 000 resident permanenti skont l-aħjar data l-aktar riċenti disponibbli fl-2022, u port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' dak l-istess Stat Membru, u mill-attivitajiet, f’port, ta’ tali bastimenti fir-rigward ta' tali vjaġġi..

Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-gżejjer imsemmija fl-ewwel subparagrafu u l-portijiet ikkonċernati u żżomm dik il-lista aġġornata.

3-c.  
B'deroga mill-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 16, il-Kummissjoni, fuq talba konġunta ta' żewġ Stati Membri, li wieħed minnhom ma għandux fruntiera fuq l-art ma' Stat Membru ieħor u l-Istat Membru l-ieħor ikun l-Istat Membru ġeografikament l-iktar qrib tal-Istat Membru mingħajr tali fruntiera fuq l-art, għandha tiddisponi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li r-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet huma ssodisfati u li ma għandhom jieħdu ebda azzjoni kontra kumpaniji tat-tbaħħir fir-rigward tal-emissjonijiet li jiġu rilaxxati sal-31 ta' Diċembru 2030 minn vjaġġi mwettqa minn bastimenti tal-passiġġieri jew bastimenti ro-ro tal-passiġġieri fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku tranżnazzjonali jew obbligu ta' servizz pubbliku tranżnazzjonali, stabbilit fit-talba konġunta, li jgħaqqdu ż-żewġ Stati Membri, u mill-attivitajiet, f'port, minn talibastimenti fir-rigward ta' tali vjaġġi.
3-b.  
Ma għandux jinħoloq obbligu ta' ċediment tal-kwoti fir-rigward ta' emissjonijiet li jiġu rilaxxati sal-31 ta' Diċembru 2030 minn vjaġġi bejn port li jinsab f'reġjun ultraperiferiku ta' Stat Membru u port li jinsab fl-istess Stat Membru, inklużi vjaġġi bejn portijiet f’reġjun ultraperiferiku u vjaġġ bejn portijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru, u mill-attivitajiet, f’port, minn tali bastimenti fir-rigward ta' tali vjaġġi.

▼M15

3-a.  
Fejn meħtieġ, u sakemm ikun meħtieġ, sabiex tiġi mħarsa l-integrità ambjentali tal-EU ETS, l-operaturi, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, u l-kumpaniji tat-tbaħħir fl-EU ETS għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw il-kwoti li jinħarġu minn Stat Membru li fir-rigward tagħhom hemm obbligi li jiskadu għall-operaturi, għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u għall-kumpaniji tat-tbaħħir. L-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(3) għandhom jinkludu l-miżuri meħtieġa fil-każijiet imsemmija f'dan il-paragrafu.

▼M4

3a.  
M’għandux jinħoloq obbligu biex wieħed iċedi l-kwoti rigward emissjonijiet verifikati bħala emissjonijiet maqbuda u trasportati għal ħażna permanenti lejn faċilità li għaliha jkun hemm permess fis-seħħ taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ April 2009 dwar il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju ( 28 ).

▼M15

3b.  
Ma għandux jinħoloq obbligu ta' ċediment tal-kwoti fir-rigward tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jitqiesu li jkunu nqabdu u ntużaw b’tali mod li ikunu saru kimikament marbuta b'mod permanenti fi prodott hekk li f'kundizzjonijiet ta' użu normali ma jidħlux fl-atmosfera, inkluża kwalunkwe attività normali li sseħħ wara t-tmiem tal-ħajja tal-prodott.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplementa din id-Direttiva dwar ir-rekwiżiti biex tikkunsidra li l-gassijiet serra jkunu saru kimikament marbuta b'mod permanenti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

▼M15

4.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-kwoti huma kkanċellati fi kwalunkwe waqt fuq talba tal-persuna li jkunu fil-pussess tagħha. F'każ tal-għeluq tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tagħhom minħabba miżuri nazzjonali addizzjonali, l-Istati Membri jistgħu jikkanċellaw kwoti, u huma mħeġġa ferm jagħmlu dan, mill-kwantità totali ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minnhom imsemmija fl-Artikolu 10(2) sa ammont li jikkorrispondi għall-medja tal-emissjonijiet verifikati tal-installazzjoni kkonċernata matul perjodu ta' ħames snin qabel l-għeluq. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar tali kanċellazzjoni ppjanata, jew dwar ir-raġunijiet għal nuqqas ta' kanċellazzjoni, f'konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4).

▼M4

5.  
Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10c.

▼M14

6.  
F’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ kumpens kull sena għas-sena kalendarja preċedenti fir-rigward ta’ titjiriet lejn, minn u bejn Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3), u fir-rigward ta’ titjiriet bejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit u Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3), u sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena jinfurmaw lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru.

F’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ukoll ir-rekwiżiti ta’ kumpens finali totali għal perjodu partikolari ta’ konformità mal-CORSIA u, sat-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara l-aħħar sena tal-perjodu rilevanti ta’ konformità mal-CORSIA, jinfurmaw lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ta’ dawk ir-rekwiżiti.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin dwar il-livell ta’ kumpens:

(a) 

l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew ikunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru; u

(b) 

jipproduċu emissjonijiet annwali tas-CO2 ta’ aktar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta’ ajruplani b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ aktar minn 5 700  kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I, għajr dawk li jitilqu u li jaslu fl-istess Stat Membru, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru, mill-1 ta’ Jannar 2021.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tipi ta’ titjiriet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu:

(i) 

titjiriet Statali;

(ii) 

titjiriet umanitarji;

(iii) 

titjiriet mediċi;

(iv) 

titjiriet militari;

(v) 

titjiriet tat-tifi tan-nar;

(vi) 

titjiriet li jsiru qabel jew wara titjira umanitarja, medika jew tat-tifi tan-nar, dment li tali titjiriet ikunu twettqu bl-istess inġenju tal-ajru u kienu meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet umanitarji, mediċi jew tat-tifi tan-nar relatati jew biex l-inġenju tal-ajru jiġi ppożizzjonat mill-ġdid wara dawk l-attivitajiet għall-attività li jmiss tiegħu.

▼M12

7.  
Fl-istennija ta’ att leġiżlattiv li jemenda din id-Direttiva fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha tal-Unjoni u li jimplimenta b’mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq, u fil-każ li l-perjodu għat-traspożizzjoni ta’ tali att leġiżlattiv ma jkunx skada sat-30 ta’ Novembru 2023, u l-Fattur ta’ Tkabbir tas-Settur (SGF) għall-emissjonijiet tal-2022, li għandu jiġi ppubblikat mill-ICAO, ikun żero, l-Istati Membri għandhom, sat-30 ta’ Novembru 2023, jinnotifikaw lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li, fir-rigward tas-sena 2022, ir-rekwiżiti ta’ kumpens tagħhom skont it-tifsira tal-paragrafu 3.2.1 tal-CORSIA SARPs tal-ICAO jammontaw għal żero.

▼M14

8.  
Il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kumpens imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għall-finijiet tal-CORSIA għandu jsir f’konformità ma’ metodoloġija li għandha tiġi speċifikata mill-Kummissjoni fir-rigward tat-titjiriet lejn Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3), kif ukoll minn u bejn tali pajjiżi, u tat-titjiriet bejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit u Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3).

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kumpens għall-operaturi ta’ inġenju tal-ajru msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom b’mod partikolari jagħtu dettalji ulterjuri dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti li ġejjin mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 3c, 11a, 12 u 25a, u, sa fejn ikun possibbli fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, mill-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati Internazzjonali dwar il-Ħarsien Ambjentali għall-CORSIA (CORSIA SARPs).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sat-30 ta’ Ġunju 2024.

9.  
L-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew li jkunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru, għandhom jikkanċellaw l-unitajiet imsemmija fl-Artikolu 11a biss fir-rigward tal-kwantità nnotifikata minn dak l-Istat Membru, f’konformità mal-paragrafu 6, fir-rigward tal-perjodu rilevanti ta’ konformità mal-CORSIA. Il-kanċellazzjoni għandha ssir sal-31 ta’ Jannar 2025 għall-emissjonijiet fil-perjodu mill-2021 sal-2023 u sal-31 ta’ Jannar 2028 għall-emissjonijiet fil-perjodu mill-2024 sal-2026.

▼M9

Artikolu 13

Validità tal-kwoti

Il-kwoti maħruġa mill-1 ta' Jannar 2013 'il quddiem għandhom ikunu validi għal perijodu indefinit. Il-kwoti maħruġa mill-1 ta' Jannar 2021 'il quddiem għandhom jinkludu indikazzjoni li turi f'liema perijodu ta' għaxar snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2021 inħarġu, u jkunu validi għall-emissjonijiet mill-ewwel sena ta' dak il-perijodu 'l quddiem.

▼M4

Artikolu 14

Monitoraġġ u rappurtar ta’ emissjonijiet

▼M9

1.  
►M15  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward l-arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u, meta jkun rilevanti, id-data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva, u l-effetti tal-emissjonijiet li mhumiex CO2 tal-avjazzjoni fuq rotot li għalihom l-emissjonijiet jiġu rrapportati fl-ambitu ta' din id-Direttiva, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rapportar stabbiliti fl-Anness IV ta' din id-Direttiva u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll il-potenzjal ta' tisħin globali ta' kull gass serra u jqisu l-għarfien xjentifiku aġġornat dwar l-effetti tal-emissjonijiet li mhumiex CO2 tal-avjazzjoni fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u l-effetti tagħhom, inklużi l-effetti tel-emissjonijiet li mhumiex CO2 tal-avjazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jipprovdu għall-applikazzjoni tal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont din id-Direttiva, sabiex tali bijomassa jkollha rata żero. Huma għandhom jispeċifikaw kif għandu jitqies il-ħżin tal-emissjonijiet minn taħlita ta' sorsi b'rata żero u sorsi mhux b'rata żero. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll kif għandhom jitqiesu l-emissjonijiet minn fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u fjuwils tal-karbonju riċiklati, filwaqt li jiżguraw li jitqiesu tali emissjonijiet u li jiġi evitat għadd doppju. ◄

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M4

2.  

►M9  L-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-evidenza xjentifika l-aktar preċiża u aġġornata li tkun disponibbli, b’mod partikolari mill-IPCC, u jista’ ukoll jispeċifika rekwiżiti biex operaturi jirrapportaw dwar emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta’ oġġetti prodotti minn industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu jkunu suġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali. Dak ir-Regolament jista’ wkoll jispeċifika r-rekwiżit li, din l-informazzjoni tiġi verifkata indipendentement.

Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu r-rappurtar dwar livelli ta’ emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku koperta ►M9  bl-EU ETS ◄ assoċjata mal-produzzjoni ta’ tali oġġetti.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull operatur ta’ istallazzjoni jew ta’ ajruplan jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet minn din l-istallazzjoni matul kull sena kalendarja jew, mill-1 ta’ Jannar 2010, l-ajruplan li hu jopera, lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ din is-sena konformement ►M9  mal-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1.
4.  
►M9  L-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jinkludi rekwiżiti dwar l-użu ta’ sistemi awtomatizzati u forom ta’ skambju ta’ data għall-armonizzazzjoni tal-komunikazzjoni fil-pjan ta’ monitoraġġ, fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet u fl-attivitajiet ta’ verifika bejn l-operatur, min iwettaq il-verifika u l-awtoritajiet kompetenti.

▼M14

5.  
L-operaturi ta’ inġenju tal-ajru għandhom jirrapportaw darba fis-sena dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2 li jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2025. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Awwissu 2024 att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 sabiex tinkludi l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2 f’qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika. Dak il-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għandu jkun fih, bħala minimu, id-data disponibbli dwar it-trajettorja tridimensjonali tal-inġenju tal-ajru, u l-umdità u t-temperatura ambjentali biex ikun hemm ekwivalenti ta’ CO2 li jiġi prodott għal kull titjira. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, soġġett għar-riżorsi disponibbli, li jkun hemm għodod disponibbli biex jiffaċilitaw u, sa fejn possibbli jawtomatizzaw l-monitoraġġ, rapportar u verifika sabiex jimminimizzaw kwalunkwe piż amministrattiv.

Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul kull sena kalendarja, kull operatur ta’ inġenju tal-ajru jimmonitorja u jirrapporta l-effetti mhux derivati mis-CO2 minn kull inġenju tal-ajru li jopera lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ kull sena f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti fuq bażi annwali mill-2026, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10(5), rapport dwar ir-riżultati mill-applikazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Sal-31 ta’ Diċembru 2027, abbażi tar-riżultati mill-applikazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għall-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport u, fejn xieraq, u wara li l-ewwel tkun wettqet valutazzjoni tal-impatt, proposta leġiżlattiva biex timmitiga effetti tal-avjazzjoni li mhumiex CO2 billi tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS biex jinkludi l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2.

6.  

Il-Kummissjoni għandha tippubblika, mill-inqas, id-data aggregata annwali segwenti relatata mal-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-avjazzjoni rrapportata lill-Istati Membri jew trażmessa lill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 ( 29 ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 ( 30 ), sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza rispettiva tar-rapportar u b’mod li tkun tista’ tintuża faċilment:

(a) 

għal kull par ajrudromi fiż-ŻEE:

(i) 

l-emissjonijiet tas-CO2 mit-titjiriet kollha;

(ii) 

l-għadd totali ta’ titjiriet;

(iii) 

l-għadd totali ta’ passiġġieri;

(iv) 

it-tipi ta’ inġenju tal-ajru;

(b) 

għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru:

(i) 

data dwar l-emissjonijiet minn titjiriet fiż-ŻEE, minn titjiriet li jitilqu miż-ŻEE, titjiriet li jaslu fiż-ŻEE u titjiriet bejn żewġ pajjiżi terzi, imqassma skont il-pari ta’ Stati, u data dwar l-emissjonijiet soġġetti għall-obbligu li jiġu kkanċellati l-unitajiet tal-emissjonijiet eliġibbli skont il-CORSIA;

(ii) 

l-ammont ta’ rekwiżiti ta’ kumpens, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 12(8);

(iii) 

l-ammont u t-tip ta’ krediti skont l-Artikolu 11a użati għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ kumpens tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (ii) ta’ dan il-punt;

(iv) 

l-ammont u t-tip ta’ fjuwils użati li għandhom fattur ta’ emissjonijiet żero skont din id-Direttiva jew li jintitolaw lill-operatur ta’ inġenju tal-ajru jirċievi kwoti skont l-Artikolu 3c(6).

Għall-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, f’ċirkostanzi speċifiċi fejn -operatur ta’ inġenju tal-ajru jopera fuq għadd limitat ħafna ta’ pari ta’ ajrudromi jew fuq għadd limitat ħafna ta’ pari ta’ Stati li huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ kumpens jew fuq għadd limitat ħafna ta’ pari ta’ Stati li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti ta’ kumpens, dak l-operatur tal-inġenju tal-ajru jista’ jitlob lill-Istat Membru amministrattiv li ma jippubblikax tali data fil-livell tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru, u jispjega għaliex id-divulgazzjoni tkun titqies li tagħmel ħsara lill-interessi kummerċjali tiegħu. Abbażi ta’ dik it-talba, l-Istat Membru amministrattiv jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika dik id-data f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba.

▼M2

Artikolu 15

▼M4

Verifika u Akkreditament

▼M2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti ppreżentati mill-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) jiġu vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu, u li l-awtorità kompetenti tkun infurmata b’dan.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li r-rapport tiegħu ma jkunx ġie vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena ghall-emissjonijiet matul is-sena preċedenti ma jistax jagħmel trasferimenti ulterjuri ta’ kwoti sakemm ir-rapport ta’ dak l-operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti.

▼M9

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward il-verifika ta' rapporti dwar l-emissjonijiet ibbażati fuq il-prinċipji stipulati fl-Anness V, u għall-akkreditazzjoni u s-superviżjoni tal-verifikaturi. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll atti ta' implimentazzjoni għall-verifika tar-rapporti sottomessi minn operaturi tal-inġenji tal-ajru skont l-Artikolu 14(3) u l-applikazzjonijiet taħt l-Artikoli 3e u 3f, inklużi l-proċeduri ta' verifika li għandhom jintużaw mill-verifikaturi. Hija għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni, għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-entitajiet tal-akkreditazzjoni, kif ikun adatt.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M4

Artikolu 15a

L-iżvelar ta’ informazzjoni u s-sigriet professjonali

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u r-rapporti kollha relatati mal-kwantità u mal-allokazzjoni ta’ kwoti u mal-monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet jiġu żvelati immedjatament b’mod ordnat li jiżgura aċċess mingħajr diskriminazzjoni.

L-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali ma tistax tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu applikabbli.

▼B

Artikolu 16

Il-Penali

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravvenzjonijiet kontra d-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni ►M2  ————— ◄ u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom.

▼M15

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-operaturi, tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u tal-kumpaniji tat-tbaħħir li qegħdin jiksru r-rekwiżiti li jċedu biżżejjed kwoti skont din id-Direttiva.

