EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01996L0034-19980205
Council Directive 96/34/EC of 3 June 1996 on the framework agreement on parental leave concluded by UNICE, CEEP and the ETUC
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC
No longer in force
)
1996L0034 — MT — 05.02.1998 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC (ĠU L 145, 19.6.1996, p.4) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 10 |
24 |
16.1.1998 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/34/KE
tat-3 ta' Ġunju 1996
dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra il-ftehim dwar il-politika socjali, anness mal-protokoll (Nru 14) dwar il-politika socjali, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummisjoni,
(1) |
Billi abbażi tal-protokoll dwar il-politika soċjali, l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, (minn issa 'l quddiem imsemmija bħala “l-Istati Membri”), jixtiequ li jimxu mal-pjan mifrux fil-Karta Soċjali ta' l-1989 ikkonkludew Ftehim bejniethom dwar il-politika soċjali; |
(2) |
Billi l-amministrazzjoni u x-xogħol jistgħu, skond l-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar il-politika soċjali, jitolbu konġuntement li ftehim fil-livell Komunitarju ikun implementat b' deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-proposta mill-Kummissjoni; |
(3) |
Billi l-paragrafu 16 tal-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema dwar it-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa, fosthom, li “għandhom ikunu żviluppati miżuri sabiex jiippermettu l-irġiel u n-nisa jaqdu flimkien l-obbligi tagħhom tax-xogħol u tal-familja”; |
(4) |
Billi l-Kunsill, minkejja l-eżistenza ta' kunsens wiesa', ma wasalx biex jaġixxi fuq il-proposta ghal-Direttiva dwar il-leave tal-ġenituri għall-raġunijiet familjari ( 1 ), kif emendata ( 2 ) fil-15 ta' Novembru 1984; |
(5) |
Billi il-Kummissjoni skond l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim dwar il-politika soċjali, ikkonsultat lis-sieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta' l-azzjoni Komunitarja fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja; |
(6) |
Billi l-Kummissjoni, li kkunsidrat wara din il-konsultazzjoni li l-azzjoni Komunitarja kienet mixtieqa, għal darb' oħra kkonsultat lis-sieħba soċjali dwar is-sustanza tal-proposta prevista skond l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim imsemmi; |
(7) |
Billi l-organizzazzjonijiet ta' natura generali ta' l-industrija (UNICE, CEEP u ta' ETUC) (l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet ta' l-Industrija u ta' min iħaddem fl-Ewropa)(Iċ-Ċentru Ewropew ta' l-Intrapriżi Pubbliċi)(Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions) informaw lill-Kummissjoni fl-ittra konġunta tal-5 ta' Lulju 1995 dwar ix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċedura prevista fl-Artikolu 4 tal-ftehim imsemmi; |
(8) |
Billi organizzazzjonijiet ta' natura ġenerali ta' l-industrija mmsemija kkonkludew, fl-14 ta' Diċembru 1995, il-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri; billi huma ressqu it-talba konġunta tagħhom lill-Kummissjoni biex timplimenta il-qafas ta' dan il-ftehim b'Deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(2) tal-ftehim imsemmi; |
(9) |
Billi l-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Diċembru 1994 dwar ċerti aspetti għall-politika soċjali ta' l-Unjoni Ewropea: kontribuzzjoni għall-konverġenza ekonomika u soċjali ta' l-Unjoni ( 3 ), stiednet liż-żewġ partijiet ta' l-industrija biex jagħmlu użu mill-possibilitajiet biex ikunu konklużi ftehim, peress li huma bħala regola ġenerali ikunu eqreb għar-realtà u l-problemi soċjali; billi f' Madrid, il-membri tal-Kunsill Ewropew minn dawk l-Istati li ffirmaw il-ftehim laqgħu b'approvazzjoni l-konkluzjoni tal-qafas tal-ftehim; |
(10) |
