EUR-Lex Baza aktów prawnych Unii Europejskiej

Powrót na stronę główną portalu EUR-Lex

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 32020R0852

Il-valutazzjoni tal-investimenti ambjentalment sostenibbli

Il-valutazzjoni tal-investimenti ambjentalment sostenibbli

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa għandu l-għan li jinforma l-investituri jekk attività ekonomika hijiex ambjentalment sostenibbli billi jistabbilixxi kriterji komuni madwar l-UE.
  • Huwa jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbilitá fis-settur finanzjarju.

PUNTI EWLENIN

Pjan ta’ azzjoni dwar it-tkabbir sostenibbli

Dan ir-regolament tat-“tassonomija” huwa wieħed minn numru ta’ azzjonijiet imfassla biex jgħinu fil-kisba tat-tliet objettivi tal-pjan ta’ azzjoni, li huma:

  • l-orjentazzjoni mill-ġdid tal-flussi tal-kapital lejn investimenti sostenibbli biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklużiv;
  • il-ġestjoni tar-riskji finanzjarji riżultat tat-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali u d-degradazzjoni tal-ambjent, kif ukoll minn affarijiet soċjali;
  • it-trawwim tat-trasparenza u perspettiva fit-tul għall-attività finanzjarja u ekonomika.

Kriterji

Ir-regolament jistabbilixxi l-kriterji sussegwenti li għandhom jiġu applikati mill-UE u mill-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk attività ekonomika hijiex sostenibbli ambjentalment.

  • Huwa jikkontribwixxi sostanzjalment għal wieħed jew iktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti fir-regolament.
  • Ma jagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed minn dawn l-objettivi ambjentali.
  • Dan jitwettaq f’konformità mas-salvagwardji minimi stabbiliti fir-regolament.
  • Dan jikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-regolament.

L-objettivi ambjentali

Għall-għan ta’ dan ir-regolament, l-objettivi ambjentali huma:

Ir-regolament jistabbilixxi l-passi li attività ekonomika jeħtieġ li tieħu sabiex tagħmel kontribut sostanzjali jew biex ma tagħmilx ħsara sinifikattiva lil kwalunkwe minn dawn l-oġġettivi.

Lista ta’ attivitajiet

Ir-regolament jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli billi tiddefinixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal kull objettiv ambjentali. Dawn il-kriterji jiġu stabbiliti permezz ta’ atti delegati.

  • L-Att Delegat dwar il-Klima (Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139) jinkludi kriterji għall-iskrinjar tekniku għal attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-oġġettivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-adattament tat-tibdil fil-klima. Ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
  • L-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet (ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178) jissupplimenta l-Artikolu 8 tar-regolament dwar it-tassonomija. Huwa jispeċifika l-kontenut, il-metodoloġija u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi divulgata minn entitajiet finanzjarji u mhux finanzjarji rigward il-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi sostenibbli fin-negozju, fl-investimenti jew fl-attivitajiet ta’ self tagħhom. Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
  • L-Att Delegat Komplementarju dwar il-Klima (ir-Regolament Delegat (UE) 2022/1214) jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2021/2139 u (UE) 2021/2178, inkluż, taħt kundizzjonijiet stretti, attivitajiet tal-enerġija nukleari u bil-gass speċifiċi fil-lista tal-attivitajiet ekonomiċi koperti mit-tassonomija tal-UE. Il-kriterji għal attivitajiet speċifiċi tal-gass u nukleari huma skont l-oġġettivi tal-klima u tal-ambjent tal-UE u ser jgħinu biex jaċċelleraw il-bidla mill-fjuwils solidi jew likwidi fossili, inkluż il-faħam, lejn futur bi klima newtrali. Dan ser japplika minn Jannar 2023.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-12 ta’ Lulju 2020.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088, (ĠU L 198, 22.6.2020, pp. 13-43).

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 finali, 11.12.2019).

Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, pp. 1-16).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/2088 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2019/2089 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, ta’ Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi u ta’ divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà għall-parametri referenzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, pp. 17-27).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju: Supplement dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni relatata mal-klima (ĠU C 209, 20.6.2019, pp. 1-30).

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, pp. 82-209).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, pp. 19-76).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 10.08.2022

Fuq