▼M2

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li ma jċedux kwoti suffiċjenti sat- ►M15  30 ta' Settembru ◄ ta’ kull sena biex ikopri l-emissjonijet tiegħu ta’ matul is-sena preċedenti għandu jinżamm responsabbli għall-ħlas ta’ penali ta’ emissjonijiet żejda. Il-penali ta’ emissjonijiet żejda għandha tkun ta’ EUR 100 ghal kull tunellata ta’ dijossidu tal-karbonju ekwivalenti mitfugħa u li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali ta’ emissjonijiet żejda ma teħlisx lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti ekwivalenti ghal dawk l-emissjonijiet żejda meta dan ikun qed iċedi l-kwoti relattivi għas-sena ta’ wara.

▼M15

3a.  
Il-penali stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-kumpaniji tat-tbaħħir.

▼M4

4.  
Il-penali dwar l-emissjonijiet żejda relatati mal-kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom jiżdiedu konformement mal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur.

▼M2

5.  
Fil-każ li operatur tal-inġenji tal-ajru jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u fejn miżuri ta’ infurzar oħra ma żgurawx il-konformità, l-Istat Membru amministrattiv tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.
6.  

Kwalunkwe talba minn Stat Membru amministrattiv taħt il-paragrafu 5 għandha tinkludi:

(a) 

evidenza li l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma kkonformax mal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;

(b) 

dettalji tal-azzjoni ta’ infurzar li ttieħdet minn dak l-Istat Membru;

(ċ) 

ġustifikazzjoni għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell ►M9  ta' Unjoni ◄ ; u

(d) 

rakkomandazzjoni għall-ambitu ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell ►M9  ta' Unjoni ◄ u kwalunkwe kondizzjoni li għandha tiġi applikata.

7.  
Meta talbiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 huma indirizzati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) skond ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat.
8.  
L-adozzjoni ta’ deċiżjoniji wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5 għandha tiġi preċeduta, fejn xieraq u prattikabbli, minn konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat. Kull meta jkun possibbli, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.
9.  
Meta l-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra jekk tadottax deċiżjoni wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5, hija għandha tiżvela lill-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li jifformaw il-bażi għal tali deċiżjoni. L-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data ta’ żvelar.
10.  
Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, skond ►M9  il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ◄ , taddotta deċiżjoni li timponi projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.
11.  
Kull Stat Membru għandu jinforza, fit-territorju tiegħu, kwalunkwe deċiżjoni addottata skond il-paragrafu 10. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda għall-implimentazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet.

▼M15

11a.  
Fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir li tkun naqset milli tikkonforma mal-obbligi ta' ċediment għal żewġ perjodi ta' rapportar konsekuttivi jew aktar, u fejn miżuri ta' infurzar oħrajn ikunu naqsu milli jiżguraw il-konformità, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tad-dħul tista', wara li tagħti l-opportunità lill-kumpanija tat-tbaħħir ikkonċernata biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, toħroġ ordni ta' tkeċċija, li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat. Bħala riżultat tal-ħruġ ta' tali ordni ta' tkeċċija, kull Stat Membru, bl-eċċezzjoni tal-Istat Membru li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu, għandu jirrifjuta d-dħul tal-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija tat-tbaħħir ikkonċernata fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm il-kumpanija tat-tbaħħir tissodisfa l-obbligi ta' ċediment tagħha f'konformità mal-Artikolu 12. Meta l-bastiment itajjar il-bandiera ta' Stat Membru u jidħol jew jinstab f'wieħed mill-portijiet tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija tat-tbaġġir ikkonċernata biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, għandu jżomm il-bastiment sakemm il-kumpanija tat-tbaħħir tissodisfa l-obbligi ta’ ċediment tagħha.

Meta bastiment li jtajjar ta’ kumpanija ta’ tbaħħir kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tinstab f'wieħed mill-portijiet tal-Istat Membru li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija ta’ tbaħħir kkonċernata biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, jista' joħroġ ordni ta' detenzjoni tal-Istat tal-bandiera sakemm il-kumpanija tat-tbaħħir tissodisfa l-obbligi ta’ ċediment tagħha. Għandu jinforma lill-Kummissjoni, lill-EMSA u lill-Istati Membri l-oħra b'dan. Bħala riżultat tal-ħruġ ta' tali ordni ta' detenzjoni tal-Istat tal-bandiera, kull Stat Membru għandu jieħu l-istess miżuri bħal dawk li huma meħtieġa wara l-ħruġ ta’ ordni ta' tkeċċija f'konformità mal-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli marittimi internazzjonali applikabbli fil-każ ta' bastimenti f'diffikultà.

▼M9

12.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M1

Artikolu 17

L-aċċess għall-informazzjoni

Id-Deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ proġetti fejn Stat Membru jipparteċipa jew jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw, u r-rapporti dwar l-emissjonijiet meħtieġa fil-permess dwar l-emissjoni ta’ gass serra u li jinżamm mill-awtorità kompetenti, għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku skond id-Direttiva 2003/4/KE.

▼B

Artikolu 18

L-awtorità kompetenti

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi xieraq, inkluża n-nomina ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti xierqa, sabiex jimplimentaw ir-regoli ta’ din id-Direttiva. Meta jiġu nnominati awtorità kompetenti jew iktar, irid jiġi kkordinat ix-xogħol midħul għalih minn dawn l-awtoritajiet skond din id-Direttiva.

▼M1

L-Istati Membri għandhom b’mod partikulari jiżguraw li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-punt fokali tagħhom sabiex jiġu approvati attivitajiet ta’ proġetti skond l-Artikolu 6(1)(a) tal-Protokoll ta’ Kjoto u l-awtorità nazzjonali nominata tagħhom għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto rispettivament nominati skond deċiżjonijiet sussegwentement adottati taħt l-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.

▼M2

Artikolu 18a

Stat Membru Amministrattiv

1.  

L-Istat Membru amministrattiv fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun:

(a) 

fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru b’liċenzja operattiva valida maħruġa minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers ( 31 ), l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja operattiva fir-rigward ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u

(b) 

fil-każijiet kollha l-oħra, l-Istat Membru bl-akbar ammont ta’ emissjonijiet stmati u dovuti lill-avjazzjoni minn titjiriet mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru fis-sena ta’ bażi.

▼M14

2.  
Meta fl-ewwel sentejn ta’ kwalunkwe perjodu msemmi fl-Artikolu 13, l-ebda mill-emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni minn titjiriet imwettqin minn operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqa’ fl-ambitu tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma huma attribwiti lill-Istat Membru amministrattiv tiegħu, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi trasferit lejn Stat Membru amministrattiv ieħor fir-rigward tal-perjodu li jmiss. L-Istat Membru amministrattiv il-ġdid għandu jkun l-Istat Membru bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati minn titjiriet imwettqin minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul l-ewwel sentejn tal-perjodu ta’ qabel.

▼M2

3.  

Abbażi tal-aqwa informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha:

(a) 

qabel l-1 ta’ Frar 2009, tippubblika lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2006 li tispeċifika l-Istat Membru amministrattiv għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru skond il-paragrafu 1; u

▼M14

(b) 

mill-2024, mill-inqas kull sentejn, taġġorna l-lista biex tinkludi l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li sussegwentement wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I; meta operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jkunx wettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I matul l-erba’ snin kalendarji konsekuttivi ta’ qabel l-aġġornament tal-lista, dak l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma għandux jiġi inkluż fil-lista.

▼M2

4.  
Il-Kummisjoni tista’, b’konformità ►M9  mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ◄ , tiżviluppa linji gwida marbuta mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt din id-Direttiva mill-Istati Membri amministrattivi.
5.  
Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, “sena ta’ bażi” tfisser, fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li beda jopera ►M9  fl-Unjoni ◄ wara l-1 ta’ Jannar 2006, l-ewwel sena kalendarja tal-operat, u fil-każijiet l-oħrajn kollha, is-sena kalendarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2006.

▼M15

Artikolu 18b

Assistenza mill-Kummissjoni, mill-ESMA u minn organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn

1.  
Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3c(4) u l-Artikoli 3g, 3gd, 3ge, 3gf, 3gg u 18a, il-Kummissjoni, l-Istat Membru amministrattiv u l-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir jistgħu jitolbu l-assistenza tal-EMSA jew ta' organizzazzjoni rilevanti oħra u jistgħu jikkonkludu, għal dak l-għan, kwalunkwe ftehim xieraq ma' dawk l-organizzazzjonijiet.
2.  
Il-Kummissjoni, assistita mill-EMSA, għandha tagħmel ħilitha biex tiżviluppa għodod u gwida xierqa biex tiffaċilita u tikkoordina l-attivitajiet ta' verifika u infurzar relatati mal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għat-trasport marittimu. Sa fejn ikun prattikabbli, tali gwida u għodod għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri u l-verifikaturi għal finijiet ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni u sabiex jiġi żgurat aħjar infurzar robust tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 19

L-Uffiċċji tar-Reġistrazzjonijiet

▼M4

1.  

Kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2012 ‘il quddiem għandhom jinżammu fir-reġistru ►M9  tal-Unjoni ◄ għall-eżekuzzjoni ta’ proċessi relatati mal-ġestjoni ta’ kontijiet ta’ depożitu miftuħa fl-Istat Membru u l-allokazzjoni, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni ta’ kwoti konformement ►M9  mal-atti ◄ tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jwettaq l-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet awtorizzati konformement mal-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kyoto.

▼B

2.  
Kull persuna jista’ jkollha kwoti. L-uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jkun fih kontijiet separati sabiex jirreġistra l-kwoti miżmuma minn kull wieħed mill-persuni li lilhom jew minn għandhom joħorġu jew jiġu ttrasferiti l-kwoti.

▼M9

3.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula r-rekwiżiti kollha meħtieġa dwar ir-Reġistru tal-Unjoni għall-perijodu ta' skambju li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 u perijodi sussegwenti fil-forma ta' bażijiet ta' data elettroniċi standardizzati li jkun fihom elementi komuni ta' data biex jiġu traċċati l-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni, kif applikabbli, tal-kwoti u biex jiġu previsti l-aċċess pubbliku u l-kunfidenzjalità, kif adatt. Dawk l-atti delegati għandhom ukoll jinkludu dispożizzjonijiet biex isiru effettivi regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti fi ftehimiet biex jiġu konnessi s-sistemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet.

▼M4

4.  
►M9  L-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 3 għandu jkollu l-modalitajiet adatti li jippermettu li l-uffiċċju għar-reġistrazzjonijiet ►M9  tal-Unjoni ◄ jeffettwa tranżazzjonijiet u operazzjonijiet oħra għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 25(1b). Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll proċess għall-bidla u l-immaniġġjar tal-inċidenti għar-reġistru ►M9  tal-Unjoni ◄ f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għandu jinkludi wkoll il-modalitajiet adegwati għar-Reġistru ►M9  tal-Unjoni ◄ sabiex jiġi żgurat li jkunu possibbli inizjattivi tal-Istati Membri relatati mat-titjib tal-effiċjenza, l-immaniġġjar tal-infiq amministrattiv u l-miżuri tal-kontroll tal-kwalità.

▼B

Artikolu 20

L-Amminstratur Ċentrali

1.  
Il-Kummissjoni għandha tinnomina Amministratur Ċentrali sabiex iżomm reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet li jirreġistra l-ħruġ, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti.
2.  
L-Amministratur Ċentrali għandu jikkonduċi kontroll awtomatizzat fuq kull waħda mit-transazzjonijiet fl-uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet permezz ta’ reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet sabiex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità fil-ħruġ, it-rasferiment u l-kanċellazzjoni tal-konċessonijiet.
3.  
Jekk l-irregolaritajiet jiġu identifikati permezz tal-kontroll awtomatizzat, l-Amministratur Ċentrali għandu jgħarraf lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri interessati li ma għandhomx jirreġistraw it-transazzjonijiet fil-kwistjoni jew kull transazzjoni oħra li jkollha x’taqsam mal-kwoti sakemm jiġu riżolti l-irregolaritajiet.

Artikolu 21

Ir-rappurtaġġ mill-Istati Membri

1.  
Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. ►M4  Dan ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijet, l-applikazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ, il-verifika u l-akkreditament u l-kwistjonijiet relatati mal-konformità ma’ din id-Direttiva u t-trattament fiskali tal-kwoti, jekk ikun hemm minnhom. ◄ L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2005. ►M9  Ir-rapport għandu jitfassal fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew ta' deskrizzjoni ġenerali li l-Kummissjoni tkun adottat fil-forma ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). ◄ Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-ewwel rapport.
2.  
Fuq il-bażi tar-rapporti riferiti fil-paragrafu 1, il-Kummisjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

▼M4

3.  
Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jirrigwarda l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet ta’ allokazzjoni, l-użu tal-ERUs u s-CERs ►M9  fl-EU ETS ◄ , il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet, il-monitoraġġ, ir-rappurtaġġ, il-verifika, l-akkreditament, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-konformità ma’ din id-Direttiva.

▼M9

4.  
Kull tliet snin, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu wkoll jagħti attenzjoni partikolari lill-miżuri ekwivalenti adottati għal installazzjonijiet żgħar esklużi mill-EU ETS. Il-kwistjoni ta' miżuri ekwivalenti adottati għal installazzjonijiet żgħar għandha titqies ukoll fl-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 3.

▼M1

Artikolu 21a

L-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ żvilupp ta' kapaċità

Skond il-UNFCCC, il-Protokoll ta’ Kjoto u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti adottata għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jappoġġaw attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi fejn l-ekonomija tkun fi transizzjoni sabiex jgħinuhom jagħmlu użu sħiħ tal-JI u tal-CDM b’mod ta’ appoġġ ma’ l-istrateġiji tagħhom ta’ żvilupp sostenibbli u sabiex jiffaċilitaw it-tqabbid ta’ entitajiet fl-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ proġett ta’ JI u CDM.

▼M9

Artikolu 22

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda, fejn meħtieġ, l-Annessi ma' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Annessi I, IIa u IIb, fid-dawl tar-rapporti previsti fl-Artikolu 21 u tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Annessi IV u V jistgħu jiġu emendati sabiex jittejbu l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet.

▼M9

Artikolu 22a

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 32 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 33 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M9

Artikolu 23

L-eżerċitar tad-delega

1.  
Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

▼M15

2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3c(6), l-Artikolu 3d(3), fl-Artikolu 10(4), fl-Artikolu 10a(1), (8) u (8a), fl-Artikolu 10b(5), fl-Artikolu 12(3b), fl-Artikolu 19(3), fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 24a(1), fl-Artikolu 25a(1), fl-Artikolu 28c u fl-Artikolu 30j(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mit-8 ta' April 2018.
3.  
Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3c(6), l-Artikolu 3d(3), fl-Artikolu 10(4), fl-Artikolu 10a(1), (8) u (8a), fl-Artikolu 10b(5), fl-Artikolu 12(3b), fl-Artikolu 19(3), fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 24a(1), fl-Artikolu 25a(1), fl-Artikolu 28c u fl-Artikolu 30j(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

▼M9

4.  
Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 34 ).
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M15

6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 3c(6), l-Artikolu 3d(3), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 10a(1), (8) jew (8a) l-Artikolu 10b(5), l-Artikolu 12(3b), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 22, l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 24a(1), l-Artikolu 25a(1), l-Artikolu 28c jew l-Artikolu 30j(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M4

Artikolu 24

Proċeduri għall-inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet addizzjonali u gassijiet

▼M9

1.  
Mill-2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, skont din id-Direttiva, għall-attivitajiet u għall-gassijiet serra li mhumiex elenkati fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha rilevanti, speċjalment l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-EU ETS u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' rappurtar li tkun ippjanata, dment li l-inklużjoni ta' tali attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni, f'konformità mal-atti delegati li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta f'konformità mal-Artikolu 23.

▼M4

2.  
Meta tiġi approvata l-inklużjoni ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali, il-Kummissjoni tista’ fl-istess waqt tawtorizza l-ħruġ ta’ kwoti addizzjonali u tawtorizza Stati Membri oħrajn biex jinkludu attivitajiet u gassijiet addizzjonali.
3.  

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru, jistgħu jiġu adottati ►M9  atti ◄ dwar il-monitoraġġ ta’, u r-rappurtar dwar, emissjonijiet li jikkonċernaw attivitajiet, istallazzjonijiet u gassijiet serra li ma humiex elenkati fi grupp wieħed fl-Anness I, jekk dak il-monitoraġġ u rappurtar jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti.

▼M9

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva għal dan il-għan.

▼M4

Artikolu 24a

Regoli armonizzati għal proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet

▼M9

1.  

Minbarra l-inklużjonijiet previsti fl-Artikolu 24, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-ħruġ ta' kwoti jew krediti fir-rigward ta' proġetti amministrati minn Stati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li ma jkunux koperti mill-EU ETS.

Tali miżuri għandhom ikunu konsistenti mal-atti adottati skont dak li qabel kien l-Artikolu 11b(7) kif kien fis-seħħ qabel it-8 ta' April 2018. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-proċedura li għandha tiġi segwita.

▼M4

Kwalunkwe miżura bħal din ma għandhiex tirriżulta fl-għadd doppju ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet u lanqas timpedixxi l-impenn ta’ miżuri ta’ politika oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux koperti ►M9  bl-EU ETS ◄ . Għandhom jiġu adottati miżuri biss meta l-inklużjoni ma tkunx possibbli taħt l-Artikolu 24, u r-reviżjoni li jmiss ►M9  tal-EU ETS ◄ għandha tikkunsidra tarmonizza l-kopertura ta’ dawk l-emissjonijiet madwar ►M9  l-Unjoni ◄ kollha.