Billi l-partijiet firmatarji riedu jikkonkludu qafas ta' ftehim li juri l-ħtiġiet dwar il-leave tal-ġenituri u l-ħin frank mix-xogħol a bażi ta' forza maġġuri, u jirreferi lura għall-Istati Membri u/jew għall-imsieħba soċjali d-definizjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom ikun jista' jingħata l-istess leave tal-ġenituri meħud kont tas-sitwazzjoni inkluża s-sitwazzjoni rigward il-politika tal-familja eżistenti f'kull Stat Membru, b'mod partikolari il-kondizzjonijiet li taħthom jingħata l-leave tal-ġenituri u jiġi eżerċitat id-dritt għall-leave tal-ġenituri. |
(11) |
Billi l-istrument approprjat biex jimplimenta l-ftehim ta' qafas huwa Direttiva fis-sens ta' l-Artikolu 189 tat-Trattat; li jorbot l-Istati Membri li jilħqu ir-riżultat imma tħallilhom l-għażla tal-forma u l-metodi; |
(12) |
Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl- Artikolu 3b tat-Trattat, l-iskopijiet ta' din id-Direttiva ma' jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u allura jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju; billi din id-Direttiva hi limitata għall-ħtiġiet minimi biex tilħaq dawn l-iskopijiet u ma tmurx iktar lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal dan l-iskop; |
(13) |
Billi l-Kummissjoni abbozzat il-proposta għal Direttiva, li tieħu kont ta' l-istatus rappreżentattiv tal-partijiet firmatarji, tal-mandat tagħhom u tal-legalità tal-klawsoli tal-ftehim ta' qafas u tal-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti li jikkonċernaw impriżi żgħar u ta'daqs medju; |
(14) |
Billi l-Kummissjoni skond il-Kumunikazzjoni tagħha tal-14 ta' Diċembru 1993 li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal- Protokoll dwar il-politika soċjali, infurmat lill-Parlament Ewropew billi bagħtitlu test tal-ftehim qafas, akkumpanjat bil-proposta tagħha għal Direttiva u memorandum ta'spjega; |
(15) |
Billi l-Kummissjoni infurmat wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali billi bagħtitlu test tal-ftehim qafas, akkummpanjat bil-proposta tagħha għal Direttiva u l-memorandum ta' spjegazzjoni; |
(16) |
Billi l-klawsola 4 punt 2 tal-ftehim qafas tiddikjara li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim ma tikkostitwix raġunijiet validi biex jitnaqqas il-livell ta' protezzjoni mogħti lil ħaddiema li jaqgħu taħt dan il-ftehim. Dan ma jippreġudikax id-dritt ta' l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali li jiżviluppaw leġislazzjoni, dispożizzjonijiet regolatorji jew kontrattwali differenti fid-dawl ta' ċirkostanzi li jinbidlu (inkluża l-introduzzjoni ta'non-trasferibbilità), sakemm il-ħtiġiet minimi previsti fil-ftehim preżenti huma mħarsa; |
(17) |
Billi l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tirrikonoxxi l-importanza tal-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, speċjalment dik ibbażata fuq is-sess, il-kulur, ir-razza, l-opinjoni u t-twemmin; |
(18) |
Billi l-Artikolu F(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid li “l-Unjoni għandha tirrispetta d-drittijiet fondamentali, kif mogħtija mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fondamentali iffirmata f' Ruma fl-4 ta' Novembru 1950 u kif jirriżultaw mit- tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja”; |
(19) |
Billi l-Istati Membri jistgħu jafdaw lis-sieħba soċjali, fuq talba konġunta tagħhom, bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiżġuraw li jistgħu dejjem jiggarantixxu r-riżultati imposti b'din id-Direttiva; |
(20) |
Billi l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-iskopijiet taħt l-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar il-politika soċjali, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
L-Implimentazzjoni tal-ftehim qafas
L-Iskop ta' din id-Direttiva hu li jqiegħed fis-seħħ il-ftehim qafas anness dwar il-leave tal-genituri konkluż fl-14 ta' Diċembru 1995 bejn l-organizzazzjonijiet ta' natura generali ta' l-industrija (UNICE, CEEP u ta' ETUC).