▼M9 —————

▼M4

3.  

Stat Membru jista’ jirrifjuta li joħroġ kwoti jew krediti fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fuq it-territorju tiegħu stess.

Dawn il-proġetti għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-ftehim tal-Istat Membru fejn jitwettaq il-proġett.

▼B

Artikolu 25

Ir-rabtiet ma’ skemi oħra ta’ skambju ta’ emissjoni tal-gassijiet serra

1.  
Għandhom jiġu konklużi ftehimijiet mal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness B rigward il-Protokoll ta’ Kyoto li jkunu rratifikaw il-protokoll sabiex jipprovdu għall-għarfien tal-kwoti bejn ►M9  l-EU ETS ◄ u skemi oħra ta’ l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra skond ir-regoli dikjarati fit-Trattat.

▼M4

1a.  
Jistgħu jsiru strumenti ta’ ftehim għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti bejn ►M9  l-EU ETS ◄ u sistemi mandatorji kompatibbli ta’ skambju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż ieħor jew entità subfederali jew reġjonali.
1b.  
Jistgħu jsiru arranġamenti mhux vinkolanti ma’ pajjiżi terzi jew ma’ entitajiet subfederali jew reġjonali li jipprovdu għal koordinament amministrattiv u tekniku relatat ma’ kwoti ►M9  fl-EU ETS ◄ jew sistemi obbligatorji ta’ skambju ta’ emissjonijiet li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti.

▼M9 —————

▼M2

Artikolu 25a

Miżuri ta’ pajjiżi terzi biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima

1.  
►M9  Fejn pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż terz li jinżlu fl-Unjoni, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat ma' dak il-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22a(1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tipprovdi għall-aħjar interazzjoni bejn l-EU ETS u l-miżuri ta' dak il-pajjiż.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-Anness I ma' din id-Direttiva biex ikun previst li titjiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex tkun prevista kull emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I, ħlief b'rabta mal-kamp ta' applikazzjoni, li huma meħtieġa minn ftehim konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. ◄

Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill emendi oħra għal din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 300(1) tat-Trattat biex tiftaħ negozjati bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat.

▼M14

2.  
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom ikomplu jfittxu ftehimiet dwar miżuri globali biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni, allinjati mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119 u tal-Ftehim ta’ Pariġi. Fid-dawl ta’ tali ftehimiet, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk emendi għal din id-Direttiva kif tapplika għall-operaturi ta’ inġenju tal-ajru humiex meħtieġa.

▼M14

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-Istati għajr il-pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, b’linja bażi tal-2019 għall-2021 sal-2023 u linja bażi ta’ 85 % tal-emissjonijiet tal-2019 għal kull sena mill-2024. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
4.  
Fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati sal-31 ta’ Diċembru 2026 minn titjiriet lejn u minn Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru ma għandhomx ikunu meħtieġa jċedu l-kwoti skont l-Artikolu 12(3) fir-rigward ta’ dawk l-emissjonijiet.
5.  
Fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati sal-31 ta’ Diċembru 2026 minn titjiriet bejn iż-ŻEE u Stati li mhumiex elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għajr titjiriet lejn l-Iżvizzera u lejn ir-Renju Unit, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru ma għandhomx ikunu meħtieġa jċedu l-kwoti skont l-Artikolu 12(3) fir-rigward ta’ dawk l-emissjonijiet.
6.  
Fir-rigward tal-emissjonijiet minn titjiriet lejn il-pajjiżi l-inqas żviluppati u l-Istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw u minn tali pajjiżi u Stati kif definiti min-Nazzjonijiet Uniti, minbarra dawk elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u dawk l-Istati li l-PDG per capita tagħhom ikun daqs jew jaqbeż il-medja tal-Unjoni, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru ma għandhomx ikunu meħtieġa jċedu l-kwoti skont l-Artikolu 12(3) fir-rigward ta’ dawk l-emissjonijiet.
7.  
Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li hemm distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni, bħal distorsjoni kkawżata minn pajjiż terz li japplika l-CORSIA b’mod inqas strett fil-liġi domestika tiegħu jew li jonqos milli jinforza d-dispożizzjonijiet tal-CORSIA b’mod ugwali għall-operaturi kollha tal-inġenju tal-ajru, li hija ta’ detriment għall-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew li jkunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex teżenta lil dawk l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru mir-rekwiżiti ta’ kumpens kif stabbilit fl-Artikolu 12(9) fir-rigward tal-emissjonijiet minn titjiriet lejn u minn tali Stati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
8.  
Meta operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew ikunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru, joperaw titjiriet bejn żewġ Stati differenti elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, inklużi titjiriet li jseħħu bejn l-Iżvizzera, ir-Renju Unit u l-Istati elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u dawk l-Istati jippermettu lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru jużaw unitajiet oħrajn għajr dawk fil-lista adottata skont l-Artikolu 11a(8), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jippermettu lil dawk l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru jużaw tipi ta’ unitajiet addizzjonali għal dawk fuq il-lista jew li ma jkunux marbuta bil-kundizzjonijiet tal-Artikolu 11a(2) u (3) fir-rigward tal-emissjonijiet minn tali titjiriet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼B

Artikolu 26

L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/61/KE għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Meta l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-dinja minn stallazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinjia u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( 35 ) fejn tidħol attività mwettqa f’din l-istallazzjoni, il-permess ma għandux jinkludi valur tal-limitu ta’ l-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta’ dan il-gass għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġiż lokali sinifikanti.

Għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-emerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew emissjonijiet oħra li jitfgħu id-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit.

Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-permess kif appoprjat.

It-tliet sub-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għall-istallazzionijiet esklużi temporanjament mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni tal-gassijiet serra ġewa l-Komunità skond l-Artikolu 27 td-Direttiva 2003/87/KE.

▼M4

Artikolu 27

Esklużjoni ta’ istallazzjonijiet żgħar suġġetti għal miżuri ekwivalenti

1.  

Wara li jikkonsultaw lill-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, ►M9  mill-EU ETS ◄ , istallazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta’ anqas minn 25 000 tunnellata ekwivalenti ta’ dijossidju tal-karbonju u, meta jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, ikollhom kapaċità termika nominali ta’ anqas minn 35 MW, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f’kull waħda mit- 3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija f’punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-istallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ, qabel ma l-lista ta’ istallazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

(b) 

jikkonferma li hemm arranġamenti ta’ monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-istallazzjonijiet b’emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu anqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, taħt l-Artikolu 14;

(c) 

jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l- miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid ►M9  fl-EU ETS ◄ ;

(d) 

jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.

L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti.

2.  

Jekk, wara perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika għall-pubbliku biex jikkumenta, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien perjodu ieħor ta’ sitt xhur, l-esklużjoni għandha titqies bħala approvata.

Wara ċ-ċessjoni ta’ kwoti fir-rigward tal-perjodu li matulu l-istallazzjoni tkun imdaħħla ►M9  fl-EU ETS ◄ , l-istallazzjoni għandha tiġi eskluża u l-Istat Membru m’għandux joħroġ kwoti iżjed gratis għall-istallazzjoni taħt l-Artikolu 10a.

3.  

Meta istallazzjoni terġa’ tiddaħħal ►M9  fl-EU ETS ◄ taħt il-paragrafu 1(c), kwalunkwe kwoti maħruġa taħt l-Artikolu 10a għandhom jingħataw b’bidu fis-sena ta’ meta terġa tiddaħħal. Il-Kwoti maħruġa lil dawn l-istallazzjonijiet għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun se jiġi rkantat taħt l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun qiegħda l-istallazzjoni.

▼M9

Kwalunkwe tali installazzjoni għandha tibqa' fl-EU ETS għall-bqija tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 11(1) li matulu kienet iddaħħlet mill-ġdid fiha.

▼M4

4.  
Għall-istallazzjonijiet li ma kinux iddaħħlu ►M9  fl-EU ETS ◄ waqt il-perjodu mill-2008 sal-2012, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti simplifikati għall-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika, sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet fit-tliet snin li jiġu qabel in-notifika taħt il-paragrafu 1 punt (a).

▼M9

Artikolu 27a

L-esklużjoni fakultattiva ta' installazzjonijiet b'emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 tunnellata

1.  

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-EU ETS installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 tunnellata ta' ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, f'kull sena mit-tliet snin qabel in-notifika taħt il-punt (a), dment li l-Istat Membru kkonċernat:

(a) 

jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawk l-installazzjonijiet qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet skont l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata jew mhux aktar tard minn meta dik il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

(b) 

jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ simplifikati fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta' 2 500  tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja;

(c) 

jikkonferma li jekk kwalunkwe installazzjoni tkun is-sors ta' 2 500  tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja, l-installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS; u

(d) 

jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) disponibbli għall-pubbliku.

2.  
Meta installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe kwota allokata skont l-Artikolu 10a għandha tingħata b'effett mis-sena tad-dħul mill-ġdid. Il-kwoti allokati lil tali installazzjoni għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun ser jiġi rkantat skont l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-installazzjoni.
3.  
L-Istati Membri jistgħu wkoll jeskludu mill-EU ETS dawk l-unitajiet ta' riżerva jew ta' emerġenza li ma operawx iktar minn 300 siegħa fis-sena f'kull sena mit-tliet snin qabel in-notifika taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1, taħt l-istess kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

▼M4

Artikolu 28

Aġġustamenti applikabbli mal-approvazzjoni ►M9  mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima

1.  

Fi żmien tliet xhur wara li ►M9  l-Unjoni ◄ tiffirma ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li jwassal, sal-2020, għal livelli mandatorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqbżu l-20 % meta mqabbla mal-livelli fl-1990, kif rifless fl-impenn għal tnaqqis ta’ 30 % approvat mill-Kunsill Ewropej ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jevalwa, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:

(a) 

in-natura tal-miżuri miftiehma fil-qafas tan-negozjati internazzjonali kif ukoll l-impenji magħmula minn pajjiżi żviluppati oħra dwar tnaqqis tal-emissjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-UE u l-impenji magħmula minn pajjiżi bi żvilupp ekonomiku aktar avvanzat biex jikkontribwixxu b’mod xieraq abbażi tar-responsabilitajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom;

(b) 

l-implikazzjonijiet tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima u konsegwentement l-għażliet mitluba fil-livell ►M9  ta' Unjoni ◄ sabiex isir tqarrib għall-mira ta’ tnaqqis aktar ambizzjuża ta’ 30 % b’mod bilanċjat, trasparenti u ġust, waqt li jitqies ix-xogħol tal-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto;

(c) 

il-kompetittività tal-industriji ►M9  tal-Unjoni ◄ tal-manifattura fil-kuntest tar-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(d) 

l-impatt tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fuq setturi ekonomiċi ►M9  oħra tal-Unjoni ◄ ;

(e) 

l-impatt fuq il-qasam agrikolu ►M9  tal-Unjoni ◄ , inklużi r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(f) 

il-modalitajiet xierqa biex ikunu inklużi emissjonijiet u assorbimenti relatati ma’ użu tal-art, bdil fl-użu tal-art u forestrija ►M9  fl-Unjoni ◄ ;

(g) 

l-afforestazzjoni, il-forestazzjoni mill-ġdid, l-evitar tad-deforestazzjoni u tad- degradazzjoni tal-foresta f’pajjiżi terzi, f’każ li tiġi stabbilita xi sistema internazzjonali rikonoxxuta f’dan il-kuntest;

(h) 

il-ħtieġa li jiġu adottati aktar linji politiċi u miżuri ►M9  tal-Unjoni ◄ fid-dawl tal-impenji ►M9  tal-Unjoni ◄ u tal-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ gassijiet serra.

2.  

Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li temenda din id-Direttiva taħt il-paragrafu 1, bil-għan li d-Direttiva emendatorja tidħol fis-seħħ wara li l-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jiġi approvat ►M9  mill-Unjoni ◄ u fid-dawl tal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jrid jiġi implimentat taħt dak il-ftehim.

Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ effiċjenza ekonomika u ta’ effettività mill-att ta’ spejjeż, kif ukoll ta’ ekwità u ta’ solidarjetà fid-distribuzzjoni tal-impenji bejn l-Istati Membri.

3.  
Din il-proposta għandha tippermetti, jekk ikun il-każ, lill-operaturi li jużaw, addizzjonalment għall-krediti previsti f’din id-Direttiva, is-CERs, l-ERUs jew krediti oħra approvati minn pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.
4.  
Il-proposta għandha tinkludi wkoll, jekk ikun il-każ, kwalunkwe mizuri oħra meħtieġa biex jgħinu ħalli jintlaħaq it-tnaqqis obbligatorju konformement mal-paragrafu 1 b’mod trasparenti, bilanċjat u ġust u, partikolarment, miżuri ta’ implimentazzjoni li jipprovdu għall-użu ta’ tipi addizzjonali ta’ krediti ta’ proġetti minn operaturi ►M9  fl-EU ETS ◄ għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 11a jew l-użu minn operaturi bħal dawn jew mekkaniżmi oħra maħluqa konformement mal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, kif ikun meħtieġ mill-każ.
5.  
Għandha tinkludi il-miżuri tranżizzjonali u ta’ sospensjoni xierqa sa meta jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

▼M14

Artikolu 28a

Derogi applikabbli qabel l-implimentazzjoni obbligatorja tal-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq

1.  

B’deroga mill-Artikolu 12(3), l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom iqisu li r-rekwiżiti stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet ġew issodisfati u ma għandhom jieħdu ebda azzjoni kontra operaturi ta’ inġenju tal-ajru fir-rigward ta’:

(a) 

l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn ajrudromi li jinsabu fi Stati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni ta’ titjiriet lejn ajrudromi li jinsabu fir-Renju Unit jew l-Iżvizzera, f’kull sena kalendarja mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2026, soġġett għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 28b;

(b) 

l-emissjonijiet kollha minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f’reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 349 tat-TFUE u ajrudrom li jinsab f’reġjun ieħor taż-ŻEE f’kull sena kalendarja mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2023, soġġett għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 28b.

Għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14, l-emissjonijiet ivverifikati minn titjiriet għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru.

2.  
B’deroga mill-Artikolu 3d(3), il-kwantità ta’ kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2026 għandu jitnaqqas sabiex jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta’ emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni minn titjiriet li mhumiex soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3.  
B’deroga mill-Artikolu 3 g, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru ma għandhomx ikunu meħtieġa jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ li jistabbilixxu miżuri għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet fir-rigward ta’ titjiriet soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4.  
B’deroga mill-Artikoli 3 g, 12, 15 u 18a, meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jkollu total annwali ta’ emissjonijiet inqas minn 25 000 tunnellata ta’ CO2, jew meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jkollu total annwali ta’ emissjonijiet inqas minn 3 000 tunnellata ta’ CO2 minn titjiriet għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-emissjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu li huma emissjonijiet ivverifikati jekk jiġu ddeterminati bl-użu tal-għodda għall-emittenti żgħar approvata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 ( 36 ) u ppopolata mill-Eurocontrol b’data mill-faċilità ta’ appoġġ tagħha b’rabta mal- ETS. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri simplifikati għal operaturi ta’ inġenju tal-ajru mhux kummerċjali dment li tali proċeduri ma jipprovdux akkuratezza li tkun inqas minn dik ipprovduta mill-għodda għall-emittenti żgħar.
5.  
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika għall-pajjiżi li magħhom intlaħaq ftehim skont l-Artikolu 25 jew 25a, konformi biss mat-termini ta’ tali ftehim.

Artikolu 28b

Ir-rapportar u r-rieżami mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq

1.  

Qabel l-1 ta’ Jannar 2027 u kull tliet snin minn dik id-data ’l quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fin-negozjati tal-ICAO biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li trid tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) 

l-istrumenti rilevanti tal-ICAO, inklużi l-istandards u l-prattiki rakkomandati, kif ukoll il-progress fl-implimentazzjoni tal-elementi kollha tal-basket ta’ miżuri tal-ICAO lejn il-kisba tal-għan ta’ aspirazzjoni globali fit-tul adottat fil-41 Assemblea tal-ICAO;

(b) 

ir-rakkomandazzjonijiet approvati mill-Kunsill tal-ICAO rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq, inkluża kwalunkwe bidla li jista’ jkun hemm fil-linji bażi;

(c) 

l-istabbiliment ta’ reġistru globali;

(d) 

il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq li trid tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021;

(e) 

il-livell ta’ parteċipazzjoni fil-kumpens taħt il-CORSIA minn pajjiżi terzi, inklużi l-implikazzjonijiet tar-riżervi tagħhom fir-rigward ta’ tali parteċipazzjoni; u

(f) 

żviluppi internazzjonali rilevanti u strumenti applikabbli oħra, kif ukoll il-progress biex jitnaqqsu l-impatti totali tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima.

F’konformità mar-rendikont globali tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar l-isforzi biex jintlaħaq l-għan ta’ aspirazzjoni globali fit-tul tas-settur tal-avjazzjoni li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu għal żero netti sal-2050, ivvalutati f’konformità mal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (f).