L-Artikolu 2
Disposizzjonijiet finali
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-3 ta' Ġunju 1998 fl-iktar tard jew għandhom jassiguraw li sa dik id-data fl-iktar tard is-sieħba soċjali jkunu introduċew il-miżuri neċessarji skond il-ftehim, u l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu kull miżura neċessarja li tippermettilhom f'kull ħin ikunu f'pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti b'din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni fil-pront.
1a. Fejn jidħlu r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, id-data tat-3 ta' Ġunju 1998 fil-paragrafu 1 għandha tiġi ssostitwita bil-15 ta' Diċembru 1999.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu minn żmien addizzjonali massimu ta' sena, jekk dan huwa neċesarju biex jittieħed kont tad-diffikultajiet speċjali jew l-implimentazzjoni bi ftehim kollettiv.
Dawn għandhom jinfurmaw fil-pront lill-Kummissjoni dwar dawn iċ-ċirkostanzi.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu1, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'din ir-referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.
L-Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lil l-Istati Membri.
L-ANNESS
IL-FTEHIM QAFAS DWAR IL-LEAVE TAL-ĠENITURI
PREAMBOLU
Il-ftehim qafas jirrappreżenta l-impenn ta' l-UNICE, CEEP u ta' ETUC biexjistabbilixxu l-ħtiġiet minimi dwar il-leave tal-ġenituri ul-ħin frank mix-xogħol a bażi ta' forza maġġuri, bħala mezz importanti biex jistgħu jkunu rikonċiljati l-ħajja tax-xogħol u tal-familja u biex jippromwovu l-opportunitajiet u trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.
Il-KETU, l-UKIIE u ĊEIP talbu lill-Kummissjoni biex tissottometti dan il-ftehim qafas lill-Kunsill għal-Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħmel obbligatorju dawn il-ħtiġiet minimi fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropej, bl-eċċezjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittania u l-Irlanda ta' Fuq.
KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
1. Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar il-politika socjali anness mal-Protokoll dwaril-politika socjali, anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 3(4) u 4(2) tiegħu,
2. Billi l-Artikolu 4(2) ta' dan il-Ftehim dwar il-politika soċjali jipprovdi li l-ftehim konkluż f'livell Komunitarju għandu jiġi implimentat, fuq talba konġunta tal-partijiet firmatarji, bid-Deċiżjonital-Kunsill fuq il-proposta mill-Kummissjoni;
3. Billi l-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi miżura Komunitarja dwar il-mod kif tirrikonċilja l-ħajja tax-xogħol u tal-familja;
4. Billi l-Karta Komunitarja dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tipprovdi fil-punt 16 li jitkellem dwar it-trattament ugwali li għandhom ikunu żviluppati miżuri biex jippermettu lill-irġiel u n-nisa li jaqdu flimkien l-obbligi tagħhom tax-xogħol u tal-familji;
5. Billi r-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 1994 irrikonoxxiet li politika effettiva ta' opportunitajiet ugwali tippresupponi strateġija integrata ġenerali li tippermetti l-organizzazzjoni aħjar tal-ħinijiet tax-xogħol u flessibilità akbar, u għal ritorn iktarfaċli għall-ħajja tax-xogħol, u nnotat ir-rwol importanti ta' l-imsieħba soċjali f'dan il-qasam u fl-offerta kemm lill-irġiel u lin-nisa ta' l-opportunità li jaqdu flimkien ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-obbligi familjari;
6. Billi miżuri biex jiġu rrikonċiljati ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-ħajja familjari għandhom jinkoraġġixxu l-introduzzjoni ta' modi ġodda flessibbli fl-organizzazzjoni tax-xogħol u tal-ħin li jkunu iktar adatti għall-bżonnijiet qed jinbidlu tas-soċjetà u li tieħu inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet kemm ta' l-impriża kif u koll tal-ħaddiema;
7. Billi l-politika tal-familja għandha titqies fil-kuntest tat-tibdil demografiku, ta' l-effetti ta' popolazzjoni li tkun qed tikber fl-eta', tat-tqarrib bejn il-ġenerazzjonijiet u l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja tax-xogħol;
8. Billi l-irġiel għandhom ikunu mħeġġa jassumu sehem ugwali tar-responsabbiltajiet familjari, per eżempju, għandhom ikunu mħeġġa jieħdu leave tal-ġenituri permezz ta' programmi ta' sensibilizzazzjoni;
9. Billi l-ftehim preżenti huwa il-ftehim qafas li jistabilixxi l-ħtiġiet minimi u dispożizzjonijiet għal leave tal-genituri, kif distintimill-leave tal-maternità, u minn ħin frank mix-xogħol abażi ta' forża maġġuri, u jirreferi lura għall-IstatiMembri u s-sieħba soċjali għat-twaqqif tal-kondizzjonijietta' aċċess u regoli ddettaljati ta' l-applikazzjoni biex jieħdukont tas-sitwazzjoni f' kull Stat Membru;
10. Billi l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-manutenzjonita' intitolamenti għall-benefiċċji in natura taħtassigurazzjoni tal-mard tul perijodu minimu ta' leave tal-ġenituri;
11. Billi l-Istati Membri għandhom ukoll, meta approprjat taħtkondizzjonijiet nazzjonali u b'kont meħud tas-sitwazzjoni tal-budget, jikkunsidraw il-manutenzjoni ta' intitolamenti għal benefiċċjirilevanti tas-sigurtà soċjali matul il-perijodu minimu tal-leave tal-ġenituri;
12. Billi dan il-ftehim jieħu inkonsiderazzjoni l-bżonn li jittejbul-ħtiġiet tal-politika soċjali, biex tissaħħaħil-kompetittività ta' l-ekonomija Kmunitarja u biex tkun evitata l-imposizzjonita' rbit amministrattiv, finanzjarju u legali b'tali mod li jista' jkun ta'xkiel għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħaru ta' daqs medju;
13. Billi l-imsieħba soċjali qegħdin fl-aħjar pożizzjonibiex isibu soluzzjonijiet li jikkorrispondu għall-bżonnijiet kemmta' min iħaddem kif ukoll tal-ħaddiema u għandu għalhekkjingħatalhom rwol speċjali fl-implimentazzjoni u l-applikazzjonital-ftehim preżenti,
IL-PARTIJIET FIRMATARJI FTEHMU DAN LI ĠEJ:
II. IL-KONTENUT
Il-Klawsola 1: L-Iskop u l-kamp ta' l-applikazzjoni
1. Dan il-ftehim jistabilixxi ħtiġiet minimi intiżi biexjiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tar-responsabbilitajiet professjonaliu tal-familja għall-ġenituri li jaħdmu.
2. Dan il-ftehim japplika għall-ħaddiema kollha, rgiel u nisa, li għandhom kuntratt ta'mpjieg jew relazzjoni ta' xogħol kifdefinit mill-liġi, ftehim kollettiv jew prattika fis-seħħf'kull Stat Membru.
Il-Klawsola 2: Il-Leave tal-ġenituri
1. Dan il-ftehim jagħti, b'riżerva tal-klawsola 2.2, lill-ħaddiemarġiel u dawk nisa, id-dritt individwali għall-leave tal-ġeniturigħar-raġuni tat-twelid jew ta' l-adozzjoni biex ikunu jistgħujieħdu ħsieb il-wild, għall-anqas għal tliet xhur, sa' l-età li tista' tkun ta' tmien snin li għandha tiġidefinita mill-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali.
2. Biex jippromwovu opportunitajiet u trattament ugwali bejn l-irġielu n-nisa, il-partijiet għal dan il-ftehim jikkunsidraw li d-dritt għall-leave tal-ġenituri previst taħt il-klawsola 2.1 għandu, in prinċipju, jingħata fuq bażi non-trasferibbli.