2.  
Sal-1 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li fih għandha tivvaluta l-integrità ambjentali tal-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq, inklużi l-ambizzjoni ġenerali tagħha fir-rigward tal-miri skont il-Ftehim ta’ Pariġi, il-livell ta’ parteċipazzjoni fil-kumpens taħt il-CORSIA, l-infurzabbiltà tagħha, it-trasparenza, il-penali għan-nuqqas ta’ konformità, il-proċessi għall-input pubbliku, il-kwalità tal-krediti ta’ kumpens, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri, ir-responsabbiltà kif ukoll ir-regoli dwar l-użu tal-bijofjuwils. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dak ir-rapport ukoll sal-1 ta’ Lulju 2026.
3.  

Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, fejn xieraq, biex tiġi emendata din id-Direttiva, b’tali mod li jkunu konsistenti mal-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi rigward it-temperatura, l-impenn ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-ekonomija kollha tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv li tinkiseb newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u bl-għan li jiġu ppreservati l-effettività u l-integrità ambjentali tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni. Proposta ta’ akkumpanjament għandha, kif xieraq, tinkludi l-applikazzjoni tal-EU ETS għal titjiriet li jitilqu minn ajrudromi li jinsabu fi Stati fiż-ŻEE lejn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE minn Jannar 2027 u teskludi titjiriet li jaslu minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE fejn ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 juri li:

(a) 

l-Assemblea tal-ICAO sal-31 ta’ Diċembru 2025 ma saħħitx il-CORSIA f’konformità mal-kisba tal-għan ta’ aspirazzjoni globali fit-tul tagħha, lejn l-ilħuq tal-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi; jew

(b) 

l-Istati elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) jirrappreżentaw inqas minn 70 % tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali bl-użu tal-aktar data reċenti disponibbli.

Il-proposta ta’ akkumpanjanment għandha wkoll, kif xieraq, tippermetti l-possibbiltà li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jnaqqsu kwalunkwe kost imġarrab minn kumpens fl-ambitu tal-CORSIA fuq dawk ir-rotot, biex jiġi evitat li jkun hemm imposti doppji. Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu ma jiġux issodisfati, il-proposta għandha temenda din id-Direttiva, kif xieraq, biex tkompli tapplika l-EU ETS biss għal titjiriet fiż-ŻEE, għal titjiriet lejn l-Iżvizzera u lejn ir-Renju Unit u għal titjiriet lejn Stati mhux elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3).

▼M9

Artikolu 28c

Dispożizzjonijiet għal monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-fini tal-miżura globali bbażata fuq is-suq

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika adegwati tal-emissjonijiet biex tiġi implimentata l-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq fir-rotot kollha koperti minnha. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-istrumenti rilevanti adottati fl-ICAO, għandhom jevitaw kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkunu konsistenti mal-prinċipji fl-atti msemmija fl-Artikolu 14(1), u għandhom jiżguraw li r-rapporti dwar l-emissjonijiet li jitressqu jkunu verifikati skont il-prinċipji u l-kriterji ta' verifika stabbiliti fl-Artikolu 15.

▼M15

Artikolu 29

Rapport biex jiġi żgurat il-funzjonament aħjar tas-suq tal-karbonju

Jekk ir-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 10(5) u (6) ikun fihom evidenza li s-suq tal-karbonju mhuwiex jiffunzjona tajjeb, il-Kummissjoni, fi żmien perjodu ta' tliet xhur, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposti leġiżlattivi bl-għan li jiżdiedu t-trasparenza u l-integrità tas-suq tal-karbonju, inklużi s-swieq tad-derivattivi relatati, u li jiġu indirizzati l-miżuri korrettivi biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu kif ukoll biex jissaħħu l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' attivitajiet ta' abbuż tas-suq.

Artikolu 29a

Miżuri f'każ ta' fluttwazzjonijiet eċċessivi tal-prezzijiet

1.  
Jekk il-prezz medju tal-kwoti għas-sitt xhur kalendarji preċedenti jkun aktar minn 2,4 darbiet il-prezz medju tal-kwoti għall-perjodu ta' referenza tas-sentejn preċedenti, għandhom jiġu rilaxxati 75 miljun kwota mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f'konformità mal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.

Il-prezz tal-kwoti msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu, għall-kwoti koperti mill-Kapitoli II u III, ikun il-prezz tal-irkantijiet imwettqa f'konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4).

Il-perjodu ta' referenza tas-sentejn preċedenti msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-perjodu ta' sentejn li jintemm qabel l-ewwel xahar tal-perjodu ta' sitt xhur kalendarji msemmi f'dak is-subparagrafu.

Meta l-kundizzjoni fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tiġi ssodisfata u l-paragrafu 2 ma jkunx applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'dak ir-rigward f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data li fiha l-kundizzjoni ġiet issodisfata.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fl-ewwel tlett ijiem tax-xogħol ta' kull xahar il-prezz medju tal-kwoti għas-sitt xhur kalendarji preċedenti u l-prezz medju tal-kwoti għall-perjodu ta' referenza tas-sentejn preċedenti. Jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tiġix issodisfata, il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll il-livell li l-prezz medju tal-kwoti jkollu jilħaq fix-xahar ta' wara sabiex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni msemmija f'dak is-subparagrafu.

2.  
Meta l-kundizzjoni għar-rilaxx ta' kwoti mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont il-paragrafu 1 tkun ġiet issodisfata, il-kundizzjoni msemmija f'dak il-paragrafu ma għandhiex titqies li reġgħet ġiet issodisfata sa mill-inqas tnax-il xahar wara tmiem ir-rilaxx preċedenti.
3.  
L-arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(4).

▼M9

Artikolu 30

Reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-iżvilupp tas-swieq tal-karbonju f'ekonomiji ewlenin oħra

▼M15

1.  
Din id-Direttiva għandha tibqa' tiġi rieżaminata fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali u l-isforzi mwettqa biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi, u ta’ kwalunkwe impenn rilevanti li jirriżulta mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
2.  
Il-miżuri biex jiġu appoġġati ċerti industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu ikunu soġġetti għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju msemmija fl-Artikoli 10a u 10b ta' din id-Direttiva għandhom ukoll jinżammu taħt rieżami fid-dawl tal-miżuri ta' politika dwar it-tibdil fil-klima f'ekonomiji ewlenin oħra. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll jekk il-miżuri marbuta mal-kumpens ta' kostijiet indiretti għandhomx jiġu armonizzati aktar. Il-miżuri applikabbli għas-setturi tas-CBAM għandhom jinżammu taħt rieżami fid-dawl tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956. Qabel l-1 ta' Jannar 2028, u kull sentejn wara dik id-data, bħala parti mir-rapporti tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 30(6) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt tal-CBAM fuq ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, inkluż fir-rigward tal-esportazzjonijiet.

Ir-rapport għandu jivvaluta l-ħtieġa li jittieħdu miżuri addizzjonali, inkluż miżuri leġiżlattivi, biex jiġu indirizzati r-riskji ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-rapport, meta jkun xieraq, għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest ta' kull rendikont globali miftiehem fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni fid-dawl tat-tnaqqis meħtieġ ta' gassijiet serra mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inkluż fir-rigward tal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, tista' tagħmel proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex din id-Direttiva tiġi emendata, b'mod partikolari sabiex tkun żgurata l-konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u l-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament. Meta tagħmel il-proposti leġiżlattivi tagħha, il-Kummissjoni għandha, għal dak il-għan, tikkunsidra, fost oħrajn, l-baġit indikattiv proġettat tal-Unjoni għall-gassijiet serra għall-perjodu mill-2030 sal-2050 kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) ta' dak ir-Regolament.

▼M9

4.  
Qabel l-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta analiżi aġġornata tal-effetti, mhux derivati mis-CO2, tal-avjazzjoni, akkumpanjata, fejn adatt, minn proposta dwar kif jiġu indirizzati dawk l-effetti.

▼M15

5.  

Sal-31 ta' Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwistjonijiet li ġejjin, akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva u valutazzjoni tal-impatt:

(a) 

kif l-emissjonijiet negattivi li jirriżultaw mill-gassijiet serra li jitneħħew mill-atmosfera u jinħażnu b'mod sikur u permanenti jistgħu jitqiesu u kif dawk l-emissjonijiet negattivi jistgħu jiġu koperti bl-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, jekk ikun xieraq, inkluż kamp ta' applikazzjoni ċar u kriterji stretti għal tali kopertura, u salvagwardji biex jiġi żgurat li tali assorbimenti ma jikkumpensawx it-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet f'konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;

(b) 

il-fattibbiltà li, mill-2031, jitbaxxew il-limiti tal-input termiku nominali totali ta' 20 MW għall-attivitajiet fl-Anness I;

(c) 

jekk l-emissjonijiet kollha ta' gassijiet serra koperti minn din id-Direttiva humiex effettivament meqjusa, u jekk l-għadd doppju huwiex effettivament evitat; b'mod partikolari, għandha tivvaluta l-kontabbiltà tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jitqiesu li jkunu nqabdu u ntużaw fi prodott b'mod differenti minn dak imsemmi fl-Artikolu 12(3b).

6.  
Meta tirrieżamina din id-Direttiva, f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tanalizza kif jistgħu jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-EU ETS u swieq oħra tal-karbonju, mingħajr ma xxekkel il-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika u tal-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119.
7.  
Sal-31 ta' Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-inklużjoni tal-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali fl-EU ETS, inkluż bil-ħsieb tal-inklużjoni tagħhom mill-2028 u b'valutazzjoni tal-ħtieġa potenzjali ta' għażla ta' nonparteċipazzjoni għal Stat Membru sal-31 ta' Diċembru 2030. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tqis l-importanza li s-setturi kollha jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u d-devjazzjoni potenzjali tal-iskart lejn ir-rimi b’rimi f'landfill fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet tal-iskart lejn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni, barra minn hekk, għandha tqis kriterji rilevanti bħall-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali, l-allinjament mal-objettivi tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 37 ) u r-robustezza u l-eżattezza fir-rigward tal-monitoraġġ u l-kalkolu tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva, għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva biex id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu jiġu applikati għall-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-allokazzjoni u l-ħruġ ta' kwoti addizzjonali fir-rigward tal-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali, u biex jiġu evitati devjazzjoni potenzjali tal-iskart.

Fir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-possibbiltà li tinkludi proċessi oħra ta' mmaniġġjar tal-iskart fl-EU ETS, b'mod partikolari landfills li joħolqu emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż fl-Unjoni. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, tista' wkoll takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva biex tinkludi tali proċessi oħra ta' mmaniġġjar tal-iskart fl-EU ETS.

▼M14

8.  

Fl-2026, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin fir-rapport previst fl-Artikolu 10(5):

(a) 

evalwazzjoni tal-impatti ambjentali u klimatiċi tat-titjiriet ta’ inqas minn 1 000  km u l-kunsiderazzjoni tal-għażliet biex jitnaqqsu dawk l-impatti, inklużi eżami ta’ modi alternattivi ta’ trasport pubbliku disponibbli u ż-żieda fl-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli;

(b) 

evalwazzjoni tal-impatti ambjentali u klimatiċi tat-titjiriet imwettqa minn operaturi eżentati skont il-punti (h) jew (k) tal-entrata “L-avjazzjoni” tal-kolonna “Attività” fit-tabella tal-Anness I, u l-kunsiderazzjonijiet tal-għażliet biex jitnaqqsu dawk l-impatti;

(c) 

evalwazzjoni tal-impatti soċjali ta’ din id-Direttiva fis-settur tal-avjazzjoni, inkluż fuq il-forza tax-xogħol tiegħu u l-kostijiet tal-ivvjaġġar bl-ajru; u

(d) 

evalwazzjoni tal-konnettività bl-ajru tal-gżejjer u tat-territorji remoti, inkluża kunsiderazzjoni tal-kompetittività u tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll l-impatti ambjentali u klimatiċi.

Ir-rapport previst fl-Artikolu 10(5), fejn xieraq, għandu jitqies ukoll għar-reviżjoni futura ta’ din id-Direttiva.

▼M15



Kapitolu IVa

Sistema ta' Skambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet għas-Setturi tal-Bini, tat-Trasport bit-Triq u oħrajn addizzjonali

Artikolu 30a

Kamp ta' applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-emissjonijiet, għall-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra, għall-ħruġ u għaċ-ċediment ta' kwoti, għall-monitoraġġ, għar-rapportar u għall-verifika fir-rigward tal-attività msemmija fl-Anness III. Dan il-Kapitolu ma għandu japplika għall-ebda emissjoni koperta mill-Kapitoli II u III.

Artikolu 30b

Permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta' Jannar 2025, l-ebda entità regolata ma twettaq l-attività msemmija fl-Anness III, sakemm dik l-entità regolata ma jkollhiex permess maħruġ minn awtorità kompetenti f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
2.  

Applikazzjoni lill-awtorità kompetenti mill-entità regolata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont dan il-Kapitolu għandha tinkludi, mill-inqas, deskrizzjoni ta':

(a) 

l-entità regolata;

(b) 

it-tip ta' fjuwils li tirrilaxxa għall-konsum u li jintużaw għall-kombustjoni fis-setturi msemmija fl-Anness III u l-mezzi li permezz tagħhom tirrilaxxa dawk il-fjuwils għall-konsum;

(c) 

l-użu/ jew l-użi finali tal-fjuwils rilaxxati għall-konsum għall-attività msemmija fl-Anness III;

(d) 

il-miżuri ppjanati għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet, f'konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 14 u 30f;

(e) 

sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu.

3.  
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jagħti awtorizzazzjoni lill-entità regolata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-attività msemmija fl-Anness III, jekk tkun sodisfatta li l-entità hija kapaċi timmonitorja u tirrapporta l-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta' fjuwils rilaxxati għall-konsum skont l-Anness III.
4.  

Il-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandu jkun fihom, mill-inqas, dawn li ġejjin:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-entità regolata;

(b) 

deskrizzjoni tal-mezzi li bihom l-entità regolata tirrilaxxa l-fjuwils għall-konsum fis-setturi koperti minn dan il-Kapitolu;

(c) 

lista tal-fjuwils li l-entità regolata tirrilaxxa għall-konsum fis-setturi koperti minn dan il-Kapitolu;

(d) 

pjan ta' monitoraġġ li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;

(e) 

ir-rekwiżiti ta' rapportar stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;

(f) 

obbligu li jiġu ċeduti l-kwoti, maħruġa taħt dan il-Kapitolu, ugwali għall-emissjonijiet totali f'kull sena kalendarja, kif ivverifikati f'konformità mal-Artikolu 15, u sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 30e(2).

5.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet regolati jaġġornaw il-pjanijiet ta' monitoraġġ mingħajr ma jbiddlu l-permess. L-entitajiet regolati għandhom jissottomettu kwalunkwe pjan ta' monitoraġġ aġġornat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.
6.  
L-entità regolata għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla ppjanata fin-natura tal-attività tagħha jew fil-fjuwils li tirrilaxxa għall-konsum, li tista' tirrikjedi aġġornament tal-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess f'konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14. Meta jkun hemm bidla fl-identità tal-entità regolata koperta minn dan il-Kapitolu, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex ikun jinkludi l-isem u l-indirizz tal-entità regolata l-ġdida.

Artikolu 30c

Il-kwantità tal-kwoti fl-Unjoni kollha

1.  
Il-kwantità ta' kwoti maħruġa fl-Unjoni kollha skont dan il-Kapitolu kull sena mill-2027 għandha tibda tonqos b'mod lineari mill-2024. Il-valur tal-2024 għandu jiġi definit bħala l-limiti tal-emissjonijiet tal-2024, ikkalkolati abbażi tal-emissjonijiet ta' referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 38 ) għas-setturi koperti minn dan il-Kapitolu u bl-applikazzjoni tat-trajettorja lineari għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Il-kwantità għandha tonqos kull sena wara l-2024 b'fattur ta' tnaqqis lineari ta' 5,10 %. Sal-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għas-sena 2027.
2.  
Il-kwantità ta' kwoti maħruġa fl-Unjoni kollha skont dan il-Kapitolu kull sena mill-2028 għandha tonqos b'mod lineari mill-2025 abbażi tal-emissjonijiet medji rrapportati skont dan il-Kapitolu għas-snin mill-2024 sal-2026. Il-kwantità ta' kwoti għandha tonqos b'fattur ta' tnaqqis lineari ta' 5,38 %, ħlief jekk japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IIIa, f'liema każ il-kwantità għandha tonqos b'fattur ta' tnaqqis lineari aġġustat f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IIIa. Sat-30 ta' Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għall-2028 u, jekk ikun meħtieġ, il-fattur ta' tnaqqis lineari aġġustat.
3.  
Il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha maħruġa taħt dan il-Kapitolu għandha tiġi aġġustata għal kull sena mill-2028 biex tiġi kkumpensata l-kwantità ta' kwoti ċeduti f'każijiet li fihom ma kienx possibbli li jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet jew li fihom il-kwoti jkunu ġew ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu kif imsemmi fl-Artikolu 30f(5). L-aġġustament għandu jikkorrispondi għall-ammont totali ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu li ġew ikkumpensati fis-sena ta' rapportar rilevanti skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 30f(5), it-tieni subparagrafu.
4.  
Stat Membru li, skont l-Artikolu 30j, unilateralment estenda l-attività msemmija fl-Anness III għal setturi li mhumiex elenkati f’dak l-Anness għandu jiżgura li l-entitajiet regolati kkonċernati jippreżentaw, sat-30 ta' April tas-sena rilevanti, lill-awtorità kompetenti rilevanti, rapport debitament sostanzjat f'konformità mal-Artikolu 30f. Jekk id-data ppreżentata tkun debitament sostanzjata, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan sat-30 ta' Ġunju tas-sena rilevanti. Il-kwantità ta' kwoti li jridu jinħarġu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi aġġustata filwaqt li jitqies ir-rapport debitament sostanzjat ppreżentat mill-entitajiet regolati.

Artikolu 30d

L-irkantar ta' kwoti għall-attività msemmija fl-Anness III

1.  
Mill-2027, il-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rkantati, sakemm ma jitqegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Il-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rkantati separatament mill-kwoti koperti mill-Kapitoli II u III ta' din id-Direttiva.
2.  
L-irkantar tal-kwoti skont dan il-Kapitolu għandu jibda fl-2027 b'ammont li jikkorrispondi għal 130 % tal-volumi tal-irkant għall-2027 stabbiliti abbażi tal-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għal dik is-sena u l-ishma u l-volumi tal-irkant rispettivi skont il-paragrafi 3 sa 6 ta' dan l-Artikolu. It- 30 % addizzjonali li jridu jiġu rkantati għandhom jintużaw biss biex jiġu ċeduti l-kwoti skont l-Artikolu 30e(2) u jistgħu jiġu rkantati sal-31 ta' Mejju 2028. It-30 % addizzjonali għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkant għall-perjodu mill-2029 sal-2031. Il-kundizzjonijiet għall-irkantijiet previsti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 10(4).

Fl-2027, għandhom jinħolqu 600 miljun kwota koperti minn dan il-Kapitolu bħala parteċipazzjonijiet fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont l-Artikolu 1a(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.

3.  
Għandhom jiġu rkantati 150 miljun kwota maħruġa taħt dan il-Kapitolu u d-dħul kollu minn dawk l-irkanti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 sal-2032.
4.  
Mill-ammont ta' kwoti li jifdal u sabiex jiġi ġġenerat, flimkien mad-dħul mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 10a(8b) ta’ din id-Direttiva, ammont massimu ta' EUR 65 000 000 000 , il-Kummissjoni għandha tiżgura li ammont addizzjonali ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu jiġi rkantat u d-dħul ġenerat minn dawk l-irkanti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/955 sal-2032.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti destinati għall-Fond Soċjali għall-Klima msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u f'dan il-paragrafu jiġu rkantati f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet msemmija fl-Artikolu 10(4) u fl-atti delegati adottati skont dak l-Artikolu.

Id-dħul mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u f'dan il-paragrafu għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u għandu jiġi użat f'konformità mar-regoli applikabbli għall-Fond Soċjali għall-Klima.

L-ammont annwali allokat għall-Fond Soċjali għall-Klima f'konformità mal-Artikolu 10a(8b), il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż:

(a) 

għall-2026, EUR 4 000 000 000 ;

(b) 

għall-2027, EUR 10 900 000 000 ;

(c) 

għall-2028, EUR 10 500 000 000 ;

(d) 

għall-2029, EUR 10 300 000 000 ;

(e) 

għall-2030, EUR 10 100 000 000 ;

(f) 

għall-2031, EUR 9 800 000 000 ;

(g) 

għall-2032, EUR 9 400 000 000 .

Meta s-sistema ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita f'konformità ma' dan il-Kapitolu tiġi posposta sal-2028 skont l-Artikolu 30k, l-ammont massimu li jrid jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun ta' EUR 54 600 000 000 . F'tali każ, l-ammonti annwali allokati għall-Fond Soċjali għall-Klima ma għandhomx jaqbżu kumulattivament għas-snin 2026 u 2027, EUR 4 000 000 000 , u għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2032, l-ammont annwali rilevanti ma għandux jaqbeż:

(a) 

għall-2028, EUR 11 400 000 000 ;

(b) 

għall-2029, EUR 10 300 000 000 ;

(c) 

għall-2030, EUR 10 100 000 000 ;

(d) 

għall-2031, EUR 9 800 000 000 ;

(e) 

għall-2032, EUR 9 000 000 000 .

Meta d-dħul iġġenerat mill-irkantar imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jiġi stabbilit bħala riżorsa proprja f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE, l-Artikolu 10(8b) ta' din id-Direttiva, il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw.

5.  
Il-kwantità totali tal-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu wara li jitnaqqsu l-kwantitajiet stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri u distribwiti bejniethom f'ishma li jkunu identiċi għas-sehem tal-emissjonijiet ta' referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 għall-kategoriji ta' sorsi ta' emissjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu, il-punti (b), (c) u (d), tal-Anness III ta' din id-Direttiva għall-medja tal-perjodu mill-2016 sal-2018 tal-Istat Membru kkonċernat, kif rieżaminati b'mod komprensiv skont l-Artikolu 4(3) ta' dak ir-Regolament.
6.  

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, ħlief għad-dħul li jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jew id-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul tagħhom jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dak id-dħul għal wieħed jew aktar mill-finijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3) ta' din id-Direttiva, filwaqt li jagħtu prijorità lil attivitajiet li jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet taħt dan il-Kapitolu, jew għal wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:

(a) 

miżuri maħsuba biex jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini jew għat-tnaqqis tal-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini, inkluża l-integrazzjoni ta' enerġiji rinnovabbli u miżuri relatati f’konformità mal-Artikolu 7(11) u l-Artikoli 12 u 20 tad-Direttiva 2012/27/UE, kif ukoll miżuri li jipprovdu appoġġ finanzjarju għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx f'bini bl-agħar rendiment;

(b) 

miżuri maħsuba biex jaċċelleraw l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-introduzzjoni ta' infrastruttura kompletament interoperabbli tar-riforniment tal-fjuwil u tal-irriċarġjar għal vetturi b'emissjonijiet żero, jew miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu transizzjoni lejn it-trasport pubbliku u jtejbu l-multimodalità, jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali li jikkonċernaw l-utenti tat-trasport bi dħul baxx u medju;

(c) 

biex jiffinanzjaw il-Pjan Soċjali għall-Klima tagħhom f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2023/955;

(d) 

biex jipprovdu kumpens finanzjarju lill-konsumaturi finali tal-fjuwils f'każijiet li fihom ma kienx possibbli li jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet jew li fihom il-kwoti ġew ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu kif imsemmi fl-Artikolu 30f(5).

L-Istati Membri għandhom jitqiesu li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politiki ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju jew politiki regolatorji li jimmassimizzaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għall-finijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul imsemmi f'dak is-subparagrafu ġġenerat mill-irkantar tal-kwoti kif imsemmi f'dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u l-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu billi jinkludu din l-informazzjoni fir-rapporti tagħhom sottomessi skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

7.  
L-Artikolu 10(4) u (5) għandhom japplikaw għall-kwoti maħruġa skont dan il-Kapitolu.

Artikolu 30e

It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti

1.  

L-Artikolu 12 għandu japplika għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 3 u 3a, il-paragrafu 4, it-tieni u t-tielet sentenza, u l-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu. Għal dak il-fini:

(a) 

kwalunkwe referenza għal emissjonijiet għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu;

(b) 

kwalunkwe referenza għal operaturi tal-installazzjonijiet għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-entitajiet regolati koperti minn dan il-Kapitolu;

(c) 

kwalunkwe referenza għal kwoti għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu.

2.  
Mill-1 ta' Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, l-entità regolata ċċedi ammont ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu li huwa ugwali għall-emissjonijiet totali tal-entità regolata, li jikkorrispondu għall-kwantità ta' fjuwils rilaxxati għall-konsum skont l-Anness III, matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikat f'konformità mal-Artikoli 15 u 30f, u li dawk il-kwoti sussegwentement jiġu kkanċellati.
3.  

Sal-31 ta' Diċembru 2030, b'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, meta entità regolata stabbilita fi Stat Membru partikolari tkun soġġetta għal taxxa nazzjonali fuq il-karbonju fis-seħħ għas-snin 2027 sa 2030, li tkopri l-attività msemmija fl-Anness III, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista' teżenta lil dik l-entità regolata mill-obbligu li ċċedi l-kwoti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal sena ta' referenza partikolari, dment li:

(a) 

l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dik it-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju, sal-31 ta' Diċembru 2023, u l-liġi nazzjonali li tistabbilixxi r-rati tat-taxxa applikabbli għas-snin 2027 sa 2030, sa dik id-data, tkun daħlet fis-seħħ; l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fit-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju;

(b) 

għas-sena ta' referenza, it-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju tal-Istat Membru kkonċernat effettivament imħallsa minn dik l-entità regolata tkun ogħla mill-prezz medju mill-ikklerjar f'irkant tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont dan il-Kapitolu;

(c) 

l-entità regolata tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi skont l-Artikolu 30b dwar il-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-Artikolu 30f dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tagħha;

(d) 

l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' kwalunkwe eżenzjoni bħal din u l-ammont korrispondenti ta' kwoti li jridu jiġu kkanċellati f'konformità mal-punt (g) ta' dan is-subparagrafu u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4), sal-31 ta' Mejju tas-sena wara s-sena ta' referenza;

(e) 

il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjoni għall-applikazzjoni tad-deroga għar-raġuni li l-miżura nnotifikata ma tkunx konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, fi żmien tliet xhur minn notifika skont il-punt (a) ta' dan is-subparagrafu jew fi żmien xahar min-notifika għas-sena rilevanti skont il-punt (d) ta' dan is-subparagrafu;

(f) 

l-Istat Membru kkonċernat ma jirkantax l-ammont ta' kwoti msemmija fl-Artikolu 30d(5) għal sena ta' referenza partikolari sakemm l-ammont ta' kwoti li trid tiġi kkanċellata skont dan il-paragrafu tiġi ddeterminata f'konformità mal-punt (g) ta' dan is-subparagrafu; l-Istat Membru kkonċernat ma għandu jirkanta l-ebda ammont addizzjonali ta' kwoti skont l-Artikolu 30d(2), l-ewwel subparagrafu;

(g) 

l-Istat Membru kkonċernat jikkanċella ammont ta' kwoti mill-kwantità totali ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minnu kif imsemmi fl-Artikolu 30d(5), għas-sena ta' referenza, li jkun ugwali għall-emissjonijiet ivverifikati ta' dik l-entità regolata skont dan il-Kapitolu għas-sena ta' referenza; meta l-ammont ta' kwoti li jkun għad irid jiġi rkantat fis-sena ta' referenza wara l-applikazzjoni tal-punt (f) ta' dan is-subparagrafu jkun inqas mill-ammont ta' kwoti li għandu jiġi kkanċellat skont dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jikkanċella l-ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għad-differenza sa tmiem is-sena ta' wara s-sena ta' referenza; u

(h) 

l-Istat Membru kkonċernat jimpenja ruħu, fil-mument tal-ewwel notifika skont il-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, li juża għal waħda jew aktar mill-miżuri elenkati jew imsemmija fl-Artikolu 30d(6), l-ewwel subparagrafu, ammont ekwivalenti għad-dħul li għalih kien japplika l-Artikolu 30d(6) fin-nuqqas ta' din id-deroga; l-Artikolu 30d(6), it-tieni u t-tielet subparagrafi, għandhom japplikaw u l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirċievi skont dan tkun konformi mal-impenn meħud skont dan il-punt.

L-ammont ta' kwoti li jridu jiġu kkanċellati skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), ta' dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa d-dħul assenjat estern stabbilit skont l-Artikolu 30d(4) ta' din id-Direttiva jew, meta jkun stabbilit skont l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE, ir-riżorsi proprji tal-baġit tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 ( 39 ) mid-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti f’konformità mal-Artikolu 30d ta’ din id-Direttiva.

4.  
L-isptarijiet li mhumiex koperti mill-Kapitolu III jistgħu jingħataw kumpens finanzjarju għall-kost li jiġi ttrasferit lilhom minħabba ċ-ċediment ta’ kwoti skont dan il-Kapitolu. Għal dak il-għan, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu applikabbli għal każijiet ta’ għadd doppju għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 30f

Il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni

1.  

L-Artikoli 14 u 15 għandhom japplikaw għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu. Għal dak il-fini:

(a) 

kwalunkwe referenza għal emissjonijiet għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu;

(b) 

kwalunkwe referenza għal attività elenkata fl-Anness I għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-attività msemmija fl-Anness III;

(c) 

kwalunkwe referenza għal operaturi għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-entitajiet regolati koperti minn dan il-Kapitolu;

(d) 

kwalunkwe referenza għal kwoti għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu;

(e) 

ir-referenza għad-data fl-Artikolu 15 għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għat-30 ta’ April.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità regolata timmonitorja, għal kull sena kalendarja mill-2025, l-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum skont l-Anness III. Huma għandhom jiżguraw ukoll li kull entità regolata tirrapporta dawk l-emissjonijiet lill-awtorità kompetenti fis-sena ta’ wara, billi tibda mill-2026, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1).
3.  
Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sat-30 ta’ April kull sena sal-2030, kull entità regolata tirrapporta s-sehem medju ta’ kostijiet relatati maċ-ċediment ta’ kwoti skont dan il-Kapitolu li tkun ttrasferiet lill-konsumaturi għas-sena preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-rekwiżiti u l-mudelli għal dawk ir-rapporti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rapporti sottomessi u tirrapporta s-sejbiet tagħha kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta’ l-Kummissjoni ssib li jeżistu prattiki mhux korretti fir-rigward tat-trasferiment tal-kostijiet tal-karbonju, ir-rapport, meta ikun xieraq, jista’ jkun akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi bl-għan li jindirizzaw tali prattiki mhux korretti.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità regolata li jkollha permess f’konformità mal-Artikolu 30b fl-1 ta’ Jannar 2025 tirrapporta l-emissjonijiet storiċi tagħha għas-sena 2024 sat-30 ta’ April 2025.
5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet regolati jkunu jistgħu jidentifikaw u jiddokumentaw b’mod affidabbli u eżatt, għal kull tip ta’ fjuwil, il-kwantitajiet preċiżi ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum, li jintużaw għall-kombustjoni fis-setturi msemmija fl-Anness III, u l-użu finali tal-fjuwils rilaxxati għall-konsum mill-entitajiet regolati. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jillimitaw ir-riskju ta’ għadd doppju tal-emissjonijiet koperti taħt dan il-Kapitolu u tal-emissjonijiet koperti taħt il-Kapitoli II u III, kif ukoll ir-riskju li l-kwoti jiġu ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-regoli dettaljati għall-evitar tal-għadd doppju u l-kwoti li qed jiġu ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu, kif ukoll għall-għoti ta’ kumpens finanzjarju lill-konsumaturi finali tal-fjuwils f’każijiet li fihom tali għadd doppju jew ċediment ma jistax jiġi evitat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). Il-kalkolu tal-kumpens finanzjarju għall-konsumaturi finali tal-fjuwils għandu jkun ibbażat fuq prezz medju tal-kwoti fl-irkanti mwettqa f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4) fis-sena ta’ rapportar rilevanti.

6.  
Il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu huma stabbiliti fil-Parti Ċ tal-Anness IV.
7.  
Il-kriterji għall-verifika tal-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu huma stabbiliti fil-Parti Ċ tal-Anness V.
8.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu miżuri simplifikati ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għall-entitajiet regolati li l-emissjonijiet annwali tagħhom li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum ikunu inqas minn 1 000  tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1).

Artikolu 30g

Amministrazzjoni

L-Artikoli 13 u 15a, l-Artikolu 16(1), (2), (3), (4) u (12), u l-Artikoli 17, 18, 19, 20, 21, 22, 22a, 23 u 29 għandhom japplikaw għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu. Għal dak il-fini:

(a) 

kwalunkwe referenza għal emissjonijiet għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu;

(b) 

kwalunkwe referenza għal operaturi għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-entitajiet regolati koperti minn dan il-Kapitolu;

(c) 

kwalunkwe referenza għal kwoti għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu.

Artikolu 30h

Miżuri f’każ ta’ żieda eċċessiva tal-prezzijiet

1.  
Meta, għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi, il-prezz medju tal-kwoti fl-irkantijiet imwettqa f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva jkun aktar mid-doppju tal-prezz medju tal-kwoti matul is-sitt xhur konsekuttivi preċedenti fl-irkantijiet għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu, 50 miljun kwota koperta minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f’konformità mal-Artikolu 1a(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.

Għas-snin 2027 u 2028, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ssodisfati meta, għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi, il-prezz medju tal-kwoti jkun aktar minn 1,5 darbiet il-prezz medju tal-kwoti matul il-perjodu ta’ referenza tas-sitt xhur konsekuttivi preċedenti.