3. Il-kondizzjonijiet ta' l-aċċess u r-regoli dettaljati għall-applikazzjonital-leave tal-ġenituri għandhom ikunu definiti mill-liġiu /jew bi ftehim kollettiv fl-Istati Membri, sakemm il-ħtiġietminimi ta' dan il-ftehim ikunu mħarsa. L-Istati Membri u /jew l-imsieħbasoċjali jistgħu, in partikulari:
(a) jiddeċiedu jekk il-leave tal-ġenituri jingħataxfuq bażi ta' full-time jew part-time, b'mod frammentatjew b'sistema ta' kreditu ta' ħin;
(b) jissoġġettaw il-kwalifikazzjoni għall-leave tal-ġeniturigħal perijodu ta' xogħol u /jew ta' anzjanità fix-xogħolli ma jistax ikun iktar minn sena;
(ċ) jaġġustaw l- kondizzjonijiet ta' aċċess u r-regolidettaljati għall-applikazzjoni tal-leave tal-ġeniturigħaċ-ċirkostanzi speċjali ta' l-adozzjoni;
(d) jiffissaw perjodi ta' avviż li għandhom jingħataw mill-ħaddiemlil min ikun qed iħaddmu meta jeżerċita d-dritt tal-leave tal-ġenituri, fejn jispeċifika il-bidu u tmiem tal-perijodutal-leave;
(e) jiddefinixxi iċ-ċirkostanzi li fihom min iħaddem, warakonsultazzjoni skond il-liġijiet, il-ftehim kollettiv u l-prattiċinazzjonali, ikollu l-permess li jipposponi l-benefiċċju tal-leave tal-ġenituri għall-raġunijiet ġustifikatili għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjoni ta' l-impriża (eż.meta xogħol huwa ta' natura staġjonali, fejn ma jkunx jinstabsostitut fil-perijodu ta' l-avviż, u meta proporzjon sinifikanti tal-forzatax-xogħol tapplika fl-istess ħin għal-leave tal-ġenituri, meta l-funzjoni speċifika hija ta' importanza strateġika). Kull problema li tinqala' mill-applikazzjoni ta' din id-disposizzjoni għandhatkun trattata skond il-liġi, l-ftehim kollettiv u l-prattika nazzjonali;
(f) Minbarra (e), jawtorizzaa ftehim specjali biex jissodisfa l-ħtiġietoperattivi u tax-xogħol ta' mpriżi żgħar.
4. Biex jiżguraw li l-ħaddiema jistgħu jeżerċitawid-drittijiet tal-leave tal-ġenituri, l-Istati Membri u/jewl-imsieħba soċjali għandhom jieħdu il-miżurineċċessarji biex jipproteġu lill-ħaddiem kontra t-tkeċċijaabbażi ta' applikazzjoni għal, jew minħabba li jittieħed, leave tal-ġenituri skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettivu l-prattiċi nazzjonali.
5. Fl-aħħar tal-leave tal-ġenituri, il-ħaddiemagħandu jkollhom id-dritt jirritornaw għall-istess impjieg jew, jekk dan mhuwiex possibbli, għal impjieg ekwivalenti jew simili konsistentimal-kuntratt ta' l-impjieg jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom.
6. Id-drittijiet akkwiżiti jew fil-proċess li jkunu akkwiżitimill-ħaddiem fid-data li fiha l-leave tal-ġenituri jibda'għandhom jibqgħu kif inhuma sa meta jintemm il-leave tal-ġenituri. Fit-tmiem tal-leave tal-ġenituri, dawn id-drittijiet, inkluż kull tibdil ikkawżat mill-liġi, mill-ftehim kollettivu mill-prattiċi nazzjonali, għandhom japplikaw.
7. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jiddefinixxul-istatus tal-kuntratt ta' l-impjieg jew ir-relazzjoni tax-xogħol għall-perijodutal-leave tal-ġenituri.
8. Il-materji kollha relatati mas-sigurtá soċjali li għandhomx'jaqsmu ma' dan il-ftehim għandhom jiġu kkunsidrati u maqtugħamill-Istati Membri skond il-liġi nazzjonali, b'kont meħud ta'l-importanza tal-kontinwità ta' l-intitolamenti għall-koperturatas-sigurtà soċjali, taħt l-iskemi differenti, inpartikularidak tas-saħħa.