2.  
Meta l-prezz medju tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jaqbeż prezz ta’ EUR 45 għal perjodu ta’ xahrejn konsekuttivi, 20 miljun kwota koperta b’dan il-Kapitolu għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f’konformità mal-Artikolu 1a(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. L-indiċjar abbażi tal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumaturi għall-2020 għandu japplika. Il-kwoti għandhom jiġu rilaxxati permezz tal-mekkaniżmu previst’ f’dan il-paragrafu sal-31 ta’ Diċembru 2029.
3.  
Meta l-prezz medju tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun aktar minn tliet darbiet il-prezz medju tal-kwota matul is-sitt xhur konsekuttivi preċedenti,150 miljun kwota koperta minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f’konformità mal-Artikolu 1a(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.
4.  
Meta l-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkun ġiet issodisfata fl-istess jum bħall-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 3, kwoti addizzjonali għandhom jiġu rilaxxati biss skont il-paragrafu 1 jew 3.
5.  
Qabel il-31 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tivvaluta jekk il-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 2 kienx effettiv u jekk għandux jitkompla. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda din id-Direttiva ħalli taġġusta dak il-mekkaniżmu.
6.  
Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, 2 jew 3 ikunu ġew issodisfati u rriżultaw f’rilaxx ta’ kwoti, il-kwoti addizzjonali ma għandhomx jiġu rilaxxati skont dan l-Artikolu aktar kmieni minn 12-il xahar wara dan.
7.  
Meta, fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tkun reġgħet ġiet issodisfata, il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat, imwaqqaf bl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2018/1999, għandha tivvaluta l-effettività tal-miżura u tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li l-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ta’ din id-Direttiva.
8.  
Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, 2 jew 3 ikunu ġew issodisfati u l-paragrafu 6 ma jkunx applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-pront avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-data li fiha dik il-kundizzjoni jew dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.
9.  
L-Istati Membri li jkunu soġġetti għall-obbligu li jipprovdu pjan ta' azzjoni korrettiv f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/842 għandhom iqisu debitament l-effetti ta’ rilaxx ta' kwoti addizzjonali skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu matul is-sentejn preċedenti meta jqisu azzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu implimentati kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dak ir-Regolament sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fl-ambitu ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 30i

Rieżami ta' dan il-Kapitolu

Sal-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu fir-rigward tal-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika tagħhom, inkluż dwar l-applikazzjoni tar-regoli fl-ambitu tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva biex dan il-Kapitolu jiġi emendat. Sal-31 ta' Ottubru 2031, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-integrazzjoni tas-setturi koperti mill-Anness III ta' din id-Direttiva fl-EU ETS li tkopri s-setturi elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 30j

Proċeduri għall-estensjoni unilaterali tal-attività msemmija fl-Anness III għal setturi oħra mhux soġġetti għall-Kapitoli II u III

1.  
Mill-2027, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-attività msemmija fl-Anness III għal setturi li mhumiex elenkati f'dak l-Anness u b'hekk japplikaw l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet f'konformità ma' dan il-Kapitolu f'tali setturi, b'kont meħud tal-kriterji rilevanti kollha, b'mod partikolari l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont dan il-Kapitolu u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u rapportar ippjanata, dment li l-estensjoni tal-attività msemmija f’dak l-Anness tkun approvata mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplementa din id-Direttiva rigward l-approvazzjoni ta' estensjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ ta' kwoti addizzjonali u l-awtorizzazzjoni ta' Stati Membri oħra biex jestendu l-attività msemmija fl-Anness III. Il-Kummissjoni, meta tadotta tali atti delegati, tista' wkoll tissupplementa l-estensjoni b'regoli ulterjuri li jirregolaw miżuri biex jiġu indirizzati każijiet possibbli ta' għadd doppju, inkluż għall-ħruġ ta' kwoti addizzjonali biex jikkumpensaw għal kwoti ċeduti għall-użu ta' fjuwils f'attivitajiet elenkati fl-Anness I. Kwalunkwe miżura finanzjarja mill-Istati Membri favur kumpaniji f'setturi u subsetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, minħabba kostijiet indiretti sinifikanti li jiġġarrbu mill-kostijiet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-fjuwil minħabba l-estensjoni unilaterali, għandhom ikunu f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u ma għandhomx jikkawżaw distorsjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

2.  
Kwoti addizzjonali maħruġa skont awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu rkantati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30d. Minkejja l-Artikolu 30d(1) sa (6), l-Istati Membri li jkunu estendew unilateralment l-attività msemmija fl-Anness III f'konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar ta' dawk il-kwoti addizzjonali.

Artikolu 30k

Posponiment tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali sal-2028 f'każ ta' prezzijiet tal-enerġija eċċezzjonalment għoljin

1.  

Sal-15 ta' Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, jew it-tnejn li huma, ġewx issodisfati:

(a) 

il-prezz medju tal-gass TTF għas-sitt xhur kalendarji li jintemmu fit-30 ta' Ġunju 2026 kien ogħla mill-medja tal-prezz tal-gass TTF fi Frar u Marzu 2022;

(b) 

il-prezz medju taż-żejt mhux raffinat Brent għas-sitt xhur kalendarji li jintemmu fit-30 ta' Ġunju 2026 kienu iktar minn darbtejn il-prezz medju taż-żejt mhux raffinat Brent matul il-ħames snin preċedenti; il-perjodu ta' referenza ta' ħames snin għandu jkun il-perjodu ta' ħames snin li jintemm qabel l-ewwel xahar tal-perjodu ta’ sitt xhur kalendarji.

2.  

Meta waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jew it tnejn li huma, jiġu ssodisfati, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) 

b'deroga mill-Artikolu 30c(1), l-ewwel sena li għaliha l-kwantità ta' kwoti fl-Unjoni kollha hija stabbilita għandha tkun l-2028; u, b'deroga mill-Artikolu 30c(3), l-ewwel sena li għaliha l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha tiġi aġġustata għandha tkun l-2029;

(b) 

b'deroga mill-Artikolu 30d(1) u (2), il-bidu tal-irkantar tal-kwoti fl-ambitu ta' dan il-Kapitolu għandu jiġi pospost għall-2028;

(c) 

b'deroga mill-Artikolu 30d(2), l-ammont addizzjonali ta' kwoti għall-ewwel sena ta' rkanti għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkanti għall-perjodu mill-2030 sal-2032 u l-parteċipazzjonijiet inizjali fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandhom jinħolqu fl-2028;

(d) 

b'deroga mill-Artikolu 30e(2), l-iskadenza għaċ-ċediment inizjali ta' kwoti għandha titressaq lura għall-31 ta’ Mejju 2029 għall-emissjonijiet totali fis-sena 2028;

(e) 

b'deroga mill-Artikolu 30i, l-iskadenza għall-Kummissjoni biex tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha titressaq lura għall-1 ta' Jannar 2029.



Kapitolu IVb

Parir Xjentifiku u Viżibilità tal-Finanzjament

Artikolu 30l

Parir xjentifiku

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (il-"Bord Konsultattiv") stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 40 ) jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi parir xjentifiku u joħroġ rapporti rigward din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tqis il-parir u r-rapporti rilevanti tal-Korp Konsultattiv, b'mod partikolari fir-rigward:

(a) 

tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni biex tiġi żgurata konformità mal-objettivi u l-miri msemmija fl-Artikolu 30(3) ta' din id-Direttiva;

(b) 

tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni fid-dawl ta' ftehimiet dwar miżuri globali fl-ICAO biex jitnaqqas l-impatt fuq il-klima tal-avjazzjoni, u tal-ambizzjoni u l-integrità ambjentali tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-OMI msemmija fl-Artikolu 3gg ta' din id-Direttiva.

Artikolu 30m

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament mid-dħul mill-irkantar tal-EU ETS imsemmi fl-Artikolu 10(8) billi:

(a) 

tiżgura li l-benefiċjarji ta' tali finanzjament jirrikonoxxu l-oriġini ta' dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku; u

(b) 

tiżgura li dawk li jirċievu tali finanzjament jużaw tikketta xierqa li tgħid "(ko)finanzjat mis-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE (il-Fond għall-Innovazzjoni)", kif ukoll l-emblema tal-Unjoni u l-ammont tal-finanzjament; meta l-użu ta' dik it-tikketta ma jkunx fattibbli, il-Fond għall-Innovazzjoni għandu jissemma fl-attivitajiet kollha ta' komunikazzjoni, inkluż fuq avviżieri f'postijiet strateġiċi viżibbli għall-pubbliku.

Il-Kummissjoni, fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 10a(8), għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Fond għall-Innovazzjoni, inkluż rekwiżit li dak il-Fond jissemma.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mid-dħul mill-irkantar tal-EU ETS imsemmi fl-Artikolu 10d li jikkorrispondi għal dak imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta' dan l-Artikolu, inkluż permezz ta’ rekwiżit li l-Fond għall-Modernizzazzjoni jissemma.
3.  
Filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw il-viżibbiltà tas-sors tal-finanzjament ta' azzjonijiet jew proġetti ffinanzjati mid-dħul mill-irkantar tal-EU ETS li tagħhom jiddeterminaw l-użu f’konformità mal-Artikolu 3d(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30d(6).



▼M2

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJO NIJIET FINALI

▼B

Artikolu 31

L-implimentazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Il-Kummisjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra bihom.

Artikolu 32

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 33

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M4




ANNESS I

KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA

▼M15

1.

Installazzjonijiet jew partijiet minn installazzjonijiet użati għar-riċerka, l-iżvilupp u l-ittestjar ta' prodotti u proċessi ġodda mhumiex koperti minn din id-Direttiva. Installazzjonijiet meta matul il-perjodu ta' ħames snin rilevanti preċedenti msemmi fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti skont l-Artikolu 14 jikkontribwixxu bħala medja għal aktar minn 95 % tal-emissjonijiet totali medji ta' gassijiet serra, mhumiex koperti minn din id-Direttiva.

▼M4

2.

Il-valuri tal-limitu minimu t’hawn taħt ġeneralment jirriferu għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew għall-produzzjoni. Meta diversi attivitajiet li jaqghu taht l-istess kategorija jithaddmu fl-istess istallazzjoni, il-kapacitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jinghaddu flimkien.

▼M15

3.

Meta l-input termiku nominali totali ta' installazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk l-installazzjoni tiddaħħalx fl-EU ETS, l-inputs termiċi nominali tal-unitajiet tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu fjuwils fi ħdan l-installazzjoni, għandhom jingħaddu flimkien. Dawk l-unitajiet jistgħu jinkludu kull tip ta' bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, apparat għat-tnixxif, magni, ċelluli tal-fjuwil, unitajiet tal-kombustjoni "chemical looping", apparat tal-ivvampjar, u impjanti termiċi jew katalitiċi tal-post-kombustjoni. Unitajiet b'input termiku nominali ta' inqas minn 3 MW ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta' dan il-kalkolu.

▼M4

4.

Jekk unità taqdi attività li għaliha l-limitu minimu mhux espress bħala input termiku nominali totali, il-limitu minimu ta’ din l-attività għandu jieħu preċedenza għad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ►M9  fl-EU ETS ◄ .

5.

Meta l-limitu minimu ta’ kapacita ta’ kull attivita f’dan l-Anness jinstab li jkun inqabeż f’xi istallazzjoni, il-junits kollha li fihom jinħaraq karburanti, ħlief għall-impjanti għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż jew muniċipali, għandhom jiddaħħlu fil-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra.

6.

Mill-1 ta’ Jannar 2012 it-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajruport sitwat fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għandu jkun inkluż.



Attività

Il-gassijiet serra

▼M15

Kombustjoni ta' fjuwils f'installazzjonijiet b'input termiku nominali totali li jaqbeż l-20 MW (ħlief f'installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż jew muniċipali)

Mill-1 ta' Jannar 2024, il-kombustjoni ta' fjuwils f'installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali b'input termiku nominali totali li jaqbeż l-20 MW, għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15.

Diossidu tal-karbonju

Ir-raffinar taż-żejt, li fih jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b'input termiku nominali totali li jaqbeż l-20 MW

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Produzzjoni tal-kokk

Dijossidu tal-karbonju

L-istallazzjonijiet tal-minerali tal-metalli (inkluż il-metall sulfid), tal-ħami jew tas-sinterizzazzjoni inkluż il-“pelletisation”

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Produzzjoni tal-ħadid jew tal-azzar (fissjoni primarja jew sekondarja) inkluż l-ikkastjar kontinwu, b'kapaċità li taqbeż it-2,5 tunnellati fis-siegħa

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli tal-ħadid (inklużi liegi tal-ħadid) meta jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW. L-ipproċessar, fost l-oħrajn, jinkludi rombli għall-manifattura tal-pjanċi, re-heaters, fran għat-trattament bis-sħana (annealing), impjanti tax-xogħol tal-ħadid, fonderiji, kisi u bbanjar bl-aċtu.

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Produzzjoni ta' aluminju primarju jew alumina

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

▼M4

Produzzjoni tal-aluminju sekondarju fejn jitħaddmu l-unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ mettali mhux tal-ħadid, inkluża l-produzzjoni tal-liegi, r-raffinar, l-iffundar, eċċ., fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata (inklużi karburanti użati bħala aġenti ta’ tnaqqis) li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-klinker tas-siment fi fran li jduru b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-500 tunnellata kuljum jew fi fran oħra b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ ġir jew ta’ kalċinazzjoni tad-dolomit jew tal-manjeżit fi fran li jduru jew fi fran oħra b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura tal-ħġieġ inkluż fibra tal-ħġieġ b’kapaċità li tinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika bin-nar, partikolarment madum tas-soqfa, bricks, bricks li jirreżistu s-sħana, madum, oġġetti tal-ġebel jew tal-porċellana, b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-75 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ materjal ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali bl-użu tal-ħġieġ, tal-blat jew tal-gagazza b’kapaċità li jinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

It-tnixxif jew il-kalċinazzjoni tal-ġipsum jew il-produzzjoni ta' twavel tal-ġibs u ta' prodotti oħra tal-ġipsum, b'kapaċità ta' produzzjoni ta' ġipsum kalċinat jew ġipsum sekondarju mnixxef li taqbeż total ta' 20 tunnellata kuljum

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Produzzjoni ta’ polpa mill-injam u materjali oħra fibrużi

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-karta jew tal-kartun b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Il-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju li tinvolvi l-karbonizzazzjoni ta' sustanzi organiċi bħal żjut, qatran, residwi tad-distillazzjoni u tal-fran tal-ikkrekkjar b'kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Il-produzzjoni tal-aċidu nitriku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu adipiku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu glijossiku u glijossiliku (glyoxal u glyoxilic)

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-ammonja

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi kbar permezz tal-cracking, l-iffurmar mill-ġdid, l-ossidazzjoni parzjali jew sħiħa jew permezz ta’ proċessi simili b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-100 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Il-produzzjoni tal-idroġenu (H2) u ta' gass sintetiku b'kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż il-5 tunnellati kuljum

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Il-produzzjoni tal-irmied tas-soda (Na2CO3) u l-bikarbonat tas-sodju (NaHCO3)

Dijossidu tal-karbonju

Ġabra ta’ gassijiet serra minn istallazzjonijiet koperta minn din id-Direttiva għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

It-trasport ta' gassijiet serra għal ħżin ġeoloġiku f'post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, bl-esklużjoni ta' dawk l-emissjonijiet koperti minn attività oħra skont din id-Direttiva

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Ħażna ġeoloġika ta’ gassijiet serra f’sit ta’ ħażna permezz taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

L-avjazzjoni ►M14  
Titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu f’żewġ Stati differenti li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) u titjiriet bejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit u Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) u, għall-finijiet tal-Artikolu 12(6) u (8) u l-Artikolu 28c, kwalunkwe titjira oħra bejn ajrudromi li jinsabu f’żewġ pajjiżi terzi differenti mill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)  l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew ikunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru; u
(b)  jipproduċu emissjonijiet annwali tas-CO2 ta’ aktar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta’ ajruplani b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ aktar minn 5 700  kg li jwettqu titjiriet koperti minn dan l-Anness, għajr dawk li jitilqu u li jaslu fl-istess Stat Membru, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru, mill-1 ta’ Jannar 2021; għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-emissjonijiet mit-tipi ta’ titjiriet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu:
(i)  titjiriet Statali;
(ii)  titjiriet umanitarji;
(iii)  titjiriet mediċi;
(iv)  titjiriet militari;
(v)  titjiriet tat-tifi tan-nar;
(vi)  titjiriet li jsiru qabel jew wara titjira umanitarja, medika jew tat-tifi tan-nar, dment li tali titjiriet ikunu twettqu bl-istess inġenju tal-ajru u kienu meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet umanitarji, mediċi jew tat-tifi tan-nar relatati jew biex l-inġenju tal-ajru jiġi ppożizzjonat mill-ġdid wara dawk l-attivitajiet għall-attività li jmiss tiegħu.  ◄
Titjiriet li jitilqu minn jew li jaslu f’ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat.
Din l-attività m’għandhiex tinkludi:
(a)  titjiriet imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Re jew Reġina renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ pajjiż li mhux Stat Membru, fejn dan jiġi ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus tar-rotta tal-ajru;
(b)  titjiriet militari mwettqin minn inġenji tal-ajru militari u titjiriet tad-dwana u talpulizija;
(c)  titjiriet relatati mat-tfittxija u s-salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizz mediku ta’ emerġenza awtorizzati mill-awtorità kompetenti xierqa;
(d)  kwalunkwe titjira mwettqa esklussivament konformement mar-regoli viżwali tat-titjiriet kif definiti fl-Anness 2 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;
(e)  titjiriet li jispiċċaw fl-ajrudrom minn fejn telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma sar l-ebda nżul intermedjarju;
(f)  titjiriet ta’ taħriġ imwettqin esklussivament bl-iskop ta’ ksib ta’ liċenzja, jew ta’ klassifikazzjoni fil-każ tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-pilota ta’ inġenju tal-ajru fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ nota adegwata fil-pjan tar-rotta bil-kondizzjoni li t-titjira ma tkunx qed isservi għat-trasport tal-passiġġieri u/jew tmerkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasport tal-inġenju tal-ajru innifsu;
(g)  titjiriet imwettqin esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika jew tal-iċċekkjar, l-ittestjar jew għaċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tat-tagħmir kemm jekk jinsab fl-ajru kif ukoll ibbażat fuq l-art;
(h)  titjiriet imwettqin minn inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata għat-tluq ta’ anqas minn 5 700  kg;
(i)  titjiriet imwettqin fil-qafas tal-obbligi tas-servizz pubbliku impost konformement mar-Regolament (KEE) 2408/92 fuq rotot fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod kif definiti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fuq rotot fejn il-kapaċità offruta ma’ taqbiżx it- ►M14  50 000  ◄ post fis-sena;
(j)  titjiriet li, ħlief għal dan il-punt, jaqgħu fl-ambitu ta’ din l-attività, li twettqu minn operatur tat-trasport tal-ajru kummerċjali li jopera jew:

— anqas minn 243 titjira għal kull perijodu għal tliet perijodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur; jew

— titjiriet b’emissjonijiet totali annwali ta’ anqas minn 10 000 tunellata fis-sena.


It-titjiriet imsemmija fil-punti (l) u (m) jew imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Rejiet jew Reġini renjanti u l-familja immedjata tagħhom, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu esklużi taħt dan il-punt; ►M11  
(k)  mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2030, titjiriet li, ħlief għal dan il-punt, jaqgħu fi ħdan din l-attività, imwettqa minn operatur tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali li jopera titjiriet b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 1 000 tunnellata fis-sena (inkluż emissjonijiet minn titjiriet imsemmija fil-punti (l) u (m));  ◄
►M10  (l)  titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fl-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE; ◄ ►M11  
(m)  titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fir-Renju Unit lejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE.  ◄

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Trasport marittimu

L-attivitajiet tat-trasport marittimu koperti mir-Regolament (UE) 2015/757 bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu koperti mill-Artikolu 2(1a) u, sal-31 ta' Diċembru 2026, l-Artikolu 2(1b) ta' dak ir-Regolament

Diossidu tal-karbonju

Mill-1 ta' Jannar 2026, metan u ossidu nitruż

▼B




ANNESS II

IL-GASSIJIET SERRA DINJIA RIFERITI FL-ARTIKOLI 3 U 30

Id-Dijossidu tal-karbonju (CO2)

Il-Metan (CH4)

L-Ossidu nitriku (N2O)

L-Idrofluworokarboni (HFCs)

Il-Perfluworokarboni (PFCs)

L-Essafluworur tal-kubrit (SF6)

▼M4




ANNESS IIa

Żidiet fil-perċentwali ta’ kwoti li jistgħu jinbiegħu bl-irkant mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 10(2)(a), għall-finijiet tas-solidarjetà u t-tkabbir Komunitarju, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u għall-adattament għall-effetti tal-bidla fil-klima



 

Sehem tal-Istat Membru

▼M9 —————

▼M4

Il-Bulgarija

53 %

Ir-Repubblika Ċeka

31 %

L-Estonja

42 %

Il-Greċja

17 %

Spanja

13 %

▼A1

Il-Kroazja

26 %

▼M9 —————

▼M4

Ċipru

20 %

Il-Latvja

56 %

Il-Litwanja

46 %

▼M9 —————

▼M4

L-Ungerija

28 %

Malta

23 %

Il-Polonja

39 %

Il-Portugall

16 %

Ir-Rumanija

53 %

Is-Slovenja

20 %

Is-Slovakkja

41 %

▼M9 —————

▼M15




ANNESS IIb

Parti A

ID-DISTRIBUZZJONI TAL-FONDI MILL-FOND GĦALL-MODERNIZZAZZJONI LI TIKKORRISPONDI GĦALL-ARTIKOLU 10(1), IT-TIELET SUBPARAGRAFU



 

Sehem

Il-Bulgarija

5,84  %

Iċ-Ċekja

15,59  %

L-Estonja

2,78  %

Il-Kroazja

3,14  %

Il-Latvja

1,44  %

Il-Litwanja

2,57  %

L-Ungerija

7,12  %

Il-Polonja

43,41  %

Ir-Rumanija

11,98  %

Is-Slovakkja

6,13  %

Parti B

ID-DISTRIBUZZJONI TAL-FONDI MILL-FOND GĦALL-MODERNIZZAZZJONI LI TIKKORRISPONDI GĦALL-ARTIKOLU 10(1), IR-RABA' SUBPARAGRAFU



 

Sehem

Il-Bulgarija

4,9  %

Iċ-Ċekja

12,6  %

L-Estonja

2,1  %

Il-Greċja

10,1  %

Il-Kroazja

2,3  %

Il-Latvja

1,0  %

Il-Litwanja

1,9  %

L-Ungerija

5,8  %

Il-Polonja

34,2  %

Il-Portugall

8,6  %

Ir-Rumanija

9,7  %

Is-Slovakkja

4,8  %

Is-Slovenja

2,0  %

▼M4 —————

▼M15




ANNESS III

ATTIVITÀ KOPERTA MILL-KAPITOLU IVa



Attività

Gassijiet serra

Ir-rilaxx għall-konsum ta' fjuwils li jintużaw għall-kombustjoni fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq u f'setturi addizzjonali. Din l-attività ma għandhiex tinkludi:

(a)  ir-rilaxx għall-konsum ta' fjuwils li jintużaw fl-attivitajiet elenkati fl-Anness I, ħlief jekk jintużaw għall-kombustjoni fl-attivitajiet ta' trasport ta' gassijiet serra għall-ħżin ġeoloġiku kif stabbilit fit-tabbella (ringiela sebgħa u għoxrin ta’ dak l-Anness) jew jekk jintużaw għall-kombustjoni f'installazzjonijiet esklużi skont l-Artikolu 27a;

(b)  ir-rilaxx għall-konsum ta' fjuwils li l-fattur tal-emissjoni tagħhom huwa żero;

(c)  ir-rilaxx għall-konsum ta' skart perikoluż jew muniċipali użat bħala fjuwil.

Is-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq għandhom jikkorrispondu għas-sorsi ta' emissjonijiet li ġejjin, definiti fil-Linji Gwida għall-Inventarju Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006, bil-modifiki meħtieġa għal dawk id-definizzjonijiet, kif ġej:

(a)  Ġenerazzjoni Kkombinata tas-Sħana u tal-Elettriku (CHP) (kodiċi tal-kategorija tas-sors 1A1a ii) u l-Impjanti tas-Sħana (kodiċi tal-kategorija tas-sors 1A1a iii), sakemm jipproduċu s-sħana għall-kategoriji taħt il-punti (c) u (d) ta' dan il-paragrafu, direttament jew permezz ta' networks tat-tisħin distrettwali;

Diossidu tal-karbonju

(b)  It-Trasport bit-Triq (kodiċi tal-kategorija tas-sors 1A3b), eskluż l-użu ta' vetturi agrikoli fuq toroq pavimentati;

(c)  Kummerċjali / Istituzzjonali (kodiċi tal-kategorija tas-sors 1A4a);

(d)  Residenzjali (kodiċi tal-kategorija tas-sors 1A4b).

Setturi addizzjonali għandhom jikkorrispondu għas-sorsi ta' emissjonijiet li ġejjin, definiti fil-Linji Gwida għall-Inventarju Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006:

(a)  Industriji tal-Enerġija (kodiċi tal-kategorija tas-sors 1A1), ħlief il-kategoriji definiti skont it-tieni paragrafu, il-punt (a), ta' dan l-Anness;

(b)  Industriji tal-Manifattura u tal-Kostruzzjoni (kodiċi tal-kategorija tas-sors 1A2).

 




ANNESS IIIa

AĠĠUSTAMENT TAL-FATTUR TA' TNAQQIS LINEARI F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 30c(2)

1. Jekk l-emissjonijiet medji rrapportati skont il-Kapitolu IVa għas-snin 2024 sa 2026 ikunu aktar minn 2 % ogħla meta mqabbla mal-valur tal-kwantità tal-2025 definita skont l-Artikolu 30c(1), u jekk dawk id-differenzi ma jkunux dovuti għad-differenza ta' inqas minn 5 % bejn l-emissjonijiet irrapportati skont il-Kapitolu IVa u d-data tal-inventarju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni tal-2025 mill-kategoriji tas-sorsi tal-UNFCCC għas-setturi koperti mill-Kapitolu IVa, il-fattur ta' tnaqqis lineari għandu jiġi kkalkulat billi jsir aġġustament tal-fattur ta' tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 30c(1).

2. Il-fattur ta' tnaqqis lineari aġġustat f'konformità mal-punt 1 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

LRFaġġ = 100%* [MRV[2024-2026] – (ESR[2024] - 6* LRF[2024]* ESR[2024])]/ (5* MRV[2024-2026]), fejn,
LRFaġġ huwa l-fattur ta' tnaqqis lineari aġġustat;
MRV[2024-2026] huwa l-medja tal-emissjonijiet verifikati skont il-Kapitolu IVa għas-snin 2024 sa 2026;
ESR[2024] huwa l-valur tal-emissjonijiet tal-2024 definit skont l-Artikolu 30c(1) għas-setturi koperti mill-Kapitolu IVa;
LRF[2024] huwa l-fattur ta' tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 30c(1).

▼B




ANNESS IV

IL-PRINĊIPJI GĦALL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAĠĠ RIFERITI FL-ARTIKOLU 14(1)

▼M2

PARTI A –   Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji

▼B

Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet tad-dijossisdu tal-karbonju

L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati jew bil-kalkolu jew fuq il-bażi tal-kejl.

Il-kalkolu

Il-kalkoli ta' l-emissjonijiet għandhom jitwettqu bl-użu tal-formola:

L-informazzjoni dwar l-attività × il-Fattur ta' l-emissjoni × il-Fattur ta' l-ossidazzjoni

L-informazzjoni dwar l-attività (il-karburant użat, ir-rata tal-produzzjoni, eċċ) għandhom jiġu mmonitorjati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar il-provvista jew tal-kejl.

Għandhom jintużaw fatturi aċċettati ta' l-emissjonijiet. Huma aċċettabbli l-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet rigward il-karburanti kollha. Huma aċċettabbli l-fatturi tan-nuqqas għall-karburanti kollha minbarra dawk mhux kummerċjali (karburanti ta' l-iskart bħalma huma t-tyres u l-gassijiet tal-proċessi industrijali). Nuqqasijiet li huma speċifiċi għas-saff rigward il-faħam, u nuqqasijiet speċifiċi għall-UE jew speċifiċi għall-pajjiż rigward il-produttur għall-gass naturali għandhom jiġu elaborati iktar. Il-valuri IPCC tan-nuqqas huma aċċettabbli għall-prodotti tar-raffineriji. Il-valur ta' l-emissjonijiet għall-bijomassa għandu jkun żero.

Jekk il-fattur ta' l-emissjonijiet ma jqisx il-fatt illi wħud mill-karbonji ma jkunux ossidizzati, allura għandu jintuża fattiu addizzjonali għall-ossidazzjoni. Jekk il-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet ikunu ġew ikkalkolati u diġà jieħdu l-ossidazzjoni f'konsiderazzjoni, allura ►M15  Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa li jikkonforma mal-kriterji ta' sostenibbiltà u mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont din id-Direttiva, kif stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttva, għandu jkun żero. ◄

Għandhom jintużaw il-fatturi tan-nuqqas rigward l-ossidazzjoni żviluppati skond id-Direttiva 96/61/KE, għajr jekk l-operatur jista' juri illi l-fatturi speċifiċi għall-attività huma iktar eżatti.

▼M15

Għandhom jintużaw fatturi ta' ossidazzjoni prestabbiliti żviluppati skont id-Direttiva 2010/75/UE, sakemm l-operatur ma jkunx jista' juri li l-fatturi speċifiċi għall-attivitajiet huma iktar eżatti.

▼B

Il-kejl

Il-kejl ta' l-emissjonijiet għandu juża metodi standardizzati jew aċċettati, u għandhom jiġu kkorroborati minn kalkolu ta' appoġġ ta' l-emissjonijiet.

Il-monitoraġġ ta' l-emissonijiet ta' gassijiet oħra tas-serra.

▼M9

Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew metodi aċċettati, żviluppati mill-Kummissjoni b'kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, u adottati skont l-Artikolu 14(1).

▼B

Ir-Rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet

Kull wieħed mill-operaturi għandu jinkludi t-tagħrif li ġej fir-rapport dwar stallazzjoni:

A. 

L-informazzjoni dwar l-istallazzjoni, li tinkludi:

— 
L-isem ta' l-istallazzjoni;
— 
L-indirizz tagħha, inklużi l-kodiċi postali u l-pajjiż;
— 
It-tip u n-numru ta' l-attivitajiet ta' l-Anness I imwettqa fl-istallazzjoni;
— 
L-indirizz, u d-dettalji dwar it-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna tal-kuntatt; u
— 
L-isem tas-sid ta' l-istallazzjoni, u tal-kumpanija prinċipali.
B. 

Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu kkalkolati l-emissjonjiet:

— 
L-informazzjoni dwar l-attività;
— 
Il-fatturi ta' l-emissjoni;
— 
Il-fatturi ta' l-ossidazzjoni;
— 
L-emissjonijiet totali; u
— 
L-inċertezza.
Ċ. 

Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu mkejla l-emissjonjiet:

— 
L-emissjonjiet totali;
— 
It-tagħrif dwar il-fiduċja tal-metodi tal-kejl; u
— 
L-inċertezza.
D. 

Għall-emissjonijiet mill-kombustjoni, ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-fattur ta' l-ossidazzjoni, għajr jekk l-ossidazzjoni tkun diġà tqieset fl-iżvilupp ta' fattur speċifiku għall-attività ta' l-emissjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkordinaw il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ma' kull ħtieġa eżistenti tar-rappurtaġġ sabiex jimminimizaw it-toqol tar-rappurtaġġ fuq in-negozji.

▼M2

PARTI B –   Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju

L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ kalkolu. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-formola:

Konsum tal-karburant × fattur ta’ emissjoni

Il-konsum tal-karburant għandu jinkludi l-karburant ikkunsmat mill-ġeneratur awżiljarju. Il-konsum attwali tal-karburant għal kull titjira għandu jintuża kull fejn hu possibbli u għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formola:

Ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira – ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru wara li jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira sussegwenti + mili tal-karburant għal dik it-titjira sussegwenti.

Jekk id-data tal-konsum attwali tal-karburant ma tkunx disponibbli, għandu jintuża metodu standardizzat imqassam f’livelli għall-istima tad-data tal-konsum tal-karburant ibbażat fuq l-aqwa informazzjoni disponibbli.

Għandhom jintużaw il-fatturi ta’ bażi għall-emissjonijiet IPCC, meħudin mil-Linji Gwida tal-Inventarju tal-IPCC 2006 jew minn aġġornamenti sussegwenti ta’ dawn il-Linji Gwida, sakemm ma jkunux aktar preċiżi l-fatturi għall-emissjonijiet marbutin speċifikament mal-attività li waslu għalihom laboratorji indipendenti akkreditati permezz ta’ metodi ta’ analiżi aċċettati. Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa għandu jkun żero. ►M15  Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa li jikkonforma mal-kriterji ta' sostenibbiltà u mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont din id-Direttiva, kif stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva, għandu jkun żero. ◄ ►M14  Il-fattur ta’ emissjoni tal-jet kerosene (Jet A1 jew Jet A) għandu jkun ta’ 3,16 (t CO2/t fjuwil). ◄

▼M14

L-emissjonijiet minn fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika li jużaw l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli konformi mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom jiġu kklassifikati b’emissjonijiet żero għall-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jużawhom sa ma jiġi adottat l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Direttiva.

▼M2

Għandu jsir kalkolu separat għal kull titjira u għal kull karburant.

Ir-rappurtaġġ tal-emissjonijiet

Taħt l-Artikolu 14(3) kull operatur tal-inġenji tal-ajru, fir-rapport tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

A. 

Data li tiddentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:

— 
l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— 
l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,
— 
l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,
— 
in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw minnu fil-perijodu kopert bir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
— 
in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
— 
l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u
— 
l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.
B. 

Għal kull tip ta’ karburant li għalih jiġu kkalkulati l-emissjonijiet:

— 
il-konsum tal-karburant,
— 
il-fattur tal-emissjoni,
— 
l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— 
l-emissjonijiet aggregati minn:
— 
it-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajruu li telqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u li waslu f’ajruport li jinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru,
— 
titjiriet kollha oħrajn li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— 
l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu’ fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru u li:
— 
telqu minn kull Stat Membru, u
— 
waslu f’kull Stat Membru minn pajjiż terz,
— 
l-inċertezza.