Il-Klawsola 3: Ħin frank mix-xogħola bażi ta' forza maġġuri
1. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jieħduil-miżuri kollha neċessarji biex jintitolaw il-ħaddiema għalħin frank mix-xogħol skond il-leġislazzjoni, il-ftehimkollettiv u/jew il-prattika nazzjonali, a bażi ta' forza maġġurigħar-raġunijiet urġenti tal-familja f'każ ta' mard jewinċident li jirrendi l-presenza immedjata tal-ħaddiem indispensabbli.
2. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali jistgħu jispeċifikawil-kondizzjonijiet ta' l-aċċess u r-regoli dettaljati għall-applikazzjonital-klawsola 3.1 u jillimitaw dan id-dritt għal ċertu ammont ta'żmien fis-sena u/jew skond il-każ.
Il-Klawsola 4: Disposizzjonijiet finali
1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew jintroduċu disposizzjonijietaktar favorevoli minn dawk stabbiliti f'dan il-ftehim.
2. L-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-ftehim m'għandhiextikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġeneralital-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema taħt dan il-ftehim. Dan m'għandux jippreġudika d-dritt ta' l-Istati Membri u/jew ta'l-imsieħba soċjali li jiżviluppaw disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew kuntrattwali differenti, skond it-tibdil fiċ-ċirkostanzi(inkluża l-introduzzjoni tan-non-trasferibbilità), sakemm il-ħtiġietminimi previsti f'dan il-Ftehim ikunu mħarsa.
3. Il-ftehim preżenti ma'għandux jippreġudika d-dritt ta'l-imsieħba soċjali li jikkonkludu, f'livell approprjat inklużil-livell Ewropew, ftehim li jaddatta u/jew jikkumplimenta d-disposizzjonijietta' dan il-ftehim sabiex jieħdu kont ta' ċirkostanzi partikolari.
4. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regoli ud-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mad-deċiżjonital-Kunsill fi żmien sentejn mill-adozzjoni tagħha jew għandhomjiżguraw li l-imsieħba soċjali ( 4 ) jintroduċu bi ftehim, il-miżuri neċessarji sa tmiem dan il-perijodu. L-Istati Membri jistgħu jkollhom, jekk neċessarju biex jittieħedkont tad-diffikultajiet partikulari jew ta' l-implimentazzjoni bi ftehim kollettiv, massimu ta' sena addizzjonali biex jikkonformaw ma' din id-deċiżjoni.
5. Il-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kwistjonijiet u lmenti kkawżatimill-applikazzjoni ta' dan il-ftehim għandhom jiġu trattati skondil-liġi, il-ftehim kollettiv u l-prattika nazzjonali.
6. Bla ħsara għar-rwol rispettiv tal-Kummissjoni, tal-qratinazzjonali u tal-Qorti tal-Ġustizzja, kull kwistjoni relatata ma' l-interpretazzjonita' dan il-ftehim fuq livell Ewropew għandha, fl-ewwel lok, tiġiriferita mill-Kummissjoni lill-partijiet firmatarji biex jagħtu opinjoni.
7. Il-partijiet firmatarji għandhom jirrevedu l-applikazzjoni ta'danil-ftehim ħames snin wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsilljekk mitlub minn wieħed mill-partijiet ta'dan il-ftehim.
Magħmul fiBrussel, fl-14 ta' Diċembru 1995.
Fritz VERZETNITSCH,
Il-President tal-KETU
Emilio GABAGLIO,
Segretarju-Generali
KETU
Bld Emile Jacqmain 155
B-1210 Brussels
Antonio Castellano AUYANET,
President taċ-ĊEIP
Roger GOURVÈS,
Segretarju-Generali
ĊEIP
Rue de la Charité 15
B-1040 Brussels
François PERIGOT,
President tal-UKIIE
Zygmunt TYSZKIEWICZ,
Segretarju-Generali
UKIIE
Rue Joseph II 40
B-1040 Brussels
( 1 ) ĠU C 333, tad-9.12.1983, p. 6
( 2 ) ĠU C 316, tas-27.11.1984, p. 7
( 3 ) ĠU C 368, tat-23.12.1994, p. 6.
( 4 ) Fi ħdanit-tifsira ta' l-Artikolu 2(4) tal-Qbil dwar il-politika soċjali