Il-monitoraġġ tad-data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f

Għall-fini tal-applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ kwoti skond l-Artikolu 3e(1) jew l-Artikolu 3f(2), l-ammont tal-attività tal-avjazzjoni għandu jiġi kkalkulat f’tunnellati-kilometru permezz tal-formola li ġejja:

tunnellati-kilometru = distanza x tagħbija li tinġarr bi ħlas

fejn:

“distanza” tfisser id-distanza fiċ-ċirku kbir bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla b’żieda ta’ fattur fiss addizzjonali ta’ 95 km; u

“tagħbija li tinġarr bi ħlas” tfisser il-massa totali tal-merkanzija, il-posta u l-passiġġieri li nġarru.

Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija li tinġarr bi ħlas:

— 
in-numru tal-passiġġieri għandu jkun in-numru ta’ persuni abbord esklużi l-membri tal-ekwipaġġ,
— 
operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jagħżel li japplika jew il-massa attwali jew standard għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati li jinsabu fil-massa tiegħu u d-dokumentazzjoni bilanċarja għat-titjiriet rilevanti jew valur ta’ bażi ta’ 100 kg għal kull passiġġier u l-bagalji rreġistrati tiegħu.

Ir-rappurtaġġ ta’ data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 3e(1) jew Artikolu 3f(2):

A. 

Data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:

— 
l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— 
l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,
— 
l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,
— 
in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw matul is-sena koperta bl-applikazzjoni għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I,
— 
in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
— 
l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u
— 
l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.
B. 

Data f’tunnellati-kilometru:

— 
in-numru ta’ titjiriet għal kull par ta’ ajrudromi,
— 
in-numru ta’ passiġġieri-kilometri għall kull par ta’ ajrudromi,
— 
in-numru ta’ tunnellati-kilometru skond il-pari ta’ ajrudrom,
— 
il-metodu magħżul biex tiġi kkalkulata l-massa għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati,
— 
in-numru totali ta’ tunnellati-kilometru għat-titjiriet kollha li twettqu matul is-sena relatati mar-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I u li twettqu mill-operatur tal-inġenji tal-ajru.

▼M15

PARTI C

Monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-attività msemmija fl-Anness III

Monitoraġġ tal-emissjonijiet

L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta' kalkolu.

Kalkolu

L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-formula li ġejja:

Fjuwil rilaxxat għall-konsum × il-fattur tal-emissjoni

Il-fjuwil rilaxxat għall-konsum għandu jinkludi l-kwantità ta' fjuwil rilaxxat għall-konsum mill-entità regolata.

Għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjoni prestabbiliti tal-IPCC, meħudin mil-Linji Gwida tal-Inventarju tal-IPCC tal-2006 jew minn aġġornamenti sussegwenti ta' dawk il-Linji Gwida, sakemm ma jkunux aktar eżatti l-fatturi tal-emissjoni marbutin speċifikament mal-fjuwil identifikati minn laboratorji indipendenti akkreditati bl-użu ta' metodi ta' analiżi aċċettati.

Għandu jsir kalkolu separat għal kull entità regolata, u għal kull fjuwil.

Ir-rapportar tal-emissjonijiet

Kull entità regolata għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tagħha:

A. 

Data li tidentifika l-entità regolata, inklużi:

— 
isem l-entità regolata;
— 
l-indirizz tagħha, inklużi l-kodiċi postali u l-pajjiż;
— 
it-tip ta' fjuwils li tirrilaxxa għall-konsum u l-attivitajiet tagħha li permezz tagħhom tirrilaxxa l-fjuwils għall-konsum, inkluż it-teknoloġija użata;
— 
l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-faks u d-dettalji tal-posta elettronika għal persuna ta' kuntatt; u
— 
isem is-sid tal-entità regolata, u ta' kwalunkwe kumpanija omm.
B. 

Għal kull tip ta' fjuwil rilaxxat għall-konsum u li jintuża għall-kombustjoni fis-setturi msemmija fl-Anness III, li għalih huma kkalkulati l-emissjonijiet:

— 
il-kwantità ta' fjuwil rilaxxat għall-konsum;
— 
il-fatturi tal-emissjoni;
— 
l-emissjonijiet totali;
— 
l-użu/i finali tal-fjuwil rilaxxat għall-konsum; u
— 
l-inċertezza.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jikkoordinaw il-ħtiġiet tar-rapportar ma' kull ħtieġa eżistenti tar-rapportar sabiex jimminimizzaw il-piż tar-rapportar fuq in-negozji.

▼B




ANNESS V

IL-KRITERJI GĦALL-VERIFIKA RIFERITI FL-ARIKOLU 15

▼M2

PARTI A –   Il-verifika tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji

▼B

Il-Prinċipji ġenerali

1. L-emissjonijiet minn kull waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu bla ħsara għal verifika.

2. Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi l-konsiderazzjoni tar-rapport skond l-Artikolu 14(3) u tal-monitoraġġ matul is-sena ta’ qabel. Għandu jindirizza l-fiduċja, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-informazzjoni u t-tagħrif irrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod partikolari:

(a) 

l-informazzjoni dwar l-attività rrappurtata u l-kejlijiet u l-kalkoli rrelatati;

(b) 

il-għażla u l-użu tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet;

(ċ) 

il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali; u

(d) 

jekk jintuża l-kejl, l-approprjatezza tal-għażla u l-użu tal-metodi tal-kejl.

3. L-emissjonijiet irrappurtati jistgħu jiġu vvalidati biss jekk l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ fiduċja u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b’livell għoli ta’ ċertezza. Livell għoli ta’ ċertezza jeħtieġ li l-operatur juri illi:

(a) 

l-informazzjoni rrappurtata tkun ħielsa mill-inkonsistenzi;

(b) 

il-kollezzjoni ta’ l-informazzjoni tkun twettqet skond l-i standards xjentifiċi li japplikaw; u

(ċ) 

ir-registri rilevanti ta’ l-istallazzjoni jkunu kompleti u konsistenti.

4. Il-verifikatur għandu jingħata aċċess għas-siti kollha u t-tagħrif fejn jidħol is-suġġett tal-verifika.

5. Il-verifikatur għandu jqis jekk l-istallazzjoni tkunx irreġistrata skond l-iskema Komunitarja ta’ l-eko-ġestjoni u l-verifika (EMAS).

Il-metodoloġija

L-analiżi strateġiku

6. Il-verifika għandha tkun imsejsa fuq analiżi strateġiku dwar l-attivitajiet kollha mwettqa fl-istallazzjoni. Dan ifisser illi l-verifikatur ikollu veduta ġenerali ta’ l-attivitajiet kollhau s-sinifikat tagħhom għall-emissjonijiet.

L-analiżi tal-proċess

7. Il-verifika tat-tagħrif issottomess għandha, meta xieraq, titwettaq fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni. Il-verifikatur għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jistabbilixxi l-fiduċja ta’ l-informazzjoni u tat-tagħrif irrappurtati.

L-anliżi tar-riskju

8. Il-verifikatur għandu jissottometti s-sorsi kollha ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni għal valutazzjoni rigward il-fiduċja ta’ l-informazzjoni dwar kull sors li jikkontribwixxi għall-emissjonijiet ġenerali ta’ l-istallazzjoni.

9. Fuq il-bażi ta’ dan l-analiżi, il-verifikatur għandu jidentifika b’mod espliċitu dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti l-oħra tal-proċedura tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ li x’aktarx jikkontribwixxu għall-iżbalji meta jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali. Dan jinvolvi b’mod speċjali l-għażla tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet u l-kalkoli meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-livell ta’ l-emissjonijiet minn sorsi individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti msemmija hawn fuq dwar il-proċedura tal-monitoraġġ.

10. Il-verifikatur għandu jieħu f’konsiderazzjoni kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-operatur bil-ħsieb li jiġi mminimizzat il-grad ta’ l-inċertezza.

Ir-rapport

11. Il-veifikatur għandu jħejji rapport dwar il-proċess tal-validazzjoni fejn jiddikjara jekk ikunx sodisfaċenti r-rapport skond l-Artikolu 14(3). Dan ir-rapport għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għax-xogħol imwettaq. Tista’ ssir dikjarazzjoni illi r-rapport skond l-Artikolu 14(3) huwa sodisfaċenti jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, l-emissjonijiet ma jkunux iddikjarati ħażin materjalment.

Il-ħtiġiet tal-kompetenza minima għall-verifikatur

12. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-operatur, iwettaq l-attivitajiet tiegħu f’manjiera soda u professjonalment oġġettiva, u jifhem:

(a) 

id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kif ukoll ta’ l-i standards rilevanti u l-gwida adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(1);

(b) 

il-ħtiġiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu vverifikati; u

(ċ) 

il-ġenerazzjoni tat-tagħrif kollu li għandu x’jaqsam ma’ kull wieħed mis-sorsi ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni, b’mod partikolari, fejn jidħlu l-ġbir, il-kejl, il-kalkolu u r-rappurtaġġ ta’ l-informazzjoni.

▼M2

PARTI B –   Il-verifika tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni

13. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet minn titjiriet li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.

Għal dan il-għan:

(a) 

fil-paragrafu 3, ir-referenza għal operatur għandha tinftiehem bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru, u fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu r-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li ntuża għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;

(b) 

fil-paragrafu 5, ir-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(c) 

fil-paragrafu 6, ir-referenza għal attivitajiet imwettqin fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport u mwettqin mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(d) 

fil-paragrafu 7, ir-referenza għas-sit tal-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għas-siti użati mill-operatur tal-inġenji tal-ajru għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;

(e) 

fil-paragrafi 8 u 9 r-referenzi għas-sorsi tal-emissjonijiet fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li għalih huwa responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u

(f) 

fil-paragrafi 10 u 12 ir-referenzi għal operatur għandhom jinftiehmu bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru.

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijet tal-avjazzjoni

14. Il-verifikatur b’mod partikolari għandu jaċċerta li:

(a) 

it-titjiriet kollha li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I ittieħdu f’konsiderazzjoni. F’din il-ħidma il-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar l-iskedi ta’ żmien u ta’ data oħra dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża d-data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur;

(b) 

hemm konsistenza ġenerali bejn id-data dwar il-konsum aggregat tal-karburant u d-data dwar il-karburant mixtri jew inkella fornut lill-inġenju tal-ajru li jwettaq l-attività tal-avjazzjoni.

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru ppreżentata għall-finijiet tal-Artikoli 3e u 3f

15. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet skond l-Artikolu 14(3) stabbiliti f’dan l-Anness għandhom, fejn applikabbli, japplikaw ukoll b’mod korrispondenti għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru tal-avjazzjoni.

16. Il-verifikatur għandu b’mod partikolari jiżgura li dawk it-titjiriet biss li verament twettqu u li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I li għaliha hu responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru ttieħdu f’konsiderazzjoni fl-applikazzjoni ta’ dak l-operatur skond l-Artikoli 3e(1) u 3f(2). F’din il-ħidma l-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur. Minbarra dan, il-verifikatur għandu jiżgura li t-tagħbija li tinġarr bi ħlas irrappurtat mill-operatur tikkorrispondi għar-reġistri dwar it-tagħbija li tinġarr bi ħlasb miżmuma minn dak l-operatur għall-finijiet ta’ sikurezza.

▼M15

PARTI C

Verifika tal-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness III

Prinċipji Ġenerali

1. L-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness III għandhom ikunu soġġetti għal verifika.

2. Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi l-konsiderazzjoni tar-rapport skont l-Artikolu 14(3), u tal-monitoraġġ matul is-sena ta' qabel. Għandu jindirizza l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi tal-monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni irrapportati fejn jidħlu l-emissjonijiet, u b'mod partikolari:

(a) 

il-fjuwils rrapportati rilaxxati għall-konsum u l-kalkoli relatati;

(b) 

l-għażla u l-użu tal-fatturi tal-emissjoni;

(c) 

il-kalkoli li jwasslu biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ġenerali.

3. L-emissjonijiet irrapportati jistgħu jiġu vvalidati biss jekk ikun hemm data u informazzjoni affidabbli u kredibbli li jippermettu li l-emissjonijiet jiġu determinati b'livell għoli ta' ċertezza. Livell għoli ta' ċertezza jirrikjedi li l-entità regolata turi li:

(a) 

id-data rrapportata tkun ħielsa minn inkonsistenzi;

(b) 

il-ġbir tad-data jkun twettaq f'konformità mal-istandards xjentifiċi applikabbli; u

(c) 

ir-reġistri rilevanti tal-entità regolata jkunu kompleti u konsistenti.

4. Il-verifikatur għandu jingħata aċċess għas-siti kollha u għall-informazzjoni kollha fir-rigward tas-suġġett tal-verifika.

5. Il-verifikatur għandu jqis jekk l-entità regolata tkunx irreġistrata bħala parti mill-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali tal-Unjoni (EMAS).

Metodoloġija

Analiżi strateġika

6. Il-verifika għandha tkun ibbażata fuq analiżi strateġika tal-kwantitajiet kollha ta' fjuwils rilaxxati għall-konsum mill-entità regolata. Dan jirrikjedi li l-verifikatur ikollu ħarsa ġenerali tal-attivitajiet kollha li permezz tagħhom l-entità regolata tkun qed tirrilaxxa l-fjuwils għall-konsum, u s-sinifikat tagħhom għall-emissjonijiet.

Analiżi tal-proċess

7. Meta xieraq, il-verifika tad-data u tal-informazzjoni ppreżentati għandha titwettaq fuq is-sit tal-entità regolata. Il-verifikatur għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jiddetermina l-affidabbiltà tad-data u tal-informazzjoni rrapportati.

Analiżi tar-riskji

8. Il-verifikatur għandu jissottometti l-mezzi kollha li permezz tagħhom il-fjuwils jiġu rilaxxati għall-konsum mill-entità regolata għal evalwazzjoni fir-rigward tal-affidabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet globali tal-entità regolata.

9. Fuq il-bażi ta' din l-analiżi, il-verifikatur għandu jidentifika b'mod espliċitu kwalunkwe element b'riskju għoli ta' żball u l-aspetti l-oħra tal-proċedura tal-monitoraġġ u r-rapportar li x'aktarx jikkontribwixxu għall-iżbalji meta jiġu determinati l-emissjonijiet ġenerali. Dan jinvolvi b'mod speċjali l-kalkoli meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat il-livell tal-emissjonijiet minn sorsi individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-elementi b'riskju għoli ta' żball u lill-aspetti msemmija hawn fuq dwar il-proċedura tal-monitoraġġ.

10. Il-verifikatur għandu jqis kwalunkwe metodu effettiv ta' kontroll tar-riskju applikat mill-entità regolata bil-ħsieb li jiġi minimizzat il-livell ta' inċertezza.

Rapport

11. Il-verifikatur għandu jħejji rapport dwar il-proċess tal-validazzjoni li jiddikjara jekk ir-rapport skont l-Artikolu 14(3) ikunx sodisfaċenti. Dan ir-rapport għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għax-xogħol imwettaq. Tista' ssir dikjarazzjoni li r-rapport skont l-Artikolu 14(3) huwa sodisfaċenti jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, l-emissjonijiet totali ma jkunux iddikjarati b'dikjarazzjoni skorretta materjali.

Rekwiżit ta' kompetenza minima għall-verifikatur

12. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-entità regolata, għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'mod professjonali, kompetenti u oġġettiv, u jifhem:

(a) 

id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kif ukoll l-istandards u l-gwida rilevanti adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1);

(b) 

ir-rekwiżiti leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qed jiġu vverifikati; u

(c) 

il-ġenerazzjoni tal-informazzjoni kollha relatata mal-mezzi kollha li permezz tagħhom il-fjuwils jiġu rilaxxati għall-konsum mill-entità regolata, b'mod partikolari dik relatata mal-ġbir, il-kejl, il-kalkolu u r-rapportar tad-data.



( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

( 2 ) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

( 3 ) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).

( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta' Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).

( 7 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115).

( 9 ) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

( 10 ) Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).

( 11 ) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

( 12 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

( 13 ) Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52).

( 14 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).

( 15 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

( 16 ) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

( 17 ) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

( 18 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta' April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

( 19 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta' proġetti kummerċjali ta' dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, f'kundizzjonijiet ta' sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39).

( 20 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 21 ) Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1).

( 22 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/746/UE tas-27 ta' Ottubru 2014 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2015 sal-2019 (ĠU L 308, 29.10.2014, p. 114).

( 23 ) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

( 24 ) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

( 25 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).

( 26 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 27 ) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

( 28 ) ĠU L 140, 5.6.2009, 114

( 29 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).

( 30 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 10).

( 31 ) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

( 32 ) Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rappurtar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

( 33 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 34 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 35 ) ĠU L 275, tal-25.10.2003, pġ. 32.”

( 36 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 tad-9 ta’ Lulju 2010 dwar l-approvazzjoni ta’ għodda simplifikata żviluppata mill-organizzazzjoni Ewropea għas-sigurtà tan-navigazzjoni bl-ajru (Eurocontrol) sabiex tistima l-konsum tal-fjuwil ta’ ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru b’emissjonijiet baxxi (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 25).

( 37 ) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

( 38 ) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

( 39 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).

( 40 ) Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).

Top